{"id":73261,"date":"2019-03-25T16:33:27","date_gmt":"2019-03-25T15:33:27","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=73261"},"modified":"2019-03-29T11:41:58","modified_gmt":"2019-03-29T10:41:58","slug":"iwahhal-fhaddiehor-biex-ighatti-xturu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/03\/iwahhal-fhaddiehor-biex-ighatti-xturu\/","title":{"rendered":"Iwa\u0127\u0127al f&#8217;\u0127addie\u0127or biex ig\u0127atti xturu"},"content":{"rendered":"<p>Adrian Delia u l-klikka ta&#8217; madwaru li, milli jidher, tinsab immexxija minn Pierre Portelli, mg\u0127ejjuna minn Pierre Portelli u tinkludi lil Pierre Portelli, lil Pierre Portelli u lil Pierre Portelli u li g\u0127andha lil Pierre Portelli b\u0127ala segretarju \u2014 xena stramba li bla ma trid tfakkrek xi ftit f&#8217;<em>Being John Malkovich<\/em> \u2014 issa g\u0127andha f&#8217;\u0127o\u0121orha kri\u017ci o\u0127ra u qed i\u0121\u0121ib ru\u0127\u0127a b\u0127allikieku qed tiddefendi xi kap ta&#8217; gvern. Kri\u017cijiet b\u0127al dawn is-soltu jsibuhom ma&#8217; wi\u010b\u010bhom dawk il-politi\u010bi li jkunu ilhom \u017cmien twil fil-kariga u li jkunu waslu biex itemmu l-karriera politika tag\u0127hom u mhux politi\u010bi b\u0127al Adrian Delia li l-\u0127ajja politika tag\u0127hom g\u0127adhom bil-kemm bdewha. Kwa\u017ci kwa\u017ci tistennie\u0127 li ser jo\u0127ro\u0121 b&#8217;xi formula innovattiva dwar il-mod kif jista&#8217; jmewwet il-kri\u017cijiet, i\u017cda jidher li l-ammirazzjoni li g\u0127andu kemm g\u0127all-\u0127alliel l-ie\u0127or Joseph Muscat kif ukoll g\u0127all-klikka ta&#8217; madwaru ma tippermettilux biex jo\u0127ro\u0121 b&#8217;soluzzjonijiet differenti, bir-ri\u017cultat li malli Adrian Delia jo\u0127ro\u0121 minn \u0127ofra wa\u0127da, dlonk isib ru\u0127u mg\u0127arraq f&#8217;o\u0127ra.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73253\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WEBBEING-JOHN-MALKOVICH-Pic-01.jpg\" alt=\"\" width=\"655\" height=\"466\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WEBBEING-JOHN-MALKOVICH-Pic-01-200x142.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WEBBEING-JOHN-MALKOVICH-Pic-01-300x214.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WEBBEING-JOHN-MALKOVICH-Pic-01-400x285.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WEBBEING-JOHN-MALKOVICH-Pic-01-600x427.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WEBBEING-JOHN-MALKOVICH-Pic-01.jpg 655w\" sizes=\"(max-width: 655px) 100vw, 655px\" \/><\/p>\n<p>I\u017cda, hu u jaqbe\u017c minn di\u017castru g\u0127al ie\u0127or, Adrian Delia \u010bertament ma jonqosx li jikkopja lil Joseph Muscat li, meta jsib ru\u0127u dahru mal-\u0127ajt, \u0127alli g\u0127alih li jinfexx u jwa\u0127\u0127al f&#8217;Simon Busuttil. Fil-fatt, Joseph Muscat e\u017catt hekk kien g\u0127amel meta fe\u0121\u0121 l-iskandlu Egrant u beda&#8217; ka\u010b\u010ba g\u0127al frodista tal-firem misterju\u017c &#8211; ka\u010b\u010ba li ma kellha tintemm qatt g\u0127aliex sakemm il-kwistjoni tibqa&#8217; mdendla, n-nies jistg\u0127u ji\u0121u m\u0121ieg\u0127la jemmnu li Simon Busuttil iffalsifika l-provi biex i\u0121ib fl-inkwiet lil Joseph Muscat.