{"id":73143,"date":"2019-03-19T07:25:00","date_gmt":"2019-03-19T06:25:00","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=73143"},"modified":"2019-03-20T12:46:02","modified_gmt":"2019-03-20T11:46:02","slug":"inkjesta-pubblika-hi-mehtiega","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/03\/inkjesta-pubblika-hi-mehtiega\/","title":{"rendered":"Inkjesta pubblika hi me\u0127tie\u0121a"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2019\/03\/17\/why-all-the-flowers-go\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-\u0126add li g\u0127adda f&#8217;<em>The Shift News<\/em><\/a> Ranier Fsadni kellu ra\u0121un biex ibieg\u0127 meta kiteb li ma jaqbilx ma&#8217; min isostni li l-gvern kuljum ine\u0127\u0127i l-fjuri u x-xemg\u0127at minn mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta g\u0127ax irid jipprova jnessi l-fatt li g\u0127ad hemm g\u0127add ta&#8217; mistoqsijiet mhux imwie\u0121ba dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. X&#8217;aktarx li r-ra\u0121uni hi li, g\u0127al u\u0127ud li g\u0127al snin twal \u0121ew kundizzjonati mill-propaganda tas-Super One li ddemonizzat lil Daphne Caruana Galizia, l-fjuri u x-xemg\u0127at biswit il-mafkar iservu ta&#8217; provokazzjoni.<\/p>\n<p>Mur g\u0127idli li, jien u naqra l-kitba ta&#8217; Ranier Fsadni l-\u0126add filg\u0127odu, dak li huwa kien osserva kellu ji\u0121i konfermat matul il-lejl ta&#8217; qabel. Is-Sibt filg\u0127axija waqt il-velja, \u0121iet fuqi persuna li qaltli li xi \u0121ranet qabel kienet imxiet tul Triq ir-Repubblika flimkien ma&#8217; bintha li m&#8217;g\u0127adhiex residenti f&#8217;Malta. Inzertaw\u00a0 \u0121ew wi\u010b\u010b imb&#8217; wi\u010b\u010b ma&#8217; Owen Bonnici &#8211; persuna li kienu ilhom jafuh minn \u010bkunitu &#8211; u pprotestaw mieg\u0127u talli l-gvern kontinwament qed ine\u0127\u0127i x-xemg\u0127at u l-fjuri minn Misra\u0127 l-Assedju l-Kbir. Ara ma tmorrux ta\u0127sbu li we\u0121ibhom kif iwie\u0121eb b\u0127as-soltu fis-sens li \u2018xog\u0127lu hu li jara li l-post jin\u017camm nadif\u2019 jew \u2018je\u0127tie\u0121 li nsewwu l-\u0127sarat li hemm fil-mafkar\u2019. Qalilhom li l-fjuri u x-xemg\u0127at jitne\u0127\u0127ew biex ti\u0121i evitata reazzjoni vjolenti minn nies f&#8217;Misra\u0127 l-Assedju l-Kbir: fi kliem ie\u0127or, irid i\u017comm l-ordni pubbliku billi je\u0127les \u0127afif. Xog\u0127ol il-gvern g\u0127andu jkun dak li jibbilan\u010bja d-dmir li j\u0127ares lill-protestanti mill-vjolenza ta&#8217; dawk li ma&#8217; jaqblux mag\u0127hom mad-dmir li jippermetti l-libert\u00e0 s\u0127i\u0127a tal-espressjoni b&#8217;mod partikolari ta&#8217; dawk li jag\u0127\u017clu li jipprotestaw. Jidher li l-gvern qed isibha aktar fa\u010bli li j\u0127ares lin-nies mill-vjolenza hu u jinjora d-dritt tal-espressjoni \u0127ielsa.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73120\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Bidnija-Wied-Qannotta.jpg\" alt=\"\" width=\"992\" height=\"744\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Bidnija-Wied-Qannotta-200x150.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Bidnija-Wied-Qannotta-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Bidnija-Wied-Qannotta-400x300.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Bidnija-Wied-Qannotta-600x450.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Bidnija-Wied-Qannotta-768x576.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Bidnija-Wied-Qannotta-800x600.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Bidnija-Wied-Qannotta.jpg 992w\" sizes=\"(max-width: 992px) 100vw, 992px\" \/><\/p>\n<p>Madankollu g\u0127ad hemm g\u0127add ta&#8217; mistoqsijiet li g\u0127adhom bla twe\u0121iba. X&#8217;rabja qed jipprova jikkontrolla l-gvern meta, b&#8217;mod persistenti u minkejja l-kundanni tal-mist\u0127ija li qed jaqla&#8217; minn madwar id-dinja, jibqa&#8217; jirrifjuta li jifta\u0127 inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia? Tg\u0127id qed jinkwietaw xi ftit i\u017c\u017cejjed mir-reazzjoni ta&#8217; erba&#8217; minn nies ta&#8217; rashom s\u0127una li ta&#8217; spiss ikunu g\u0127assa fl-in\u0127awi ta&#8217; Misra\u0127 l-Assedju l-Kbir biex jaraw li \u0127add ma jqieg\u0127ed imqar fjura mal-mafkar?