{"id":73175,"date":"2019-03-20T13:34:50","date_gmt":"2019-03-20T12:34:50","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=73175"},"modified":"2019-03-21T07:16:28","modified_gmt":"2019-03-21T06:16:28","slug":"il-koppja-dalli","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/03\/il-koppja-dalli\/","title":{"rendered":"Il-koppja Dalli"},"content":{"rendered":"<p>Ir-ra\u0121el ta&#8217; Helena Dalli m&#8217;huwiex ja\u010b\u010betta sentenza tal-Qorti tal-Appell li permezz tag\u0127ha \u0121ie de\u010bi\u017c li Caroline Muscat ma kinitx illibellatu meta kienet xandret rapport investigattiv fit-<em>Times of Malta<\/em> dwar xog\u0127lijiet li kienu saru f&#8217;proprjet\u00e0 tieg\u0127u. Sentenza tal-Qorti tal-Appell g\u0127andha tkun wa\u0127da a\u0127\u0127arija, i\u017cda r-ra\u0121el ta&#8217; Helena Dalli ma jridx i\u010bedi u llum ippre\u017centa\u00a0<a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190320\/local\/ministers-husband-files-judicial-protest-after-losing-libel-case.705047\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">protest \u0121udizzjarju kontra l-gvern li minnu martu tag\u0127mel parti<\/a> x&#8217;aktarx b\u0127ala preludju ta&#8217; kaw\u017ca li ser jag\u0127mel kontra l-Istat.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73170\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Screen-Shot-2018-07-06-at-15.47.42-1.png\" alt=\"\" width=\"743\" height=\"590\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Screen-Shot-2018-07-06-at-15.47.42-1-177x142.png 177w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Screen-Shot-2018-07-06-at-15.47.42-1-200x159.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Screen-Shot-2018-07-06-at-15.47.42-1-300x238.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Screen-Shot-2018-07-06-at-15.47.42-1-400x318.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Screen-Shot-2018-07-06-at-15.47.42-1-600x476.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Screen-Shot-2018-07-06-at-15.47.42-1.png 743w\" sizes=\"(max-width: 743px) 100vw, 743px\" \/><\/p>\n<p>Din hi \u0127a\u0121a tassew stramba. Tkellimt ma&#8217; diversi avukati li ja\u0127dmu fil-qasam tal-libelli u \u0127add minnhom ma jiftakar li qatt se\u0127\u0127et \u0127a\u0121a b\u0127al din. Ilhom minn \u017cmien \u017cem\u017cem isiru kaw\u017ci fil-qorti kontra \u0121urnalisti minn persuni politi\u010bi u \u0127afna drabi min jitlef jittanta xortih fil-Qorti tal-Appell. U meta ting\u0127ata sentenza mill-Qorti tal-Appell, din tkun l-a\u0127\u0127ar kelma u l-kwistjoni tintemm f&#8217;dak l-istadju. Patrick Dalli jista&#8217; forsi jg\u0127id li m&#8217;hemm xejn li legalment jista&#8217; j\u017commu milli jippre\u017centa protest \u0121udizzjarju u li jittanta xortih permezz ta&#8217; kaw\u017ca g\u0127ad-danni jew forsi permezz ta&#8217; kaw\u017ca Kostituzzjonali. M&#8217;hemm xejn xi j\u017commu milli joqg\u0127od jinfexx &#8211; kif naqbad insej\u0127ilhom? &#8211; f&#8217;sensiela ta&#8217; tatti\u010bi pro\u010bedurali kreattivi.