{"id":73389,"date":"2019-03-27T14:41:07","date_gmt":"2019-03-27T13:41:07","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=73389"},"modified":"2019-03-29T11:47:27","modified_gmt":"2019-03-29T10:47:27","slug":"inqaleb-kollox-ta-taht-fuq","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/03\/inqaleb-kollox-ta-taht-fuq\/","title":{"rendered":"Inqaleb kollox ta&#8217; ta\u0127t fuq"},"content":{"rendered":"<p>F&#8217;nofs dan id-diskors kollu li qed isir dwar inkjesti ma\u0121isterjali, hemm kwistjoni wa\u0127da li g\u0127adni ma nistax nifhimha. Hawn xi pajji\u017c fid-dinja fejn min ikun ta\u0127t suspett jidde\u010biedi hu stess meta u b&#8217;liema mod g\u0127andu ji\u0121i investigat?<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190327\/local\/delia-dodges-reporters-questions-about-fiau-report.705728\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan il-filmat li fih \u0121urnalista ta&#8217; One TV tidher tisfida lil Adrian Delia biex isejja\u0127 g\u0127al inkjesta ma\u0121isterjali<\/a> dwar l-allegazzjoni f&#8217;rapport mhux imxandar tal-FIAU li minnu suppost jirri\u017culta li Adrian Delia jinsab suspettat b&#8217;\u0127asil ta&#8217; flus \u0121ejjin mill-qlieg\u0127 ta&#8217; briedel f&#8217;Soho.<\/p>\n<p>Din m&#8217;g\u0127amlet xejn \u0127lief irrepetiet dak li stqarr Joseph Muscat xi \u0121ranet ilu.<\/p>\n<p>Adrian Delia ifakkar li fil-fatt huwa kien sejja\u0127 g\u0127at-tnedija ta&#8217; inkjesta ma\u0121isterjali. M&#8217;g\u0127andiex xi ng\u0127idu, fir-rapport li xandret it-<em>Times of Malta<\/em> din ti\u010b\u010bara li fit-twe\u0121iba li ta Adrian Delia, huwa ma kienx qed ig\u0127id kollox. L-inkjesta li huwa semma&#8217; qeg\u0127da tinvestiga l-allegazzjoni li g\u0127amel Adrian Delia li xi \u0127add kien iffalsifika l-firma tieg\u0127u fuq is-suppost provi li hemm kontrih u fil-fatt m&#8217;hix tinvestiga kienx \u0127asel flejjes \u0121ejjin mill-prostituzzjoni f&#8217;Londra jew le.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant dak li qed ji\u0121ri huwa li qed issir investigazzjoni dwar jekk humiex \u0121enwini jew le provi li jistg\u0127u jintu\u017caw f&#8217;xi investigazzjoni dwar jekk \u0127asilx flus ma\u0127mu\u0121in jew le.<\/p>\n<p>Hawn m&#8217;jinix nilg\u0127ab bil-kliem. Anki jekk, g\u0127all-grazzja tal-argument, jirri\u017culta li dak li allega Adrian Delia fis-sens li provi kontrih huma mbag\u0127bsa, dan ma jfissirx li l-ka\u017c dwar jekk \u0127asilx flus ma\u0127mu\u0121in jew le jista&#8217; jing\u0127alaq. Investigazzjoni biss tista&#8217; tasal biex tikkonkludi x&#8217;evidenza \u0121enwina te\u017cisti li tkun tista&#8217; tipprova l-allegazzjoni.<\/p>\n<p>Allura jekk jien noqtol li xi \u0127add u jarawni noqtol \u017cew\u0121 xhieda, i\u017cda jkun hemm it-tielet xhud, li fil-fatt ma jkun ra xejn i\u017cda li jkun irid jarani kkastigat, li jigdeb li jkun rani noqtol, ma jfissirx li jien g\u0127andi ni\u0121i liberat jekk dan it-tielet xhud jinqabad jigdeb.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, tkun me\u0127tie\u0121a investigazzjoni dwar il-gideb ta&#8217; dan it-tielet xhud. Madankollu din l-investigazzjoni m&#8217;g\u0127andhiex i\u017c\u017commni milli ni\u0121i dikjarat \u0127ati bis-sa\u0127\u0127a tax-xhieda li jkunu taw i\u017c-\u017cew\u0121 xhieda l-o\u0127ra li kienu raw kollox.<\/p>\n<p>I\u017cda l-borma tinsab in\u0127awwda aktar minn hekk. Meta Simon Busuttil lill-Ma\u0121istrati talabhom jinvestigaw il-<em>Panama Papers<\/em>, il-Qorti tal-Appelli Kriminali \u010ba\u0127ditlu din it-talba u qaltlu li ma kellu ebda interess \u0121uridiku li jag\u0127mel talba b\u0127al din.<\/p>\n<p>I\u017cda meta Joseph Muscat allega li kien \u0121ie mixli b&#8217;mod falz &#8211; dejjem skont hu &#8211; li huwa mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil sidt l-Egrant u meta Adrian Delia allega li provi li huwa kien \u0127asel flejjes ma\u0127mu\u0121in \u0121ejjin minn briedel f&#8217;Soho &#8211; dejjem skont hu &#8211; \u0121ew iffalsifikati, fi\u017c-\u017cew\u0121 ka\u017cijiet inbdew inkjesti ma\u0121isterjali.