{"id":7331,"date":"2018-05-08T17:42:49","date_gmt":"2018-05-08T15:42:49","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7331"},"modified":"2018-05-10T20:16:29","modified_gmt":"2018-05-10T18:16:29","slug":"jekk-int-elitista-tkomplix-taqra","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/jekk-int-elitista-tkomplix-taqra\/","title":{"rendered":"Jekk int elitista, tkomplix taqra"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter wp-image-7275 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/adriandelia2017.jpeg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"455\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/adriandelia2017-300x200.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/adriandelia2017-406x270.jpeg 406w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/adriandelia2017.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Il-\u0126add li g\u0127adda Adrian Delia \u0127abbar lid-dinja li l-PN mhux se jibqa&#8217; l-partit tal-elitisti. Ejjew nippruvaw nifhmu din x&#8217;ried ig\u0127id biha.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180506\/opinion\/Repeating-history-so-to-speak-Mark-Anthony-Falzon.678328\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-\u0126add li g\u0127adda wkoll Mark Anthony Falzon kiteb dwar kif Joseph Muscat sfrutta l-mentalit\u00e0 intuwittiva tal-partitarji Laburisti<\/a> li t\u0127ares lejn dawk li qed jipprotestaw fit-toroq &#8220;b&#8217;g\u0127ajjat ta&#8217; <em>slogans<\/em> bl-Ingli\u017c&#8221; u jag\u0127mlu l-velji g\u0127al Daphne Caruana Galizia mg\u0127ejjuna mill-&#8220;barranin&#8221;, b\u0127ala persuni b&#8217;imne\u0127irhom imxammar li jistmerru lill-\u0127amalli.<\/p>\n<p>Kemm ilu li tfa\u010b\u010ba fix-xena, Adrian Delia g\u0127amel kampanja biex jittrasforma lill-PN f&#8217;moviment li jattira nies li g\u0127andhom din il-mentalit\u00e0 u dan bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; diskorsi retori\u010bi ta&#8217; eroj tal-\u0127addiema li kienu jin\u017clu tajjeb ferm fil-Ma\u010bina qabel dan il-bini \u0121ie konvertit f&#8217;lukanda elitista, hu u jittanta jwarrab u &#8220;jnaddaf&#8221; mill-partit minn bi\u010b\u010ba <em>blogger<\/em>.<\/p>\n<p>Fil-\u0121img\u0127at ta&#8217; qabel ir-referendum dwar il-<em>Brexit<\/em>, dawk favur il-<em>Brexit<\/em> kienu wissew lin-nies biex jinjoraw lill-esperti g\u0127aliex dawn kienu qed ikabbruha u g\u0127aliex \u201cin-nies\u201d kienu kapa\u010bi jidde\u010biedu g\u0127al rashom ming\u0127ajr il-\u0127tie\u0121a li jkollhom l-elitisti jg\u0127idulhom x&#8217;g\u0127andhom jag\u0127mlu.<\/p>\n<p>Il-kampanja ta&#8217; Donald Trump g\u0127elbet lil dik tat-<em>Tea Party<\/em>, li huwa moviment popolari li n\u0127oloq apposta biex ira\u017c\u017can lill-\u201celitisti ta&#8217; Washington\u201d tal-Partit Repubblikan.<\/p>\n<p>I\u017cda ejjew naraw x&#8217;inhu ji\u0121ri f&#8217;darna. B&#8217;liema mod kien elitista l-PN? Din mhix mistoqsija retorika. Fil-fatt din l-informazzjoni hi me\u0127tie\u0121a sabiex tg\u0127inna nifhmu kif m&#8217;g\u0127andux jibqa&#8217; jkun il-partit u, b&#8217;konsegwenza, biex nippruvaw nifhmu kif g\u0127andu jkun.