{"id":7326,"date":"2018-05-09T08:23:36","date_gmt":"2018-05-09T06:23:36","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7326"},"modified":"2018-05-10T16:41:57","modified_gmt":"2018-05-10T14:41:57","slug":"ibaghbsu-biex-ighattu-xturhom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/ibaghbsu-biex-ighattu-xturhom\/","title":{"rendered":"Ibag\u0127bsu biex ig\u0127attu xturhom"},"content":{"rendered":"<p>Hekk kif <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/05\/keith-schembris-commercial-scope\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Keith Schembri \u0127are\u0121 bi sku\u017ca patetika o\u0127ra biex jipprova ji\u0121\u0121ustifika l-ftu\u0127 tal-kontijiet bankarji barra &#8216;l pajji\u017c<\/a> smajna li l-investigaturi Maltin kienu di\u0121\u00e0 ssuspettaw li kien ser jo\u0127ro\u0121 b&#8217;din l-isku\u017ca immontata.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 Keith Schembri qal li huwa kien \u0127oloq l-istruttura tieg\u0127u fil-British Virgin Islands madwar sena qabel il-\u0127atra pubblika tieg\u0127u mal-prim ministru u li g\u0127alhekk dawn huma affarijiet personali li jikkon\u010bernaw in-negozju tieg\u0127u. B&#8217;dak li stqarr il-biera\u0127 b\u0127al donnu ried ig\u0127id li b\u0127ala \u010bittadin privat kien qed jevadi l-\u0127las tat-taxxi u li, \u0121aladarba qed ng\u0127ixu f&#8217;dinja \u0121dida fejn il-moralit\u00e0 qlibniha ta&#8217; ta\u0127t fuq, ma kien \u0121ara&#8217; xejn b&#8217;daqshekk. Qisu ried ig\u0127id li spe\u010bi ta&#8217; ma setax kien qed ja\u0127sel il-flus \u0121ejjin mit-tix\u0127im g\u0127ax kien g\u0127adu ma ng\u0127atax il-\u0127atra li g\u0127andu llum.<\/p>\n<p>I\u017cda hija \u010bara u tonda li sa sena jew sentejn qabel in\u0127atar b\u0127ala \u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru di\u0121\u00e0 kellu po\u017cizzjoni politika influwenti. F&#8217;Marzu 2013 Keith Schembri ma waqax g\u0127all-g\u0127arrieda mis-sema g\u0127al \u0121ol bit\u0127a ta&#8217; Kastilja. Kien il-mo\u0127\u0127 wara r-reb\u0127a tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ta&#8217; dik is-sena u wara l-elevazzjoni politika ta&#8217; Joseph Muscat. Kif kien qalilna An\u0121lu Farrugia, Keith Schembri kien ikkakkma ru\u0127u fir-\u201craba\u2019 sular\u201d ta\u010b-\u010aentru Nazzjonali Laburista biex jilqa&#8217; lil dawk kollha li g\u0127amlu d-donazzjonijiet lill-partit u biex jissi\u0121illa l-famu\u017ca <em>roadmap<\/em> tal-Labour.<\/p>\n<p>Hu biss jaf dak i\u017c-\u017cmien x&#8217;kien qed i\u0127awwad fil-borma.<\/p>\n<p>I\u017cda apparti dan kollu, issa sirna nafu li l-<em>accountants<\/em> ta&#8217; <em>Mossack Fonseca<\/em> ma kellhom ebda skrupli li jbag\u0127bsu bid-dati fuq dokumenti wara talbiet tal-klienti tag\u0127hom.\u00a0<a href=\"http:\/\/www.afr.com\/news\/world\/europe\/nz-accountants-backdated-malta-trust-documents-during-panama-papers-20180506-h0zptx?login_token=6mE8CunXq6a1GDyWF2od9BsGSpc7Xu9fqIRSfgTnD08Eu5nIK3ChUKikoAc49ogfCAWORN-J4y5Ez2_ww6SIxQ&amp;expiry=1525784763&amp;single_use_token=DosKIEuomNVFVPhBjbzztApWFbGiWf5IImEnZRDkRAdzVdiwCFJ7Hpxo8ntk64NtuFmGD8LbkIQkQzZP5pCe6Q\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Din l-a\u0127bar xandarha Neil Chinoweth tal-<em>Australian Financial Review<\/em><\/a> li kiteb li, meta \u0127are\u0121 fil-bera\u0127 