<\/p>\n<p>It-tnedija ta&#8217; inkjesta pubblika tkun azzjoni msejsa fuq is-sens komun. L-isku\u017ca li qed i\u0121ib l-Avukat \u0120enerali fis-sens li inkjesta b\u0127al din tista&#8217; tfixkel l-investigazzjoni kriminali li tinsab g\u0127addejja m&#8217;hi xejn \u0127lief \u0127merija. Araw ftit x&#8217;azzjoni ttie\u0127det f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar \u0121ranet fi New Zealand wara li se\u0127\u0127 il-massakru tal-Musulmani minn estremist fanatiku tal-lemin. Fi \u017cmien erbat ijiem, il-Prim Ministru ta&#8217; dak il-pajji\u017c Jacinda Ardern \u0127abbret li kienet ser tniedi inkjesta dwar in-nuqqasijiet tal-a\u0121enziji tal-gvern \u2014 inklu\u017ci l-pulizija, s-servizzi sigrieti, id-dwana u l-immigrazzjoni \u2014 qabel se\u0127\u0127 l-attakk terroristiku. It-tnedija ta&#8217; inkjesta b\u0127al din g\u0127aliex ta\u0127sbu li hi wa\u0127da ta&#8217; importanza? G\u0127aliex importanti g\u0127all-Prim Ministru li l-pajji\u017c jag\u0127ti \u0127arsa mill-qrib lejn ir-responsabbiltajiet tag\u0127ha u tal-gvern tag\u0127ha f&#8217;\u010birkostanzi li fihom it-twettiq ta&#8217; delitt ma \u0121iex evitat. Id-dritt g\u0127all-\u0127ajja jinkludi wkoll id-dmir tal-Istat li j\u0127ares li\u010b-\u010bittadini u lil dawk il-bnedmin kollha li jaqg\u0127u ta\u0127t ir-responsabbilt\u00e0 tieg\u0127u. G\u0127alkemm huwa minnu li \u0127add m&#8217;hu nfallibbli, n-nuqqasijiet je\u0127tie\u0121 li dejjem ji\u0121u mg\u0127arbla sewwa u r-responsabbilt\u00e0 je\u0127tie\u0121 li tintrefa&#8217; u dan biex ma jer\u0121g\u0127ux ji\u0121ru tra\u0121edji b\u0127al dawn fil-futur. L-inkjesta li t\u0127abbret il-biera\u0127 fi New Zealand ma twaqqfitx min\u0127abba inkjesta o\u0127ra kriminali g\u0127aliex l-iskop wara t-tnedija ta&#8217; kull wa\u0127da minnhom huwa differenti u wa\u0127da ma tikkan\u010bellax lill-o\u0127ra.<\/p>\n<p>Huwa mifhum ukoll li \u017c-\u017cew\u0121 inkjesti ser jinbdew minnufih g\u0127ax il-ftira s\u0127una tajba u huwa mag\u0127ruf li aktar ma jg\u0127addi \u017cmien, aktar ikun diffi\u010bli li wie\u0127ed jistabilixxi l-fatti. Allura, ng\u0127id jien, x&#8217;hemm wara r-rifjut tal-gvern li jniedi nkjesta pubblika dwar l-assassinju ta&#8217; \u0121urnalista? Dan l-assassinju mhux biss \u0127assar u \u017cebla\u0127 id-dritt ta&#8217; Daphne Caruana Galizia g\u0127all-\u0127ajja. \u0126assar u \u017cebla\u0127 ukoll id-dritt g\u0127all-libert\u00e0 tal-informazzjoni.<\/p>\n<p>L-Istat je\u0127tie\u0121 jara kif u g\u0127aliex dan kollu t\u0127alla jse\u0127\u0127.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0126add li g\u0127adda f&#8217;The Shift News Ranier Fsadni kellu ra\u0121un biex ibieg\u0127 meta kiteb li ma jaqbilx ma&#8217; min isostni li l-gvern kuljum ine\u0127\u0127i l-fjuri u x-xemg\u0127at minn mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta g\u0127ax irid jipprova jnessi l-fatt li g\u0127ad hemm g\u0127add ta&#8217; mistoqsijiet mhux imwie\u0121ba dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. X&#8217;aktarx li r-ra\u0121uni [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":73120,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73143\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=73143"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73143\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":73165,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73143\/revisions\/73165\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/73120\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=73143"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=73143"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=73143"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}