<\/p>\n<p>Kull min jittanta jwie\u0121eb g\u0127al din il-mistoqsija x&#8217;aktarx se jkun influwenzat mill-we\u0121g\u0127at ta&#8217; dawk li ma jkunux jistg\u0127u j\u0121err\u0127u jaraw lill-PN liebes libsa proletarja. Meta l-PN reba\u0127 ma\u0121\u0121oranzi fl-1981, fl-1987, fl-1992, fl-1998, fl-2003 u fl-2008 ma setax kien daqshekk elitista li seta&#8217; jnaffar iktar minn nofs il-poplu. Meta fl-2003 il-PN reba\u0127 lill-forzi kollha li kienu qed jopponu d-d\u0127ul ta&#8217; Malta fl-Unjoni Ewropea, jista&#8217; jkun li serra\u0127 fuq il-pariri tal-esperti i\u017cda \u010bertament ma naqasx ukoll li jipperswadi lill-kotra biex tappo\u0121\u0121ja lill-kaw\u017ca tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Fl-2013\u00a0 u fl-2017 il-PN tilef bil-kbir. I\u017cda g\u0127all-PN tal-lum dawn it-telfiet se\u0127\u0127ew g\u0127ax kien partit elitista? Dan kif seta&#8217; kien hekk? M&#8217;hemmx dubju li hawn ikun je\u0127tie\u0121 li nifirdu is-snin ta&#8217; qabel l-2013 mis-snin ta&#8217; wara l-2013.<\/p>\n<p>Fis-snin ta&#8217; qabel l-2013, l-applikazzjoni rigoru\u017ca tal-li\u0121ijiet dwar \u017cvilupp u kostruzzjoni &#8211; li issa m&#8217;g\u0127adhiex daqshekk rigoru\u017ca &#8211; kienet azzjoni elitista u allura m&#8217;hux ta&#8217; min imantniha? Il-PN qed jibdel il-vi\u017cjoni tieg\u0127u f&#8217;dak li huwa ppjanar u \u017cvilupp urban?<\/p>\n<p>Il-PN kien elitista meta rrifjuta li jikkunsidra l-pjanijiet kbar ta&#8217; John Dalli u meta kien warrab il-manuvrar ta&#8217; Christian Kaelin u ta&#8217; Ilham Aliyev? G\u0127all-PN id-de\u010bi\u017cjoni li kien \u0127a li jirrifjuta l-g\u0127ajnuna ta&#8217; Henley bi skambju ma&#8217; impenn biex jinbieg\u0127u il-passaporti kienet wa\u0127da elitista? Il-PN issa qed jidhirlu li qabel l-2013 kien messu wieg\u0127ed li jag\u0127mel negozju dwar l-ener\u0121ija mal-A\u017cerbaj\u0121an?<\/p>\n<p>Il-PN issa jidhirlu li l-protesti li kien jag\u0127mel wara l-2013 kontra l-korruzzjoni fil-politika kienu ta&#8217; natura elitista? Kien elitista l-PN g\u0127ax insista li Keith Schembri u Konrad Mizzi kellhom jirri\u017cenjaw? Kien elitista l-PN g\u0127ax ipprotesta kontra l-kenn li l-prim ministru kien qed jag\u0127ti lil dawk li nqabdu fil-fatt jekk ma kienx ukoll qed jipprova jg\u0127atti l-\u0127mie\u0121 tieg\u0127u?<\/p>\n<p>Jiena na\u0127seb li dan l-g\u0127a\u0121eb kollu fuq l-eliti\u017cmu m&#8217;hu xejn \u0127lief gabirjola diplomatika fin-negattiv ta&#8217; dak li fil-fatt qed jing\u0127ad: \u0121aladarba l-PN qed ig\u0127id x&#8217;ma jridx ikun &#8211; ji\u0121ifieri elitista &#8211;\u00a0 qed ig\u0127id ukoll fil-fatt x&#8217;irid ikun: ji\u0121ifieri populista.<\/p>\n<p>Wara kollox tal-Labour \u0121abuha \u017cew\u0121 bil-&#8220;populi\u017cmu&#8221;. L-attakki fuq min jit\u0127addet bl-Ingli\u017c lil tal-Labour iqarrbilhom il-bo\u010b\u010ba qrib il-likk. I\u0121ibuha \u017cew\u0121 tal-Labour meta jippruvaw ixejnu l-gravit\u00e0 tal-korruzzjoni u tal-\u0127asil tal-flus ma\u0127mu\u0121in. L-attakki fuq min hu i\u017colat lil tal-Labour jin\u017clulhom g\u0127asel. U allura, wara snin s\u0127a\u0127 ta&#8217; battalji ma&#8217; tal-Labour, il-PN issa donnu qed jistaqsi: mhux a\u0127jar na\u0127dmu biex insiru b\u0127alhom?