l-iskandlu tal-<em>Panama Papers<\/em>, investigaturi tal-FIAU f&#8217;Malta kienu tal-fehma li Konrad Mizzi kien ta struzzjonijiet lill-<em>accountants<\/em> tieg\u0127u fi New Zealand biex ibag\u0127bsu bid-dati f&#8217;dokumenti marbutin mat-<em>trust<\/em> li kellu f&#8217;dak il-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Allura filwaqt li Konrad Mizzi kien qed jakku\u017ca lil Daphne Caruana Galizia li kienet qed tigdeb dwaru u lill-ICIJ b&#8217;ri\u010biklar tal-istejjer tag\u0127ha &#8211; stejjer li g\u0127adu sal-lum jinsisti li kien wie\u0121eb g\u0127alihom b&#8217;onest\u00e0 u trasparenza &#8211; kien qed jag\u0127ti struzzjonijiet lill-<em>accountants<\/em> tieg\u0127u f&#8217;New Zealand biex jg\u0127attulu xturu.<\/p>\n<p>Il-\u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in huwa reat kriminali li mhux diffi\u010bli li xxommu i\u017cda li m&#8217;huwiex fa\u010bli li tippruvah. Dan ir-reat kriminali jserra\u0127 \u0127afna fuq il-manipular ta&#8217; dokumenti li jistg\u0127u jitbag\u0127bsu, jinqerdu jew jidda\u0127\u0127lu f&#8217;xi bagoll fi triqithom lejn Baku fis-satra tal-lejl.<\/p>\n<p>Din hija r-ra\u0121uni g\u0127aliex il-Klikka tal-Panama mmexxija minn Joseph Muscat g\u0127andha rasha mistrie\u0127a li jekk jirnexxielha t\u0127awwad mo\u0127\u0127 in-nies billi t\u0127allat ir-responsabbilt\u00e0 politika mal-produzzjoni ta&#8217; provi forensi\u010bi, tista&#8217; tkompli tg\u0127addiha lixxa.<\/p>\n<p>Kulma g\u0127andhom jag\u0127mlu hu li jkomplu jo\u0127olqu d-dubji. Ifakkruni f&#8217;dak li kien jg\u0127id lil martu Ren\u00e9 Artois ta&#8217; \u2018Allo \u2018Allo kull darba li kienet taqbdu jittanta lill-<em>cocktail waitresses<\/em>. \u201c<em>You stupid woman<\/em>!\u201d<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7289 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/file-2.jpg\" alt=\"\" width=\"709\" height=\"399\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/file-2-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/file-2-480x270.jpg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/file-2.jpg 709w\" sizes=\"(max-width: 709px) 100vw, 709px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hekk kif Keith Schembri \u0127are\u0121 bi sku\u017ca patetika o\u0127ra biex jipprova ji\u0121\u0121ustifika l-ftu\u0127 tal-kontijiet bankarji barra &#8216;l pajji\u017c smajna li l-investigaturi Maltin kienu di\u0121\u00e0 ssuspettaw li kien ser jo\u0127ro\u0121 b&#8217;din l-isku\u017ca immontata. Il-biera\u0127 Keith Schembri qal li huwa kien \u0127oloq l-istruttura tieg\u0127u fil-British Virgin Islands madwar sena qabel il-\u0127atra pubblika tieg\u0127u mal-prim ministru u li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7289,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7326\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7326"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7326\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7339,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7326\/revisions\/7339\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7289\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7326"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7326"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7326"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}