<\/p>\n<p>B&#8217;dan il-kejl, jidher li l-uni\u010bi persuni li g\u0127andhom interess \u0121uridiku li jitolbu li ssir inkjesta dwar l-allegat twettiq ta&#8217; reat kriminali huma dawk li jkunu mixlija li wettqu r-reat.<\/p>\n<p>Ji\u0121ifieri int ti\u0121i mixli li xxa\u0127\u0127amt mill-A\u017cerbaj\u0121an jew li \u0127silt flejjes ma\u0127mu\u0121in ta&#8217; min i\u0127addem il-prostituti u l-Ma\u0121istrati jibdew investigazzjoni dwar l-allegazzjoni tieg\u0127ek li qed ti\u0121i mixli b&#8217;qerq.<\/p>\n<p>Jiddispja\u010bini imma ma jfissirx dan li kollox ikun qed isir ta&#8217; ta\u0127t fuq?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-73332\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown-1024x682.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"682\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/Unknown-1200x800.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Dan allura jfisser li l-investigazzjonijiet li jsiru f&#8217;Malta u li jkunu jinvolvu lill-politi\u010bi huma e\u017cer\u010bizzju fin-negattiv minflok e\u017cer\u010bizzju ta&#8217; verifikazzjoni affermattiva dwar allegazzjonijiet ta&#8217; ksur ta&#8217; li\u0121i? Minn meta &#8216;l hawn li min hu ta\u0127t suspett jispi\u010b\u010ba biex jidde\u010biedi hu jekk g\u0127andux u kif g\u0127andu ji\u0121i investigat?<\/p>\n<p>Adrian Delia g\u0127aliex g\u0127andu ji\u0121i mistoqsi huwiex se jsejja\u0127 biex ji\u0121i investigat? Jaqaw qed ner\u0121g\u0127u lura g\u0127all-Medju Evu? Lil Delia g\u0127andna noqg\u0127odu nistaqsuh huwiex se jilqa&#8217; l-isfida u jipprova l-inno\u010benza tieg\u0127u? Jew forsi g\u0127andna norbtuh ma&#8217; si\u0121\u0121u u narmuh il-ba\u0127ar? Jekk jeg\u0127req jibqa&#8217; tiela&#8217; l-\u0121enna; jekk jibqa&#8217; \u0127aj, na\u0127arquh \u0127aj b\u0127ala sa\u0127\u0127ar.<\/p>\n<p>Dawn il-\u0121urnalisti mhux wara Adrian Delia g\u0127andhom ji\u0121ru. G\u0127andhom ji\u0121ru wara Lawrence Cutajar: x&#8217;aktarx isibuh ime\u010blaq l-ikel f&#8217;\u0127alqu f&#8217;xi ristorant waqt li jkunu qed jilg\u0127abu l-Inter u jkun imisshom jistaqsuh bil-mikrofonu ta\u0127t \u0127alqu x&#8217;bi \u0127siebu jag\u0127mel dwar ir-rapport tal-FIAU dwar l-img\u0127oddi mdelli ta&#8217; Adrian Delia. Lawrence Cutajar huwa m\u0127allas biex jinvestiga lill-kriminali, inklu\u017ci dawk il-kriminali li jilbsu pulit.<\/p>\n<p>S&#8217;hawn kellna naslu f&#8217;dan l-imbierek pajji\u017c.<\/p>\n<p>Tant qtajna qalbna li l-Pulizija se tag\u0127mel dmirha li issa wasalna biex lill-allegati kriminali nistaqsuhom jekk g\u0127andhomx &#8211; dejjem jekk ikun jog\u0127\u0121obhom &#8211; jilbsu l-manetti!<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>F&#8217;nofs dan id-diskors kollu li qed isir dwar inkjesti ma\u0121isterjali, hemm kwistjoni wa\u0127da li g\u0127adni ma nistax nifhimha. Hawn xi pajji\u017c fid-dinja fejn min ikun ta\u0127t suspett jidde\u010biedi hu stess meta u b&#8217;liema mod g\u0127andu ji\u0121i investigat? Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan il-filmat li fih \u0121urnalista ta&#8217; One TV tidher tisfida lil Adrian Delia biex [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":73332,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73389\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=73389"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73389\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":73409,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73389\/revisions\/73409\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/73332\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=73389"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=73389"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=73389"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}