<\/p>\n<p>Huwa minnu li dan kollu qed ig\u0127in lil Adrian Delia biex jikkonsolida l-po\u017cizzjoni tieg\u0127u fil-PN u bla dubju wkoll ma&#8217; numru kotran fil-partit li g\u0127alihom l-attakki fuq elitisti li qatt ma ltaqg\u0127u mag\u0127hom u li ma jafux minn Adam huma relattivament fa\u010bli. Fi Frar terz ta&#8217; dawk li vvotaw PN fl-2017 qalu li jafdawh, i\u017cda f&#8217;April in-numru ta&#8217; dawn in-nies irdoppja.<\/p>\n<p>I\u017cda hemm ukoll il-fatt li wara kwa\u017ci sena, terz ta&#8217; dawk li vvotaw PN fl-2017 g\u0127adhom ig\u0127idu li ma jafdaw\u0127x. U prattikament dawk kollha li vvutaw Labour fl-2017 ig\u0127idu li ma jafdaw\u0127x. Dan ifisser li, kemm ilu li qieg\u0127ed lill-elitisti fil-mira, mill-2017 ma kiseb lura ebda vot ming\u0127and l-anti-elitisti anti-PN li vvotaw Labour.<\/p>\n<p>Issa li l-PN m&#8217;g\u0127adux il-partit li jattira lill-elitisti, dawk li forsi nist\u0127ajjlu li jag\u0127mlu parti minn din il-kategorija ta&#8217; nies issa jistg\u0127u jikkonkludu li l-PN m&#8217;g\u0127adux ir-refu\u0121ju naturali tag\u0127hom. Huwa min ewl id-dinja li, \u0121aladarba f&#8217;Malta m&#8217;hawnx numru kbir bi\u017c\u017cejjed ta&#8217; sinjuruni u miljunarji, ri\u017cultati elettorali m&#8217;hux se ji\u0121u effettwati. Adrian Delia m&#8217;g\u0127andux f&#8217;mo\u0127\u0127u d-dilemmi li jista&#8217; jkollhom barunijiet kemm tal-aristokrazija kif ukoll dawk tad-delinkwenza.<\/p>\n<p>Jekk hawn kategorija li tista&#8217; tissejja\u0127 elitista, din hi l-kategorija tal-gradwati, persuni li r\u010bevew edukazzjoni terzjarja u li ja\u0127dmu f&#8217;xi professjoni: kienet il-politika tal-PN li kabbret bil-kbir lil din il-kategorija ta&#8217; nies. Daqs kemm ukoll kienet din il-politika li, bejn l-1987 u l-2013, \u017ciedet il-popolazzjoni universitarja bi 15 il-darba.<\/p>\n<p>G\u0127all-ewwel darba l-mexxej tal-Partit Laburista qed igawdi appo\u0121\u0121 mill-gradwati tal-Universit\u00e0 akbar minn dak li jgawdi l-mexxej tal-PN. Minkejja l-fatt li kien hemm aktar gradwati li lill-<em>Malta<\/em> <em>Today<\/em> qalulha li kien bi \u0127sibhom jivvutaw PN milli jivvutaw Labour (id-distakk mhux kbir \u0127afna), Joseph Muscat igawdi aktar fidu\u010bja milli jgawdi Adrian Delia.<\/p>\n<p>Il-gwerra li l-PN iddikjara fuq l-elitisti di\u0121\u00e0 qed t\u0127alli l-effett tag\u0127ha. Nhar il-\u0126add li g\u0127adda, \u0127afna minn dawn ma kellhomx g\u0127alfejn jisimg\u0127u id-dikjarazzjoni kategorika li l-PN mhux se jibqa&#8217; jirrappre\u017centahom. Jidher li dan kienu di\u0121\u00e0 fehmuh sew.<\/p>\n<p>Dan kollu x&#8217;\u0121id qed i\u0127alli lill-PN? B\u0127allikieku qed jidher li, fil-\u0127sieb ta&#8217; Adrian Delia, l-partit tal-massa li wiret jinsab mifni f&#8217;taqtieg\u0127a bejn il-klassijiet. Li, b\u0127al Mao waqt ir-Rivoluzzjoni Kulturali, huwa me\u0127tie\u0121 li l-elitisti jissemmew u jitqalftu &#8216;l barra mill-partit biex b&#8217;hekk numru akbar ta&#8217; nies li huma me\u0127tie\u0121a biex jintreb\u0127u l-elezzjonijiet jersaq lejn il-partit.