{"id":7295,"date":"2018-05-09T11:13:33","date_gmt":"2018-05-09T09:13:33","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7295"},"modified":"2018-05-09T13:15:20","modified_gmt":"2018-05-09T11:15:20","slug":"ingawdu-fuq-it-tbatija-ta-haddiehor","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/ingawdu-fuq-it-tbatija-ta-haddiehor\/","title":{"rendered":"Ingawdu fuq it-tbatija ta&#8217; \u0127addie\u0127or"},"content":{"rendered":"<p>Meta l-mafja ta\u0127sel flusha f&#8217;kumpanniji Maltin taparsi tal-<em>gaming <\/em>u b&#8217;dan ma nindunawx, filwaqt li a\u0127na nir\u010bievu l-par\u010bella tag\u0127na, xi o\u0127rajn jidda\u0127\u0127lu f&#8217;\u010birku ta&#8217; lsiera jew ta&#8217; te\u0127id tad-droga jew inkella jispi\u010b\u010baw jisparaw fuqhom u joqtluhom f&#8217;xi sqaq imwarrab.<\/p>\n<p>Meta dak li jevadi t-taxxa dovuta lill-gvern tieg\u0127u stess jaf ja\u0127bi kollox ta\u0127t patafjun dokumenti dwar self u ruxxmata fatturi mbag\u0127bsa u filwaqt li a\u0127na nir\u010bievu l-par\u010bella tag\u0127na, x&#8217;imkien ie\u0127or jkun hemm min ma jistax jag\u0127ti edukazzjoni xierqa u kura medika lill-familja tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Meta sinjurun barrani jakkwista passaport Malti biex ma jinqabadx hu u ja\u0127bi flusu mill-gvern ta&#8217; pajji\u017cu, filwaqt li a\u0127na nir\u010bievu l-par\u010bella tag\u0127na, ikun qed jitfaqqar poplu s\u0127i\u0127.<\/p>\n<p>E\u017catt b\u0127alma jag\u0127mlu l-avukati u l-<em>accountants<\/em> ta&#8217; xi kapurjun tal-mafja, nittantaw nifirdu xog\u0127olna u d-d\u0127ul tag\u0127na mid-demm li jispi\u010b\u010baw ixerrdu dawk li jkunu temg\u0127una.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.theguardian.com\/world\/2018\/may\/09\/malta-fuel-oil-smuggling-libya-daphne-project\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Illum The Guardian tirreferi g\u0127al dak li g\u0127andu jkun ovvju<\/a> i\u017cda li fil-fatt m&#8217;huwiex g\u0127aliex nag\u0127\u017clu li ndawwru wi\u010b\u010bna lejn in-na\u0127a l-o\u0127ra biex taparsi ma nindunaw b&#8217;xejn. Dan ir-rapport isegwi dak li<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/05\/7109\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"> nkixef mill-IRPI il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet<\/a> dwar in-negozju li qed ise\u0127\u0127 b&#8217;\u017cejt Libjan misruq ta\u0127t imne\u0127irna stess u dwar ir-reazzjoni patetika tal-hekk imsejj\u0127a awtoritajiet Maltin li &#8220;ma kienu jafu b&#8217;xejn&#8221;.<\/p>\n<p>Meta ninjoraw in-negozju llegali li qed ise\u0127\u0127 fuq \u017cejt misruq mill-milizzji fil-Libja, filwaqt li a\u0127na nir\u010bievu l-par\u010bella tag\u0127na inkunu qed nintensifikaw it-tbatija tal-poplu Libjan li b\u0127alissa jinsab jg\u0127ix f&#8217;nofs gwerra \u010bivili mdemmija.<\/p>\n<p>Il-Libja dejjem ikkunsidrajniha b\u0127ala l-bit\u0127a ta&#8217; wara tag\u0127na. B\u0127alma g\u0127amlu band&#8217;o\u0127ra kolonizzaturi tas-seklu dsatax, sirna \u0127bieb qaqo\u010b\u010ba mal-mexxejja lokali tal-pajji\u017c, xa\u0127\u0127amna lil dawk li g\u0127amilnihom s\u0127ab mag\u0127na, kkolonizzajna lill-pajji\u017c fi \u017cminijiet ta&#8217; pa\u010bi u lura f&#8217;artna konna nit\u0127addtu b&#8217;sens ta&#8217; superjorit\u00e0 razzjali dwar l-isfruttament tal-pajji\u017c daqslikieku dan sar g\u0127all-\u0121id tal-poplu ta&#8217; hemmhekk.<\/p>\n<p>Hawn qieg\u0127ed ni\u0121\u0121eneralizza fid-deskrizzjoni tieg\u0127i tal-kolonjali\u017cmu. Mhux kull negozjant Malti kellu jxa\u0127\u0127am biex ikampa fil-Libja. Mhux kollha \u0127assew sens ta&#8217; superjorit\u00e0 razzjali. I\u017cda na\u0127seb li lkoll g\u0127andhom jammettu li l-\u0127idma tag\u0127hom f&#8217;dak il-pajji\u017c kellha bixra pjuttost kolonjali.<\/p>\n<p>Meta tne\u0127\u0127a r-re\u0121im ta&#8217; Gaddafi, dan kollu spi\u010b\u010ba. I\u017cda g\u0127adhom je\u017cistu negozjanti li qed isiru g\u0127onja bis-sa\u0127\u0127a tal-gwerer.<\/p>\n<p>Il-gwerra \u010bivili fi Sjerra Leone kienet \u0121iet iffinanzjata minn negozjanti tad-djamanti f&#8217;Londra u Antwerp u bosta kienu dawk li kienu lesti jinjoraw il-fatt li l-milizzji f&#8217;dak il-pajji\u017c kienu qed i\u0121ieg\u0127lu lin-nies ja\u0127dmu b\u0127al lsiera biex i\u0127affru g\u0127ad-djamanti u biex imbag\u0127ad dawn jinbieg\u0127u b&#8217;ri\u017cq il-finanzjament tal-gwerra.