<\/p>\n<p>I\u017cda hawn mhux qed nittrattaw dwar il-vizzju liti\u0121ju\u017c ta&#8217; xi kuntrattur li ma jkunx jista&#8217; j\u0121erra\u0127 li i\u0127alli lil \u0127addie\u0127or ilissen l-a\u0127\u0127ar kelma. G\u0127aliex <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/03\/appeals-court-journalist-obligation-report-public-interest\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">il-qofol ta&#8217; dak li dde\u010bidiet il-Qorti tal-Appell <\/a>ikompli jirrifletti fuq din il-manuvra tal- koppja Dalli. L-ewwel qorti kienet ikkundannat lil Caroline Muscat t\u0127allas danni ta&#8217; \u20ac10,000 lil Patrick Dalli g\u0127ax irra\u0121unat li dan huwa \u010bittadin privat u g\u0127aldaqstant ma kellux jixxandar rapport investigattiv dwar \u0121idu.<\/p>\n<p>Il-Qorti tal-Appell ma qablitx ma&#8217; dan ir-ra\u0121unar u sostniet li l-politi\u010bi huma su\u0121\u0121etti g\u0127all-iskrutinju mill-mezzi tax-xandir ta&#8217; livell og\u0127la minn normal g\u0127aliex dawn g\u0127andhom a\u010b\u010bess liberu g\u0127as-setg\u0127a u g\u0127all-influwenza li din i\u0121\u0121ib mag\u0127ha li politiku jista&#8217; jgawdi minnha personalment. Il-mezzi tax-xandir qeg\u0127din hemm biex ig\u0127assu kontra l-abbu\u017ci tal-politi\u010bi u bis-sa\u0127\u0127a t&#8217;hekk il-\u0127ajja pubblika u d-demokrazija jkunu jistg\u0127u jibqg\u0127u jiffunzjonaw. Wie\u0127ed ji\u017cbalja jekk jittanta jifred l-interessi personali ta&#8217; persuna politika minn dawk ta&#8217; \u017cew\u0121ha, spe\u010bjalment meta &#8211; b\u0127alma hu l-ka\u017c tal-koppja Dalli &#8211;\u00a0 \u0121idhom huwa mi\u017cmum bejniethom bi s\u0127ab.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant jekk l-u\u017cu ta&#8217; proprjet\u00e0 mill-Ministru, il-konformit\u00e0 ta&#8217; dan l-u\u017cu mal-li\u0121ijiet u l-akkwist ta&#8217; \u0121id jaqa&#8217; ta\u0127t l-iskrutinju tal-\u0121urnalisti &#8211; kif tabil\u0127aqq g\u0127andu jkun &#8211; dan l-iskrutinju g\u0127andu japplika wkoll g\u0127all-\u0121id tar-ra\u0121el tal-Ministru g\u0127aliex \u0121id ir-ra\u0121el tal-Ministru huwa \u0121idha wkoll. Fil-protest \u0121udizzjarju li ppre\u017centa llum Patrick Dalli qal li jinsab urtat g\u0127all-fatt li l-Im\u0127allef tal-Qorti tal-Appell kien g\u0127adda osservazzjoni fis-sens li Helena Dalli kienet g\u0127amlet sewwa meta dde\u010bidiet li ma t\u0127arrikx lil Caroline Muscat kif kien g\u0127amel \u017cew\u0121ha. Skont Patrick Dalli din l-osservazzjoni hi wa\u0127da \u201csarkastika u \u010binika\u201d. Lil Anthony Ellul jien ma nafux. I\u017cda skont diversi avukati li ttrattaw kaw\u017ci quddiemu, huwa bniedem li l-orjentazzjoni politika ta&#8217; min jidher quddiemu ma tinteressahx. Madankollu, Patrick Dalli g\u0127andu mnejn jara kif ser jibni xi argument dwar l-allegata natura sarkastika tal-osservazzjoni tal-Im\u0127allef dwar Helena Dalli. Jekk Anthony Ellul kien tabil\u0127aqq qed ikun sarkastiku, lil Patrick Dalli kien ig\u0127idlu li l-fatt li Patrick Dalli ta (u qed ikompli jag\u0127ti) fastidju lil Caroline Muscat min\u0127abba l-\u0121urnali\u017cmu tag\u0127ha ma jpattix g\u0127all-fatt li l-veru fastidju \u0121ej min na\u0127a ta&#8217;\u00a0 Helena Dalli.<\/p>\n<p>Il-protest \u0121udizzjarju li Patrick Dalli ppre\u017centa llum huwa pervers daqs dak li kien ippre\u017centa Konrad Mizzi ftit \u0121img\u0127at ilu \u2014 u li mbag\u0127ad \u0121ie \u010bedut &#8211; li permezz tieg\u0127u huwa \u0127arrek lill-gvern li minnu jag\u0127mel parti min\u0127abba ksur imma\u0121inarju ta&#8217; drittijiet tal-bniedem. Fil-ka\u017c tieg\u0127u, Mizzi ppretenda li m&#8217;g\u0127andux jaqa&#8217; ta\u0127t l-iskrutinju tal-qrati. Fil-ka\u017c tieg\u0127u tal-lum, Dalli qed jippretendi li g\u0127andu l-jedd li jinjora il-li\u0121ijiet