<\/p>\n<p>Jista&#8217; j\u0121ibha \u017cew\u0121? Jista&#8217; jkun.<\/p>\n<p>Minkejja l-fatt li l-partitarji tal-mexxejja ta&#8217; qablu jinsabu mbieg\u0127da mill-partit, Adrian Delia jista&#8217; jkompli jserra\u0127 rasu bil-fatt li l-partiti \u017c-\u017cg\u0127ar f&#8217;Malta g\u0127adhom m&#8217;humiex jaqtg\u0127u sandar. Dawn il-partitarji forsi g\u0127adhom m&#8217;humiex jafdawh, i\u017cda ma jidhirx li tbieg\u0127du g\u0127al kollox. G\u0127alissa.<\/p>\n<p>Jista&#8217; forsi jittama li x-xorti tibda&#8217; tid\u0127aklu u g\u0127al tal-Labour l-affarijiet jibdew imorru \u017cmer\u010b, li ma jkollux g\u0127alfejn ji\u0121i b\u017conn lill-elitisti jew li ma jkollux il-\u0127tie\u0121a li joqg\u0127od ji\u0121\u0121ieled kontra l-korruzzjoni.<\/p>\n<p>I\u017cda mbag\u0127ad ikun me\u0127tie\u0121 li jdur dawra madwar dak kollu li \u0127oloq is-su\u010b\u010bessi fl-img\u0127oddi. Jekk jista&#8217; jg\u0127addi ming\u0127ajr l-imberkin elitisti, kif se nsiru nafu hix ta\u0127dem jew le l-istrate\u0121ija tieg\u0127u?<\/p>\n<p>Is-sonda\u0121\u0121i jag\u0127tu \u0127jiel. I\u017cda m&#8217;hemmx dubju li nkunu nafu fejn wasal sena o\u0127ra fl-elezzjonijiet Ewropej u dawk lokali.<\/p>\n<p>It-tke\u010b\u010bija tal-elitisti se jkollha l-effett li tag\u0127ti lill-PN 3 si\u0121\u0121ijiet fil-Parlament Ewropew kif ukoll ma\u0121\u0121oranza tal-voti? It-twarrib ta&#8217; dawk ta&#8217; mne\u0127irhom imxammar se jag\u0127ti ma\u0121\u0121oranza lill-PN f&#8217;lokalitajiet b\u0127as-Si\u0121\u0121iewi, l-Mosta, n-Nadur, San Pawl il-Ba\u0127ar u l-Belt Valletta?<\/p>\n<p>Il-partitarji mhux elitisti tal-PN populista l-\u0121did kif se jkunu jafu li l-istrate\u0121ija l-\u0121dida se tkun popolari bi\u017c\u017cejjed biex issalva lill-partit mis-snobbi\u017cmu u biex twasslu lejn il-qu\u010b\u010bata populista li \u0121iet imwieg\u0127da?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0126add li g\u0127adda Adrian Delia \u0127abbar lid-dinja li l-PN mhux se jibqa&#8217; l-partit tal-elitisti. Ejjew nippruvaw nifhmu din x&#8217;ried ig\u0127id biha. Il-\u0126add li g\u0127adda wkoll Mark Anthony Falzon kiteb dwar kif Joseph Muscat sfrutta l-mentalit\u00e0 intuwittiva tal-partitarji Laburisti li t\u0127ares lejn dawk li qed jipprotestaw fit-toroq &#8220;b&#8217;g\u0127ajjat ta&#8217; slogans bl-Ingli\u017c&#8221; u jag\u0127mlu l-velji g\u0127al Daphne [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7275,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7331\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7331"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7331\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7348,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7331\/revisions\/7348\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7275\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7331"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7331"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7331"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}