{"id":7349,"date":"2018-05-10T16:55:44","date_gmt":"2018-05-10T14:55:44","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7349"},"modified":"2018-05-14T17:59:23","modified_gmt":"2018-05-14T15:59:23","slug":"guest-post-wara-li-qrajt-dak-li-kiteb-martin-scicluna-gejt-bzonn-it-terapija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/guest-post-wara-li-qrajt-dak-li-kiteb-martin-scicluna-gejt-bzonn-it-terapija\/","title":{"rendered":"GUEST POST: &#8220;Wara li qrajt dak li kiteb Martin Scicluna, \u0121ejt b\u017conn it-terapija&#8221;"},"content":{"rendered":"<p><em>Kitba ta&#8217; Robert, persuna li nafha:<\/em><\/p>\n<p>\u0126abib tieg\u0127i qalli li l-kitba tista&#8217; tg\u0127ini ntaffi r-rabja li \u0127assejt wara li qrajt <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180509\/opinion\/State-of-Maltese-politics-Martin-Scicluna.678611\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-artiklu xokkanti ta&#8217; Martin Scicluna fit-Times of Malta ta&#8217; din il-\u0121img\u0127a<\/a>.<\/p>\n<p>Nibda&#8217; biex ng\u0127id li jien wie\u0127ed minn fost eluf li j\u0127ossu li l-velji u r-rikonoxximenti m&#8217;humiex bi\u017c\u017cejjed biex jag\u0127mlu \u0121ustizzja ma&#8217; l-aktar \u0121urnalista kura\u0121\u0121ju\u017ca li qatt kien hawn f&#8217;Malta. Kif jassumi Martin Scicluna, jien \u201c[nag\u0127mel parti] mill-grupp privile\u0121\u0121jat li fired lill-Partit Nazzjonalista bl-arroganza u bl-esa\u0121erazzjonijiet tieg\u0127u hu u jilg\u0127aba tal-vittma \u201d<\/p>\n<p>Nammetti li jien dejjem ivvutajt PN, mhux g\u0127ax jien \u0121ej minn familja Nazzjonalista (missieri kien So\u010bjalista akkanit, dejjem fuq quddiem biex jiddefendi d-drittijiet tal-\u0127addiema u kittieb regolari f&#8217;<em>l-orizzont<\/em>) i\u017cda g\u0127aliex, \u0121aladarba g\u0127ext u \u0127dimt f&#8217;demokrazija normali u f&#8217;pajji\u017c \u010bivilizzat, naf li g\u0127andi l-opportunit\u00e0 li nivvota g\u0127al dak il-kandidat u dak il-partit li jirrapre\u017centaw il-valuri u l-aspirazzjonijiet tieg\u0127i. Mhux b&#8217;kumbinazzjoni li, fi\u017c-\u017cminijiet ri\u010benti, l-uniku partit li wasal vi\u010bin \u0127afna li ja\u0127dem g\u0127all-\u0121id komuni kien il-PN.<\/p>\n<p>Matul l-a\u0127\u0127ar sitt xhur, kien hemm \u017cew\u0121 avvenimenti li influwenzawni daqs qatt qabel. L-assassinju brutali ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, mhux biss g\u0127ax kienet persuna li kont nammira \u0127afna, i\u017cda wkoll g\u0127aliex jidher li kienet l-unika difi\u017ca g\u0127ar-raba&#8217; kolonna tad-demokrazija. Din il-\u0121rajja kif ukoll l-elezzjoni ta&#8217; Adrian Delia, bniedem li f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar xhur wera&#8217; li g\u0127andu valuri li jixb\u0127u lil dawk ta&#8217; Joseph Muscat, ifissru li persuni b\u0127ali m&#8217;huma interessati xejn fil-politika PN\/PL u dwar min minnhom se jirba\u0127 i\u017cda huma interessati biss f&#8217;dak li hu tajjeb u f&#8217;dak li hu sewwa.<\/p>\n<p>Nies b\u0127ali huma orfni ming\u0127ajr dar naturali u g\u0127alkemm huwa diffi\u010bli g\u0127alina li nag\u0127\u017clu lil min nivvutaw fl-elezzjoni li \u0121ejja, nafu li xorta wa\u0127da jkollna nivvutaw kif inhu d-dritt u d-dmir tag\u0127na.