<\/p>\n<p>B&#8217;dahru mwa\u0127\u0127al mal-\u0127ajt, Adrian Delia wkoll jinsab iffero\u010bjat u f&#8217;sitwazzjoni ddisprata i\u017cda huwa wisq inqas makakk minn Joseph Muscat. Fuq parir ta&#8217; Muscat, Delia talab li ssir inkjesta Ma\u0121isterjali u, milli jidher, indika lid-dar residenzjali ta&#8217; o\u0127t Simon Busuttil b\u0127ala l-lok li fih jistg\u0127u jinstabu l-provi li l-firem tieg\u0127u kienu \u0121ew falsifikati. Permezz ta&#8217; din il-manuvra, ikun qed jimmanipula l-\u0127sibijiet u s-suspetti tan-nies u j\u0121ieg\u0127lhom jemmnu li Simon Busuttil bag\u0127bas il-provi biex je\u0127el Adrian Delia dwar akku\u017ci li 15 il-sena ilu g\u0127en sid ta&#8217; burdell f&#8217;Londra ja\u0127sel flejjes \u0121ejjin mill-prostituzzjoni.<\/p>\n<p>Jekk fl-2016 kont issegwi lil tal-<em>One TV<\/em> kif ukoll lill-qaddej fidil tag\u0127hom Saviour Balzan permezz tal-<em>Malta Today,<\/em> kont issir taf li Simon Busuttil g\u0127andu o\u0127t. U dik l-o\u0127t kellha \u017cwie\u0121 infeli\u010bi ma&#8217; \u010bertu Kris Bajada, bniedem mid\u0127la g\u0127al \u017cmien twil ta&#8217; Adrian Delia. Kris Bajada u Simon Busuttil qatt ma ngwalawha. Kienu ilhom ma jitkellmu g\u0127al \u017cmien twil u Kris Bajada kien kiteb salt imbarazz fil-<em>Facebook account<\/em> kontra Simon Busuttil biex jag\u0127lef lil tal- <em>One TV <\/em>bl-istejjer. Kris Bajada u martu infirdu legalment madwar erba&#8217; snin ilu. O\u0127t Simon Busuttil toqg\u0127od f&#8217;dar li kien taha missierha fil-Mosta. Kris Bajada, l-eks-ra\u0121el tag\u0127ha, joqg\u0127od bieb ma&#8217; bieb mag\u0127ha.<\/p>\n<p>Kris Bajada huwa iben Eucharist Bajada li ilu jg\u0127ix f&#8217;Londra g\u0127al madwar 25 sena u ji\u0121i wkoll in-neputi ta&#8217; Emanuel Bajada. Ta&#8217; Bajada kellhom x&#8217;jaqsmu mal-briedel f&#8217;Soho u Adrian Delia kellu kont bankarju f&#8217;ismu f&#8217;Jersey li allegatament intu\u017ca biex fih jit\u0127allsu depo\u017citi ta&#8217; flejjes kontanti \u0121ejjin minn attivit\u00e0 kriminali li mbag\u0127ad kienu &#8220;jin\u0127aslu&#8221; hekk kif jin\u0121ibdu mill-istess kont. Meta \u0121ie pruvat li dan il-kont bankarju verament kien je\u017cisti, huwa stqarr li ma setax jiftakar l-e\u017cistenza tieg\u0127u. Mid-dehra, issa tfa\u010b\u010baw provi fil-forma ta&#8217; dokumenti li g\u0127andhom il-firma tieg\u0127u li juru li tabil\u0127aqq kien iffirma dokumenti biex jin\u0127aslu flejjes b\u0127al dawn. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/03\/soho-blues\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Nhar is-Sibt li g\u0127adda stqarr li l-firem tieg\u0127u kienu \u0121ew falsifikati<\/a> u x&#8217;aktarx implika li s-suspetti tieg\u0127u waqg\u0127u fuq dak li kien sie\u0127bu u membru tal-familja Bajada. Allura mar g\u0127and il-Ma\u0121istrat tal-g\u0127assa u, milli jidher, talab lill-Ma\u0121istrat biex jinvestiga l-proprjetajiet li g\u0127andu a\u010b\u010bess g\u0127alihom Kris Bajada. Jiena rajt b&#8217;g\u0127ajnejja s-<em>search warrant<\/em> li \u0127are\u0121 il-Ma\u0121istrat tal-g\u0127assa li jirreferi g\u0127al indirizz wie\u0127ed li suppost hu ta&#8217; Kris Bajada. I\u017cda Kris Bajada telaq minn dan il-post madwar 4 snin ilu u f&#8217;dan il-post toqg\u0127od dik li kienet martu, ji\u0121ifieri o\u0127t Simon Busuttil. Is-<em>search warrant<\/em> ma jindika ebda indirizz ie\u0127or.