<\/p>\n<p>Ir-ribelli fil-Kongo jag\u0127mlu wkoll l-istess \u0127a\u0121a bid-deheb u bil-\u0127a\u0121ar prezzju\u017c li j\u017cejjen lill-\u0121ojjelli jew anke l-<em>mobile<\/em> tieg\u0127ek, huma u jibg\u0127atu mijiet ta&#8217; tfal g\u0127all-gwerra bl-azzarini f&#8217;idejhom.<\/p>\n<p>Meta l-milizzji jisirqu \u017c-\u017cejt Libjan biex jinnegozjawh fl-Ewropa bil-g\u0127ajnuna ta&#8217; kuntrabandisti u frodisti Maltin, jag\u0127mlu dan biex ikunu jistg\u0127u jiffinanzjaw il-kontinwazzjoni tal-gwerra. U meta l-awtoritajiet Maltin, tkun xi tkun ir-ra\u0121uni &#8211; inkompetenza, indifferenza, kompli\u010bita &#8211; jag\u0127lqu g\u0127ajn wa\u0127da u ma jag\u0127mlu xejn biex jitwaqqaf dan kollu, ikunu qed ikomplu j\u017cidu mat-tbatijiet tal-poplu Libjan.<\/p>\n<p>Dawk li b\u0127ali jidhrilhom li dak li g\u0127adni kif semmejt hu ta&#8217; min jistmerru u ta&#8217; min jikkundannah, qed ji\u0121u msejj\u0127a &#8220;elitisti&#8221; u qaddisin. Il-biera\u0127 Robert Musumeci sejja\u0127 lil min qed jipprotesta b\u0127ala &#8220;bigotti li ja\u0127sbu li huma l-mag\u0127\u017cula tal-Ispirtu s-Santu. Dawk li jippretendu li huma biss qeg\u0127din fis-sewwa u kul\u0127add hemm barra huwa \u017cibel&#8221;.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\" data-lang=\"en\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"in\"><a href=\"https:\/\/twitter.com\/Manwel_Delia?ref_src=twsrc%5Etfw\">@Manwel_Delia<\/a> l-elitisti li jrid jizgombra min-nofs <a href=\"https:\/\/twitter.com\/adriandeliapn?ref_src=twsrc%5Etfw\">@adriandeliapn<\/a> huma dawk il-bigotti li jahsbu li huma l-maghzula ta&#8217; l-ispirtu s-Santu. Dawk li jippretendu li huma biss qeghdin fis-sewwa u kulhadd hemm barra huwa zibel.<\/p>\n<p>\u2014 Robert Musumeci (@ROB_MUSUMECI) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/ROB_MUSUMECI\/status\/993884490924744704?ref_src=twsrc%5Etfw\">May 8, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>Jista&#8217; jkun ukoll. M&#8217;inix daqshekk \u010bert li l-Ispirtu s-Santu se jag\u0127\u017cel lil min hu ateju biex imexxi lill-fidili, i\u017cda ma tistax tg\u0127id g\u0127ax it-triq tal-Mulej ftit huma dawk li jifhmuha. I\u017cda nista&#8217; nserra\u0127 ras Robert Musumeci li din mhix \u0127a\u0121a li nemmen fiha. I\u017cda nemmen b&#8217;\u0127erqa li hu ta&#8217; min jikkundanna u jistmerr il-fatt li ma twaqqafx in-negozju f&#8217;\u017cejt Libjan misruq li qed iservi biex jiffinanzja l-gwerra \u010bivili f&#8217;dak il-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li nag\u0127mlu xi \u0127a\u0121a biex dan kollu jieqaf \u0127esrem.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7292 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/a8dace9fe00b8c04792db5ad7f85cf25493328294-1301623315-4d953213-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"540\" height=\"255\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/a8dace9fe00b8c04792db5ad7f85cf25493328294-1301623315-4d953213-620x348-300x142.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/a8dace9fe00b8c04792db5ad7f85cf25493328294-1301623315-4d953213-620x348.jpg 540w\" sizes=\"(max-width: 540px) 100vw, 540px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta l-mafja ta\u0127sel flusha f&#8217;kumpanniji Maltin taparsi tal-gaming u b&#8217;dan ma nindunawx, filwaqt li a\u0127na nir\u010bievu l-par\u010bella tag\u0127na, xi o\u0127rajn jidda\u0127\u0127lu f&#8217;\u010birku ta&#8217; lsiera jew ta&#8217; te\u0127id tad-droga jew inkella jispi\u010b\u010baw jisparaw fuqhom u joqtluhom f&#8217;xi sqaq imwarrab. Meta dak li jevadi t-taxxa dovuta lill-gvern tieg\u0127u stess jaf ja\u0127bi kollox ta\u0127t patafjun dokumenti dwar self [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7292,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7295\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7295"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7295\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7307,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7295\/revisions\/7307\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7292\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7295"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7295"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7295"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}