<\/p>\n<p>Nies b\u0127al Martin Scicluna ma jistg\u0127ux ini\u017c\u017cluha li je\u017cistu persuni li jemmnu f&#8217;dak li hu sewwa u dak li hu korrett g\u0127al pajji\u017cna. M&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn inkunu membri ta&#8217; partit jew ie\u0127or. Dak li nesi\u0121u huwa li fit-tmun tal-pajji\u017c ikun hemm nies onesti u di\u010benti. Qed nippretendu \u017c\u017cejjed b&#8217;dan?<\/p>\n<p>Hu u jirrepeti l-propaganda ta&#8217; Joseph Muscat, is-superfi\u010bjalit\u00e0 ta&#8217; Martin Scicluna tinsab riflessa fid-<em>due diligence<\/em> li sar fuq universit\u00e0 falza li Scicluna g\u0127o\u0121bu jag\u0127tiha li\u010benzja, universit\u00e0 li g\u0127all-prim ministru tag\u0127na tinsab fuq l-istess livell mal-Universit\u00e0 ta&#8217; Malta (b&#8217;apolo\u0121iji lill-Universit\u00e0 ta&#8217; Malta) u li hi biss fa\u017culla. Dan ifakkarni f&#8217;persuna falza o\u0127ra &#8211; Sai Mizzi li kienet qaltilna <em>\u201cjudge me by what I DOO for YOUU\u201d.<\/em><\/p>\n<p>Martin Scicluna ma jara xejn \u0127a\u017cin bil-prezz tal-ener\u0121ija iffissat b&#8217;kuntratt g\u0127al bejn 10 u 18 il-sena garantit minn mill-gvern; jew bl-\u20ac4.3 miljun im\u0127allsa lil tal-Cafe Premier wara li dawn kisru l-kuntratt li kellhom; jew b&#8217;Sai Mizzi li dda\u0127\u0127al \u20ac13,000 fix-xahar ta&#8217; xejn; jew b&#8217;Konrad Mizzi u Keith Schembri li \u0127olqu strutturi barra l-pajji\u017c; jew b&#8217;skema tal-passaporti li tattira lill-ag\u0127ar nies wara pro\u010bess ta&#8217; <em>due diligence<\/em> tal-istess livell li wassal biex ting\u0127atal i\u010benzja lill-<em>American University of Malta<\/em>; jew bil-qerda tal-ambjent tag\u0127na f&#8217;isem il-&#8220;progress&#8221;; jew bit-twarrib tal-meritokrazija u tat-trasparenza; jew bl-g\u0127oti tal-kuntratti lil tal-qalba; jew bil-kummiedja li hi V18 kif immexxija mi\u010b-<em>chairman<\/em> tag\u0127ha; jew bil-makna tal-\u0127asil tal-flus jisimha <em>Pilatus Bank<\/em> &#8211; entit\u00e0 li wkoll g\u0127addiet minn <em>due diligence<\/em>. Il-lista ma tieqaf qatt.<\/p>\n<p>I\u017cda g\u0127alija l-akbar insult kienet meta kiteb li nies b\u0127ali ma kinux ipprotestaw fit-toroq meta nkixfet il-korruzzjoni fi \u017cmien il-PN. Forsi min\u0127abba xju\u0127itu nesa&#8217; lil dawk l-im\u0127allfin li ttellg\u0127u il-qorti u li wara kielu l-\u0127abs, post fejn suppost intbag\u0127tet il-klikka ta&#8217; Kastilja. Forsi wkoll nesa&#8217; li Chris Said kien warrab meta kienu saru allegazzjonijiet kontrih. Forsi nesa&#8217; wkoll ir-ri\u017cenja ta&#8217; Joe Cassar meta tfa\u010b\u010baw allegazzjonijiet dwar sistema ta&#8217; CCTV.\u00a0 U forsi nesa&#8217; wkoll li malli <em>chairman<\/em> ma\u0127tur mill-PN \u0121ie implikat fl-iskandlu ta\u017c-\u017cejt, il-ka\u017c mar dritt g\u0127and il-pulizija.