<\/p>\n<p>Ma tridx tkun g\u0127aref wisq biex tinteba\u0127 li dan ma kienx xi \u017cball \u0121enwin. <a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2019-03-25\/local-news\/Delia-allegations-of-falsified-signatures-Police-search-house-of-Simon-Busuttil-s-sister-6736205617\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-mod li bi\u0127 li tal-<em>Malta Independent<\/em> u tal-<em>Malta Today<\/em> irrappurtaw b&#8217;mod espli\u010bitu dwar it-tfittxija<\/a> fid-dar ta&#8217; o\u0127t Simon Busuttil iqajjem suspetti li l-persuna li \u0127ar\u0121et bl-idea li ssir allegazzjoni dwar firem foloz, il-persuna li \u0127ar\u0121et bl-idea li Joseph Muscat g\u0127andu jag\u0127ti parir li ssir inkjesta Ma\u0121isterjali, il-persuna li \u0127ar\u0121et bl-idea li Adrian Delia g\u0127andu jitlob li ssir inkjesta Ma\u0121isterjali, il-persuna li \u0127ar\u0121et bl-idea biex Adrian Delia jindika d-dar ta&#8217; o\u0127t Simon Busuttil b\u0127ala l-post fejn jistg\u0127u jinstabu provi dwar falsifikar ta&#8217; firem, u l-persuna li dalg\u0127odu tarrfet lil tal-<em>Malta Independent<\/em> u lil tal-<em>Malta Today,<\/em> hija l-istess wa\u0127da.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fmaltatoday%2Fposts%2F10157267395586941&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"548\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>Min jaf din il-persuna tifformax parti mill-grupp ta&#8217; madwar Adrian Delia mmexxi minn Pierre Portelli? M&#8217;jinix qed inxandar kopja tas-<em>search warrant<\/em> biex ma jinkixifx ukoll l-indirizz personali fil-Mosta tal-persuna in kwistjoni. Ninsab infurmat li, wara li saret tfittxija mill-Pulizija f&#8217;din id-dar fil-Mosta, ma nstab xejn. Niddubita \u0127afna jekk, meta g\u0127amel it-talba, Adrian Delia stenniex li kienet ser tinstab xi prova f&#8217;dar li Kris Bajada ilu ma jg\u0127ix fiha g\u0127al aktar minn 4 snin. I\u017cda l-iskop ta&#8217; Adrian Delia ma kienx li jaqbad \u0121urdien u jsib tarfu. L-iskop kien li jo\u0127loq bi\u017c\u017cejjed dubji biex politikament ikun jista&#8217; j\u017comm fil-wi\u010b\u010b\u00a0 &#8211; minkejja l-fatt li messu ilu li \u0127alla x-xena &#8211; u biex e\u017catt b\u0127al Joseph Muscat, ixerred il-qlajja&#8217; li Simon Busuttil ipprova jikkompromettih.<\/p>\n<p>X&#8217;aktarx mhux qed i\u0127ossok ixxukkjat b&#8217;dan kollu g\u0127ax g\u0127ejjejt tisma&#8217; stejjer b\u0127al dawn. Il-politi\u010bi li ji\u017colqu, jag\u0127mlu l-arja u jimminaw il-kors tal-\u0121ustizzja biex ig\u0127attu xturhom irrendewk insensittiv u dawn ma ja\u0127sbuhiex darbtejn li d-dnub tag\u0127hom ig\u0127abbuh fuq \u0127addie\u0127or biex ma je\u0127lux huma. Fi\u017c-\u017cmien meta Adrian Delia kellu kont bankarju f&#8217;ismu f&#8217;Jersey, Simon Busuttil kien membru ewroparlamentari. L-inqas affarjiet li seta&#8217; kellu f&#8217;mo\u0127\u0127u dak i\u017c-\u017cmien kienu l-prostituti ta&#8217; Londra u t-trasferimenti ta&#8217; flejjes \u0121ejjin mill-briedel bejn Jersey, l-Isvizzera, l-Virgin Islands u f&#8217;\u010bertu stadju, f&#8217;Malta. Ma kienx Simon Buuttil li \u0127awwad f&#8217;borma b\u0127al din. Kien Adrian Delia li \u0127awwad f&#8217;din il-borma. U Simon Busuttil m&#8217;g\u0127adux Kap tal-Oppo\u017cizzjoni u Prim Ministru aspiranti, b\u0127alma hu Adrian Delia. Mela ejjew ma nkomplux inwa\u0127\u0127lu fil-babaw.