{"id":73220,"date":"2019-03-22T12:21:45","date_gmt":"2019-03-22T11:21:45","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=73220"},"modified":"2019-03-25T15:10:55","modified_gmt":"2019-03-25T14:10:55","slug":"se-jaghmlu-biss-dak-li-jaqbel-lilhom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/03\/se-jaghmlu-biss-dak-li-jaqbel-lilhom\/","title":{"rendered":"Se jag\u0127mlu biss dak li jaqbel lilhom"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190321\/local\/roles-of-the-prosecutor-general-and-attorney-general-to-be-separated.705132\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-istqarrija tal-biera\u0127 ta&#8217; Owen Bonnici<\/a> ma t\u0127alli ebda dubju fl-im\u0127u\u0127 li l-gvern se jag\u0127mel minn kollox biex ikompli jsa\u0127\u0127a\u0127 ir-riedni tas-setg\u0127a f&#8217;idejh. U l-gvern bi \u0127siebu jserra\u0127 fuq il-koperazzjoni mansa tal-oppo\u017cizzjoni g\u0127aliex biex iwettaq it-tibdiliet li qed jipproponi &#8211; jew, biex inkunu \u010bari, il-\u0127jiel vag dwar tibdiliet li ssemmew waqt il-konferenza tal-a\u0127barijiet tal-biera\u0127 &#8211; ikun je\u0127tie\u0121 ma\u0121\u0121oranza ta&#8217; \u017cew\u0121 terzi tal-membri tal-Parlament.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn it-tibdil propost fir-rwol tal-Avukat \u0120enerali &#8211; persuna li b\u0127alissa g\u0127andu r-rwol ta&#8217; avukat tal-gvern u r-rwol ta&#8217; prosekutur kontra min iwettaq delitti kriminali, kompri\u017ci delitti kriminali mwettqa mill-klijent tieg\u0127u: ji\u0121ifieri l-gvern. Din il-firda fir-rwoli ilha ti\u0121i diskussa g\u0127al \u017cmien twil. Fl-2002, il-gvern tal-PN kien ippropona xi \u0127a\u0121a b\u0127al din i\u017cda Alfred Sant, <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/xtra\/93779\/sant_still_regrets_not_convincing_nation_on_partnership_instead_of_eu_membership\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">dak li llum qed ig\u0127id li jisg\u0127obbih li sse\u0127ibna fl-Unjoni Ewropea<\/a>, ma kienx qabel ma&#8217; dan it-tibdil. Issa m&#8217;g\u0127adux fil-po\u017cizzjoni li jwaqqaf tibdil b\u0127al dan. I\u017cda Owen Bonnici g\u0127amilha \u010bara li l-g\u0127a\u017cla tal-prosekutur il-\u0121did u tal-avukat \u0121enerali \u0121did se tibqa&#8217; f&#8217;idejn il-gvern. Dan ifisser li d-diskrezzjoni ser tibqa&#8217; f&#8217;idejn il-prim ministru.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 waqt il-konferenza tal-a\u0127barijiet Owen Bonnici gideb meta qal li l-Kummissjoni ta&#8217; Venezja ma kienet qalet xejn dwar il-mod kif g\u0127andu jing\u0127a\u017cel l-Avukat \u0120enerali. Din il-Kummissjoni fil-fatt qalet li l-ag\u0127ar problema f&#8217;Malta tikkonsisti fil-fatt li l-prim ministru g\u0127andu wisq sa\u0127\u0127a u g\u0127andu s-setg\u0127a li jag\u0127\u017cel lil kull min irid u li jimponi r-rieda tieg\u0127u. Malta g\u0127alhekk se jkollha prosekutur \u0121enerali li jkun mag\u0127\u017cul mill-prim ministru. Minflok avukat anzjan wie\u0127ed impjegat mal-gvern li jkun pupazz f&#8217;idejn il-prim ministru, se jkollna tnejn. Ta\u0127sbu li dan jammonta g\u0127al progress? \u010aertament m&#8217;huwiex.<\/p>\n<p>\u0120aladarba Owen Bonnici qed jipproponi tibdil li jkun je\u0127tie\u0121 il-kunsens tal-PN biex jitwettaq, wie\u0127ed jista&#8217; jassumi li dan it-tibdil di\u0121\u00e0 \u0121ie miftiehem mal-oppo\u017cizzjoni, jew g\u0127allinqas mat-tmexxija tal-oppo\u017cizzjoni. Allura sinjuri ppermettuli ng\u0127id li l-Kostituzzjoni se tinbidel permezz ta&#8217; sensiela ta&#8217; emendi mwieg\u0127da minn Owen Bonnici li ser ig\u0127addu mill-Parlament ming\u0127ajr kontroversji u ming\u0127ajr l-i\u010bken konsultazzjoni. Dawn, li jriduha ta&#8217; &#8220;gvern riformista&#8221;, qed jinjoraw il-fatt li l-Kostituzzjoni ma taqax ta\u0127t il-kompetenza tal-gvern. Qed jinjoraw il-fatt li l-Kostituzzjoni hi ta&#8217; kul\u0127add u li kul\u0127add g\u0127andu jing\u0127ata l-opportunit\u00e0 li jipparte\u010bipa fil-pro\u010bess tat-tibdil.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73213\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ownen-bonnici-joseph-muscat.jpg\" alt=\"\" width=\"675\" height=\"465\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ownen-bonnici-joseph-muscat-200x138.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ownen-bonnici-joseph-muscat-300x207.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ownen-bonnici-joseph-muscat-400x276.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ownen-bonnici-joseph-muscat-600x413.