<\/p>\n<p>I\u017cda l-bu\u017cillis, Martin Scicluna, jinsab fil-fatt li ta\u0127t gvermnijiet tal-PN ma kellniex prim ministri li jiddefendu lil s\u0127abhom korrotti g\u0121aliex dak i\u017c-\u017cmien il-pulizija kienet tit\u0127alla ta\u0127dem ming\u0127ajr xkiel u l-prim ministri ma kinux jiddefendi lill-kriminali. Dak i\u017c-\u017cmien verament kellna s-separazzjoni tal-poteri u \u0127add ma kien jitkellem fuq is-saltna tad-dritt g\u0127ax konna ne\u0127duha <em>for granted. \u00a0<\/em><br \/>\nDak i\u017c-\u017cmien konna ng\u0127ixu f&#8217;pajji\u017c normali. Ma kellniex g\u0127alfejn no\u0127or\u0121u fit-toroq biex nipprotestaw &#8211; lanqas l-oppo\u017cizzjoni ta&#8217; dak i\u017c-\u017cmien ma kellha g\u0127alfejn tipprotesta \u0127lief g\u0127al meta \u0127ar\u0121et l-istorja tal-arlo\u0121\u0121 tal-lira &#8211; l-iskandlu tal-iskandli.<\/p>\n<p>Fil-mo\u0127\u0127 delu\u017cjonali ta&#8217; Martin Scicluna, m&#8217;a\u0127na xejn \u0127lief \u010borma plutokrati sinjuri li qed nu\u017caw it-ta\u0127edja ta&#8217; Daphne biex inlestu t-triq biex il-PN jer\u0121a&#8217; jie\u0127u r-riedni tal-pajji\u017c. Ma jistax ini\u017c\u017cilha li tant a\u0127na di\u017cillu\u017ci bil-klassi politika, bil-pulizija u bl-Avukat \u0120enerali li kulma kulma qed nitolbu hu li ssir \u0121ustizzja ma&#8217; Daphne u l-familja tag\u0127ha u li ner\u0121g\u0127u lura g\u0127an-normalit\u00e0: pajji\u017c immexxi minn mexxejja di\u010benti. Il-futur ma tantx jidher sabi\u0127 g\u0127aliex fil-Parliament ftit hemm min hu di\u010benti. Ftit huma dawk li qed jaffrontaw sidirhom u jqisu lil dan il-gvern dak li fil-fatt hu: \u010borma kriminali<\/p>\n<p>A\u0127na nies onesti u di\u010benti\u00a0 urridu futur onest u di\u010benti g\u0127alina u g\u0127al uliedna.<\/p>\n<p>Ja\u0127seb mod ie\u0127or biss min ibati bid-delu\u017cjonijiet f&#8217;mo\u0127\u0127u.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6945 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-30-at-08.45.01.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1064\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-30-at-08.45.01-300x200.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-30-at-08.45.01-406x270.jpeg 406w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-30-at-08.45.01-768x511.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-30-at-08.45.01.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kitba ta&#8217; Robert, persuna li nafha: \u0126abib tieg\u0127i qalli li l-kitba tista&#8217; tg\u0127ini ntaffi r-rabja li \u0127assejt wara li qrajt l-artiklu xokkanti ta&#8217; Martin Scicluna fit-Times of Malta ta&#8217; din il-\u0121img\u0127a. Nibda&#8217; biex ng\u0127id li jien wie\u0127ed minn fost eluf li j\u0127ossu li l-velji u r-rikonoxximenti m&#8217;humiex bi\u017c\u017cejjed biex jag\u0127mlu \u0121ustizzja ma&#8217; l-aktar \u0121urnalista kura\u0121\u0121ju\u017ca [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6945,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7349\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7349"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7349\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7429,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7349\/revisions\/7429\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6945\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7349"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7349"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7349"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}