<\/p>\n<p>Kont na\u0127seb li l-partitarji tal-PN kellhom jippretendu li l-Kap tag\u0127hom &#8211; iffa\u010b\u010bjat kif inhu b&#8217;sitwazzjoni b\u0127al din &#8211; kellu j\u0121ib ru\u0127u mod ie\u0127or. Meta kienet fe\u0121\u0121et l-a\u0127bar li nbdiet investigazzjoni mill-FIAU dwar l-img\u0127oddi tieg\u0127u, kienet qamet il-kwistjoni g\u0127andux jirri\u017cenja sakemm inaddaf ismu. Dakinhar lill-kollegi parlamentari tieg\u0127u kien \u0127alfilhom li \u0127add ma kien qallu li kienet inbdiet xi nvestigazzjoni u li allura ma kienx hemm lok li jirri\u017cenja. Il-kollegi tieg\u0127u ma kellhomx g\u0127a\u017cla \u0127lief li ja\u010b\u010bettaw dak li ntqalilhom. Issa m&#8217;g\u0127adux ig\u0127id li ma saret ebda investigazzjoni mill-FIAU g\u0127ax din fil-fatt saret, kif ikkonferma hu stess. B&#8217;xi mod jew ie\u0127or, xi \u0127add g\u0127addielu l-provi minkejja l-projbizzjoni espli\u010bita li hemm fil-li\u0121i dwar il-\u0127asil tal-flus. Issa m&#8217;g\u0127adux ig\u0127id li m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn jirri\u017cenja g\u0127aliex, wara kollox, investigazzjoni m&#8217;hemmx.<\/p>\n<p>Issa mhux jitkellem dwar ri\u017cenji u qed jallega li l-provi li g\u0127andhom f&#8217;idejhom tal-FIAU huma falsifikati u qed i\u0121ib ru\u0127u b&#8217;mod li bih qed jipprova jimplika lil Simon Busuttil u jorbtu mal-allegata falsifikazzjoni. Il-partitarji tal-PN ma stennewx im\u0121ieba b\u0127al din u s-sitwazzjoni issa qed tiggrava. G\u0127alkemm u\u0127ud m&#8217;hu se jammettu qatt fil-bera\u0127, \u0127add m&#8217;hu se jasal biex jemmen li Adrian Delia kellu kont bankarju f&#8217;ismu f&#8217;Jersey li hu ma kienx jaf bih u li ma kienx jaf fih \u0121ew depo\u017citati eluf kbar ta&#8217; liri. I\u017cda anki li kieku kienu jkunu preparati li jtu\u0127 il-benefi\u010b\u010bju tad-dubju, min b\u0127alu g\u0127andu kariga Kostituzzjonali dan l-inkwiet kollu x&#8217;ikun iridu?<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, Joseph Muscat qed ji\u0121bed il-\u0127abel ta&#8217; Delia. Id-diskorsi tag\u0127hom ta&#8217; nhar ta&#8217; \u0126add saru tad-da\u0127k. Lil Adrian Delia, b&#8217;arja ta&#8217; mg\u0127allem, Joseph Muscat il-biera\u0127 qallu: \u201cJien g\u0127idtlek biex tie\u0127u l-ka\u017c g\u0127and il-Ma\u0121istrat. Qed tara x&#8217;ji\u0121ri meta ma tismax minni?&#8221;. A\u0127jar Alla jag\u0127tini s-sabar!<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-73251\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WhatsApp-Image-2019-03-24-at-15.25.43-1024x965.jpeg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"965\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WhatsApp-Image-2019-03-24-at-15.25.43-200x188.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WhatsApp-Image-2019-03-24-at-15.25.43-300x283.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WhatsApp-Image-2019-03-24-at-15.25.43-400x377.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WhatsApp-Image-2019-03-24-at-15.25.43-600x565.