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ownen-bonnici-joseph-muscat.jpg 675w\" sizes=\"(max-width: 675px) 100vw, 675px\" \/><\/p>\n<p>Irridu niftakru li ma kinux huma li kienu \u0127ar\u0121u bl-idea tat-tibdiliet fil-Kostituzzjoni u li d-dibattitu dwar ir-rwol tal-Avukat \u0120enerali kien re\u0121a&#8217; beda&#8217; min\u0127abba l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia fis-16 ta&#8217; Ottubru 2017. Jum li \u0127abat it-Tnejn. Il-\u0126add ta&#8217; wara kienu saru protesti fit-toroq u kienu saru sensiela ta&#8217; talbiet. Wa\u0127da minn dawn kienet talba g\u0127ar-ri\u017cenja ta&#8217; Peter Grech u bidla dwar ir-rwol tal-kariga ta&#8217; Avukat \u0120enerali. Kienu sensiela ta&#8217; talbiet li kienu jinkludu talba g\u0127ar-ri\u017cenja ta&#8217; Lawrence Cutajar u tibdiliet fir-rwol tal-kariga ta&#8217; Kummissarju tal-Pulizija. L-assassinju politiku ta&#8217; \u0121urnalista kompla feta\u0127 il-\u0121er\u0127a tad-dg\u0127jufijiet Kostituzzjonali tag\u0127na. Dawn it-talbiet kienu saru 6 ijiem biss wara li se\u0127\u0127 l-assassinju u dawn l-a\u0127\u0127ar 17 il-xahar kienu konferma dwar kemm kellhom u g\u0127ad g\u0127andhom ra\u0121un dawk li pprotestaw.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73215\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>L-Assembea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa bg\u0127atet hawn lil Pieter Omtzigt sabiex jevalwa dak li kien qed ise\u0127\u0127 f&#8217;Malta u dan ma damx wisq biex inteba\u0127 li kien hemm xi \u0127a\u0121a li m&#8217;hix f&#8217;lokha fil-Kostituzzjoni tag\u0127na. Kien proprju hu li rrifera l-ka\u017c ta&#8217; Malta lill-Kummissjoni ta&#8217; Venezja li mbag\u0127ad stqarret li d-demokrazija f&#8217;Malta m&#8217;hix ta\u0127dem kif suppost.<\/p>\n<p>Ikunu qed iqarrqu Owen Bonnici u Joseph Muscat meta jg\u0127idu li d-difetti fir-rwol tal-Avukat \u0120enerali ntirtu minn \u017cmien il-PN li kellu 25 sena biex jag\u0127mel it-tibdiliet me\u0127tie\u0121a u baqa&#8217; m&#8217;g\u0127amel xejn. Iqarrqu g\u0127ax ma jg\u0127idux li, g\u0127allinqas fil-ka\u017c tal-Avukat \u0120enerali, in-Nazzjonalisti kienu \u0127ar\u0121u bi proposti konkreti u li dawn ma kinux \u0121ew a\u010b\u010bettati fil-Parlament minn tal-Labour. I\u017cda jrid jing\u0127ad ukoll li l-klassi politika tag\u0127na, li g\u0127al dan i\u017c-\u017cmien kollu kkuntentat bid-dg\u0127jufiet li hemm fil-Kostituzzjoni, ma tistax tippretendi li twettaq bidliet li jservu biss l-interessi tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Minn dak li smajna s&#8217;issa jidher li tibdil propost fir-rwol tal-Avukat \u0120enerali ser ikun wie\u0127ed ko\u017cmetiku li ma jindirizzax il-problemi li je\u017cistu. Il-prosekutur \u0121enerali ser jintg\u0127a\u017cel minn Joseph Muscat: il-kap ta&#8217; \u0121erarkija li qed issaltan fuq dan il-pajji\u017c b\u0127ala klikka li mhux biss ma&#8217; tista&#8217; g\u0127aliha ebda li\u0121i i\u017cda li wa\u0127\u0127det l-interessi personali tag\u0127ha mal-li\u0121ijiet.<\/p>\n<p>Kostituzzjoni li titfassal minn gvern m&#8217;hi xejn \u0127lief kolp ta&#8217; stat u ma nistg\u0127ux nibqg\u0127u ndifferenti g\u0127al dan il-periklu.<\/p>\n<p>Tg\u0127id lill-gvern, tal-PN se jg\u0127idulu li r-riformi ma jsirux kemm il-darba ma jinvolvix lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili? Ma tarax!<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73217\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-4.aspx_.jpeg\" alt=\"\" width=\"959\" height=\"644\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-4.aspx_-200x134.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-4.aspx_-300x201.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-4.aspx_-400x269.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-4.aspx_-600x403.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-4.aspx_-768x516.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-4.aspx_-800x537.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/file-4.aspx_.jpeg 959w\" sizes=\"(max-width: 959px) 100vw, 959px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-istqarrija tal-biera\u0127 ta&#8217; Owen Bonnici ma t\u0127alli ebda dubju fl-im\u0127u\u0127 li l-gvern se jag\u0127mel minn kollox biex ikompli jsa\u0127\u0127a\u0127 ir-riedni tas-setg\u0127a f&#8217;idejh. U l-gvern bi \u0127siebu jserra\u0127 fuq il-koperazzjoni mansa tal-oppo\u017cizzjoni g\u0127aliex biex iwettaq it-tibdiliet li qed jipproponi &#8211; jew, biex inkunu \u010bari, il-\u0127jiel vag dwar tibdiliet li ssemmew waqt il-konferenza tal-a\u0127barijiet tal-biera\u0127 &#8211; ikun [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":73217,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73220\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=73220"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73220\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":73246,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73220\/revisions\/73246\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/73217\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=73220"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=73220"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=73220"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}