tal-ippjanar fejn g\u0127andu x&#8217;jaqsam il-\u0121id ta&#8217; martu ming\u0127ajr ix-xkiel li j\u0121ib mieg\u0127u l-irrappurtar tal-\u0121urnalisti dwar l-im\u0121ieba tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Dawn m&#8217;huma xejn \u0127lief Ministri li jippretendu li l-li\u0121ijiet m&#8217;g\u0127andhomx ig\u0127oddu g\u0127alihom ukoll. I\u017cda ag\u0127ar minn hekk huwa l-fatt li dawn jippretendu li l-li\u0121i g\u0127andha tbierek din l-im\u0121ieba tag\u0127hom: g\u0127all-impunit\u00e0 tag\u0127hom jippretendu l-barka tal-im\u0127allfin. Il-Ma\u0121istrat (dalwaqt Im\u0127allef?) Francesco Depasquale lil Patrick Dalli tah il-barka tieg\u0127u. Lil Patrick Dalli, l-Im\u0127allef Anthony Ellul din il-barka \u010ba\u0127adhielu.<\/p>\n<p>B\u0127al fil-ka\u017c ta&#8217; Konrad Mizzi, issa min jaf x&#8217;se jivvinta Peter Grech, li se jkollu jwie\u0121eb g\u0127all-protest ta&#8217; Helena Dalli (g\u0127ax fil-fatt huwa tag\u0127ha wkoll) g\u0127an-nom tal-klienta tieg\u0127u Helena Dalli (g\u0127aliex huwa l-avukat tal-gvern li hi tifforma parti minnu)? Din il-manuvra kienet tkun tad-da\u0127k li kieku warajha m&#8217;hemmx it-tir li jkompli jing\u0127afas il-pro\u010bess ta&#8217; intimidazzjoni kontra l-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles u sabiex ji\u0121i \u017cgurat li dawk l-im\u0127allfin u ma\u0121istrati li ja\u017c\u017cardaw jiddefendu lill-\u0121urnalisti ji\u0121u ntimidati huma stess permezz ta&#8217; azzjoni minn na\u0127a tal-gvern (g\u0127aliex il-protest \u0121udizzjarju tal-koppja Dalli m&#8217;hi xejn \u0127lief azzjoni ta&#8217; Ministru u allura tal-gvern stess), u dan sabiex \u0121urnalisti o\u0127ra li m&#8217;g\u0127andhomx l-istoffa li g\u0127andha Caroline Muscat jitnaffru milli jag\u0127mlu skrutinju fuq il-\u0121id personali ta&#8217; Ministri, ikunu kemm ikunu m\u010bappsin bil-korruzzojoni.<\/p>\n<p>Filwaqt li dawn jippretendu li l-li\u0121ijiet g\u0127andhom ig\u0127oddu g\u0127al kul\u0127add \u0127lief g\u0127alihom, g\u0127andhom ukoll l-ardir jippretendu li ma ssirx g\u0127assa fuq dak li jkunu qed i\u0127awwdu minn wara dahar kul\u0127add fil-borma tag\u0127hom.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ir-ra\u0121el ta&#8217; Helena Dalli m&#8217;huwiex ja\u010b\u010betta sentenza tal-Qorti tal-Appell li permezz tag\u0127ha \u0121ie de\u010bi\u017c li Caroline Muscat ma kinitx illibellatu meta kienet xandret rapport investigattiv fit-Times of Malta dwar xog\u0127lijiet li kienu saru f&#8217;proprjet\u00e0 tieg\u0127u. Sentenza tal-Qorti tal-Appell g\u0127andha tkun wa\u0127da a\u0127\u0127arija, i\u017cda r-ra\u0121el ta&#8217; Helena Dalli ma jridx i\u010bedi u llum ippre\u017centa\u00a0protest \u0121udizzjarju kontra [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":73170,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73175\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=73175"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73175\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":73187,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73175\/revisions\/73187\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/73170\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=73175"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=73175"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=73175"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}