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WhatsApp-Image-2019-03-24-at-15.25.43-768x724.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WhatsApp-Image-2019-03-24-at-15.25.43-800x754.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/WhatsApp-Image-2019-03-24-at-15.25.43.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Lanqas il-kollegi parlamentari ta&#8217; Adrian Delia fil-PN m&#8217;huma jqajmu kwistjonijiet. Mid-dehra ma jridux iqajjmu katavri u dan biex ma jinbtux akku\u017ci li\u00a0 l-PN maqsum bejn &#8220;ta&#8217; Delia&#8221; u &#8220;ta&#8217; Busuttil&#8221;. F&#8217;mo\u0127\u0127 Adrian Delia u f&#8217;mo\u0127\u0127 il-klikka esperta ta&#8217; madwaru, bil-Pierre Portellijiet kollha li hemm fiha, Simon Busuttil huwa l-g\u0127adu. Allura l-grupp parlamentari dde\u010bieda li jimmuta u jsofri fis-silenzju minkejja x-xeni ta&#8217; mist\u0127ija li qed jikkaw\u017ca Adrian Delia.<\/p>\n<p>M&#8217;hemmx fejn wie\u0127ed jitfixkel. Adrian Delia lill-Kummissarju tal-Pulizija bg\u0127atlu kopji ta&#8217; dokumenti li suppost \u0121ew imbag\u0127bsa li minnhom jirri\u017culta li, skond Adrian Delia, &#8220;kienu se\u0127\u0127ew transazzjonijiet bankarji&#8221;. Kollox sew. Mela kulma g\u0127andu jag\u0127mel Adrian Delia huwa dan:<\/p>\n<p>L-ewwel, ig\u0127idilna dawn id-dokumenti min g\u0127addihomlu.<\/p>\n<p>It-tieni, g\u0127andu jxandar dawn id-dokumenti.<\/p>\n<p>It-tielet, ig\u0127idilna b&#8217;liema mod ir\u010bieva konferma li kienu se\u0127\u0127ew dawn it-transazzjonijiet bankarji: niftakru li l-a\u0127\u0127ar li tkellem dwar din l-istorja, lanqas il-bank stess\u00a0 &#8211;\u00a0 Barclays of Jersey &#8211; ma kellu ebda \u0127jiel dwar il-kont bankarju u dak i\u017c-\u017cmien kien qal li ma kien jaf xejn dwar dan il-kont.<\/p>\n<p>Biex jag\u0127mel dan kollu m&#8217;g\u0127andu b\u017conn ebda <em>search warrant<\/em>. It-twe\u0121ibiet mhux se jinstabu fid-dar ta&#8217; o\u0127t Simon Busuttil. It-twe\u0121ibiet jinsabu f&#8217;mo\u0127\u0127u.<\/p>\n<p>Tg\u0127id f&#8217;mo\u0127\u0127u hemm Pierre Portelli wkoll?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Adrian Delia u l-klikka ta&#8217; madwaru li, milli jidher, tinsab immexxija minn Pierre Portelli, mg\u0127ejjuna minn Pierre Portelli u tinkludi lil Pierre Portelli, lil Pierre Portelli u lil Pierre Portelli u li g\u0127andha lil Pierre Portelli b\u0127ala segretarju \u2014 xena stramba li bla ma trid tfakkrek xi ftit f&#8217;Being John Malkovich \u2014 issa g\u0127andha f&#8217;\u0127o\u0121orha [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":73253,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73261\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=73261"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73261\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":73405,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73261\/revisions\/73405\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/73253\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=73261"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=73261"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=73261"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}