{"id":73632,"date":"2019-04-07T16:50:33","date_gmt":"2019-04-07T14:50:33","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=73632"},"modified":"2019-04-09T16:46:34","modified_gmt":"2019-04-09T14:46:34","slug":"ma-kien-hemm-ebda-ingenwinita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/04\/ma-kien-hemm-ebda-ingenwinita\/","title":{"rendered":"Ma kien hemm ebda in\u0121enwinit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p>Huwa in\u0121enwu minnu nnifsu l-attentat biex laqg\u0127a li, skond <em>The Sunday Times of Malta<\/em> ta&#8217; dalg\u0127odu, se\u0127\u0127et bejn Kristy Debono u Herman Schiavone ma&#8217; Yorgen Fenech titpin\u0121a b\u0127ala wa\u0127da ta&#8217; in\u0121enwit\u00e0. \u0126add m&#8217;hu daqshekk ba\u0127nan.<\/p>\n<p>Din ma kinitx xi azzjoni ta&#8217; bla \u0127sieb. F&#8217;djalogu li Herman Schiavone kellu fuq il-<em>Facebook<\/em> mas-segwa\u010bi mag\u0127ruf tal-Partit Boris Xerri huwa kiteb li kien \u201csar \u0127afna g\u0127a\u0121eb g\u0127alxejn&#8221; u li dan il-plejtu kien biss parti minn strate\u0121ija biex issir \u0127sara lil Adrian Delia qabel l-elezzjonijiet ta&#8217; Mejju.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-73618\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/cc644955-406a-4dca-bafe-28ac12cfa514-588x1024.jpg\" alt=\"\" width=\"588\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/cc644955-406a-4dca-bafe-28ac12cfa514-172x300.jpg 172w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/cc644955-406a-4dca-bafe-28ac12cfa514-200x349.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/cc644955-406a-4dca-bafe-28ac12cfa514-400x697.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/cc644955-406a-4dca-bafe-28ac12cfa514.jpg 588w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/cc644955-406a-4dca-bafe-28ac12cfa514-600x1046.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/cc644955-406a-4dca-bafe-28ac12cfa514-768x1339.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/cc644955-406a-4dca-bafe-28ac12cfa514-800x1394.jpg 800w\" sizes=\"(max-width: 588px) 100vw, 588px\" \/> <img class=\"aligncenter size-large wp-image-73616\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/ab3128f5-4665-426c-a354-a3ca0098d144-583x1024.jpg\" alt=\"\" width=\"583\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/ab3128f5-4665-426c-a354-a3ca0098d144-171x300.jpg 171w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/ab3128f5-4665-426c-a354-a3ca0098d144-200x351.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/ab3128f5-4665-426c-a354-a3ca0098d144-400x702.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/ab3128f5-4665-426c-a354-a3ca0098d144.jpg 583w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/ab3128f5-4665-426c-a354-a3ca0098d144-600x1053.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/ab3128f5-4665-426c-a354-a3ca0098d144-768x1348.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/ab3128f5-4665-426c-a354-a3ca0098d144-800x1404.jpg 800w\" sizes=\"(max-width: 583px) 100vw, 583px\" \/> <img class=\"aligncenter size-large wp-image-73614\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/d4d81ebe-f23e-482a-ae16-236d515614ac-473x1024.jpg\" alt=\"\" width=\"473\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/d4d81ebe-f23e-482a-ae16-236d515614ac-139x300.jpg 139w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/d4d81ebe-f23e-482a-ae16-236d515614ac-200x433.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/d4d81ebe-f23e-482a-ae16-236d515614ac-400x866.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/d4d81ebe-f23e-482a-ae16-236d515614ac.jpg 473w\" sizes=\"(max-width: 473px) 100vw, 473px\" \/><\/p>\n<p>Kif jid\u0127ol f&#8217;din il-bi\u010b\u010ba Adrian Delia? Jaqaw kien hu li bg\u0127at lil Herman Schiavone u lil Kristy Debono g\u0127al din il-laqg\u0127a?<\/p>\n<p>Hekk donnu jrid itina x&#8217;nifhmu Herman Schiavone mit-ton tat-twe\u0121iba tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Din hi \u0127a\u0121a li tabil\u0127aqq tistenniha minn xi \u0127add b\u0127alu.<\/p>\n<p>L-attivitajiet tal-PN fi proprjetajiet tad-<em>db Group<\/em> saru \u0127a\u0121a regolari u dan minkejja l-iskandlu ta&#8217; Pembroke.<\/p>\n<p>Herman Schiavone, b\u0127allikieku kien xi partitarju qaddej umli li jsegwi biss l-ordnijiet tal-partit, kiteb li \u201cl-partit ma \u0127ar\u0121ilna ebda direttiva biex ma norganizzawx attivitajiet fil-proprjetajiet tat-Tumas Group\u201d. Dawn m&#8217;humiex il-\u0121urijiet ta&#8217; Nuremberg u Herman Schiavone m&#8217;huwiex xi partitarju qaddej umli. Il-partit m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn joqg\u0127od ig\u0127idlu x&#8217;g\u0127andu jew x&#8217;m&#8217;g\u0127andux jag\u0127mel. G\u0127ax il-partit <em>huwa<\/em> hu.<\/p>\n<p>L-istess \u0127a\u0121a tg\u0127odd g\u0127al Kristy Debono li &#8211; bil-politika li adottat ta&#8217; &#8220;u ejja come on&#8221; &#8211; issa jidher li g\u0127andha l-kwalifiki kollha biex t\u0127abbatha ma&#8217; Edward Scicluna biex til\u0127aq Ministru tal-Finanzi.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73620\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/kristy_debono_interview.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"455\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/kristy_debono_interview-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/kristy_debono_interview-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/kristy_debono_interview-400x266.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/kristy_debono_interview-600x399.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/kristy_debono_interview.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Meta wie\u0127ed jikkunsidra li kien hemm min irriskja \u0127ajtu biex inkixfet il-korruzzjoni li Yorgen Fenech kien imda\u0127\u0127al fiha, t-talba ta&#8217; <em>sponsorship<\/em> ming\u0127andu ma kinitx biss falza stikka.<\/p>\n<p>Din it-talba fil-fatt ma kienet xejn \u0127lief azzjoni politika mmirata biex tinnormalizza u biex tirrijabilita. Xi \u0127add dalg\u0127odu staqsa jekk dan kienx ka\u017c fejn wie\u0127ed \u2018jing\u0127aqad ma&#8217; dak li ma jistax jing\u0127eleb\u2019.<\/p>\n<p>Jien qatt ma rajt lil Kristy Debono jew lil Herman Schiavone jew lit-tmexxija tal-PN li minnu jifformaw parti jag\u0127mlu xi sforz \u0121enwin biex jg\u0127elbu l-korruzzjoni.<\/p>\n<p>G\u0127all-kuntrarju, l-azzjoni li \u0127adu din il-\u0121img\u0127a hi konsistenti mal-programm tal-kampanja ta&#8217; Adrian Delia biex fit-tmexxija tal-PN jitwarrbu l-prin\u010bipji u l-valuri mill-politika. Din kienet id-domma politika li kienu n\u0121ibdu lejha mill-bidu nett.<\/p>\n<p>\u017bgur li ma jistg\u0127ux ji\u0121u kritikati talli qed jimxu skont dak li dejjem emmnu fih.<\/p>\n<p>Id-diskors vag issa sar l-ordni tal-\u0121urnata. <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/94141\/adrian_delia_has_denied_opening_jersey_bank_account#.XKoNCVUzbIU\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ftakru ftit kif Adrian Delia kien \u0121ie kwotat minn \u2018g\u0127ejjun\u2019 tal-<em>MaltaToday<\/em> li lill-investigaturi qalilhom li hu qatt ma kien mar Jersey biex jifta\u0127 kont bankarju f&#8217;ismu b&#8217;\u010bekkijiet iffirmati minnu li ffa\u010bilitaw il-\u0121bid ta&#8217; flejjes u d-depo\u017citu tag\u0127hom f&#8217;kontijiet bankjarji f&#8217;isem kumpanniji li tag\u0127hom kien direttur. <\/a><\/p>\n<p>Dan kien se\u0127\u0127 fis-sena 2001.<\/p>\n<p>Araw ftit f&#8217;liema sitwazzjoni miskina sab ru\u0127u l-PN issa. L-in\u010bident Schiavone-Debono qed jitqies minnhom b\u0127ala wie\u0127ed li m&#8217;huwiex daqshekk tal-mist\u0127ija hekk kif il-PN qed ilesti ru\u0127u g\u0127all-elezzjonijiet Ewropej li kul\u0127add (\u0127lief huma) qed jistenna li ser jitilfu bil-kbir.<\/p>\n<p>B&#8217;arja ta&#8217; disprament kbir issa qed jippruvaw jattiraw lill-votanti tradizzjonali tal-PN li g\u0127alihom il-moralit\u00e0 ma&#8217; tistax tinfatam kompletament mill-politika.<\/p>\n<p>U allura issa f&#8217;daqqa wa\u0127da l-moralit\u00e0 re\u0121g\u0127et saret moda mhux biss g\u0127an-Nazzjonalisti tal-Mod \u0120did.<\/p>\n<p>Ikkunsidraw il-mod li bih, hu u jassumi d-dmirijiet Presidenzjali tieg\u0127u, George Vella ppretenda li jippersonifika l-boxxla morali tal-pajji\u017c, b\u0127allikieku huwa xi Ayatollah ta&#8217; \u017cmienna li jkun jista&#8217; jo\u0127ro\u0121 numru bi\u017c\u017cejjed ta&#8217; <em>fatwas<\/em> biex jimponi l-g\u0127aqda.<\/p>\n<p>\u0126add ma kien tniffes dwar il-moralit\u00e0 meta s-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u b\u0127ala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, An\u0121lu Farrugia, kien ilmenta li tal-Labour fl-Oppo\u017cizzjoni kienu qed jilg\u0127abu man-nar \u2018fir-raba\u2019 sular\u2019.<\/p>\n<p>Ma kienx tniffes meta, b\u0127ala Ministru tal-Affarijiet Barranin, kien \u0121ie esklu\u017c\u00a0 &#8211; flimkien ma&#8217; Ambaxxaturi u ma&#8217; esperti fil-Ministeru &#8211; mid-delegazzjoni Maltija meta kienet saret i\u017c-\u017cjara famu\u017ca ta&#8217; Joseph Muscat f&#8217;pajji\u017c Ilham Aliyev, l-A\u017cerbaj\u0121an.<\/p>\n<p>Lanqas ma kien insista li l-kollega tieg\u0127u fil-Kabinett kellu jirri\u017cenja wara li dan kien inqabad ja\u0127bi \u0121idu fil-Panama u fi New Zealand. Sa\u0127ansitra kien ivvota kontra mozzjoni Parlamentari ta&#8217; sfidu\u010bja f&#8217;Konrad Mizzi.<\/p>\n<p>Meta nqatlet Daphne Caruana Galizia, tant kienet missitu l-kuxjenza b&#8217;dan l-assassinju politiku \u010bar li l-gvern tieg\u0127u ma messux ippermetta li jse\u0127\u0127, li lanqas biss irrea\u0121ixxa.<\/p>\n<p>Nikkon\u010bedi, per\u00f2, li &#8211; minkejja dan kollu &#8211; huwa g\u0127ad jista&#8217; jg\u0127addi minn esperjenza Damaxxena u jinbidel f&#8217;mexxej li g\u0127alih il-korrettezza, l-a\u0121ir etiku u l-moralit\u00e0 fil-politika ji\u0121u l-ewwel u qabel kollox. G\u0127andna b\u017conn mexxej ta&#8217; dan il-kalibru u ta&#8217; din il-fibra b\u0127all-\u0127ob\u017c.<\/p>\n<p>B&#8217;xorti \u0127a\u017cina llum qed ikollna nitqannew bi klassi politika li b\u0127al donnu \u0127adet il-lezzjonijiet tag\u0127ha fl-iskola ta&#8217; Macchiavelli. Skola li fiha l-moralit\u00e0 pubblika titg\u0127affe\u0121 ta\u0127t is-saqajn ta&#8217; dawk il-politi\u010bi li mo\u0127\u0127om biss biex i\u0127arsu lejn il-mera biex jammiraw is-sbu\u0127ija ta&#8217; wi\u010b\u010bhom.<\/p>\n<p>\u0120aladarba Yorgen Fenech qed jg\u0127addiha lixxa g\u0127ax min hu fid-dmir li jinvestigah u j\u0127arrku farfar minn dmirijietu, Schiavone u Debono lanqas dwar kif ser ikun it-temp g\u0127ada ma messhom tkellmu mieg\u0127u. Mhux minnu li laqg\u0127a b\u0127al din kienet xi wa\u0127da ta&#8217; in\u0121enwinit\u00e0 politika u tista&#8217; titqies b\u0127allikieku kienet l-inkin u l-bewsa fuq id l-img\u0127allem.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73624\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/12-13.1_yp_hermann_schiavone.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"384\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/12-13.1_yp_hermann_schiavone-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/12-13.1_yp_hermann_schiavone-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/12-13.1_yp_hermann_schiavone-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/12-13.1_yp_hermann_schiavone-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/12-13.1_yp_hermann_schiavone.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Issa ninsabu f&#8217;sitwazzjoni fejn is-sonda\u0121\u0121i qed juru li votanti li ilhom g\u0127omorhom u \u017cmienhom jivvutaw PN\u00a0 &#8211; persuni li tradizzjonalment m&#8217;humiex iffissati fil-politika &#8211; qed ig\u0127idu li m&#8217;g\u0127andhomx g\u0127a\u017cla bejn il-kleptokrazija li g\u0127andha llum fil-gvern u dawk li qed ig\u0127alqu g\u0127ajnejhom g\u0127aliha.<\/p>\n<p>Le, Herman Schiavone, m&#8217;hemm ebda strate\u0121ija ma\u0127duma g\u0127al qabel l-elezzjonijiet ta&#8217; Mejju li hi mmirata biex tag\u0127mel il-\u0127sara lil Adrian Delia.<\/p>\n<p>Bi \u0127bieb b\u0127al Kristy Debono, l-g\u0127edewwa x&#8217;jambihom?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Huwa in\u0121enwu minnu nnifsu l-attentat biex laqg\u0127a li, skond The Sunday Times of Malta ta&#8217; dalg\u0127odu, se\u0127\u0127et bejn Kristy Debono u Herman Schiavone ma&#8217; Yorgen Fenech titpin\u0121a b\u0127ala wa\u0127da ta&#8217; in\u0121enwit\u00e0. \u0126add m&#8217;hu daqshekk ba\u0127nan. Din ma kinitx xi azzjoni ta&#8217; bla \u0127sieb. F&#8217;djalogu li Herman Schiavone kellu fuq il-Facebook mas-segwa\u010bi mag\u0127ruf tal-Partit Boris Xerri [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":73626,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73632\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=73632"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73632\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":73701,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73632\/revisions\/73701\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/73626\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=73632"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=73632"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=73632"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}