{"id":73670,"date":"2019-04-08T20:14:53","date_gmt":"2019-04-08T18:14:53","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=73670"},"modified":"2019-04-09T16:47:56","modified_gmt":"2019-04-09T14:47:56","slug":"ma-tistax-taghmel-hsara-lix-xejn","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/04\/ma-tistax-taghmel-hsara-lix-xejn\/","title":{"rendered":"Ma tistax tag\u0127mel \u0127sara lix-xejn"},"content":{"rendered":"<p>It-<em>tweet<\/em> ta&#8217; Jacob Borg hi fattwali u mimlija sarka\u017cmu.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\" data-lang=\"en\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Meta tmur tittallab barra l-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; sid is-17 Black, ma tkunx qed tag\u0127mel \u0127sara lill-\u0121lieda tal-PN kontra l-korruzzjoni, skont il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni <a href=\"https:\/\/t.co\/Dl0UYmwSqu\">https:\/\/t.co\/Dl0UYmwSqu<\/a> <a href=\"https:\/\/t.co\/9C1C1QzGIj\">pic.twitter.com\/9C1C1QzGIj<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Jacob Borg (@BorgJake) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/BorgJake\/status\/1115269920785338368?ref_src=twsrc%5Etfw\">April 8, 2019<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>Imma Jacob, taf x&#8217;inhi l-verit\u00e0? Il-verit\u00e0 hi li Adrian Delia g\u0127andu ra\u0121un. Herman Schiavone, Kristy Debono jew xi \u0127add ie\u0127or ma jistg\u0127u jag\u0127mlu ebda \u0127sara lill-&#8220;\u0121lieda tal-PN kontra l-korruzzjoni&#8221;. U dan g\u0127aliex m&#8217;hemm ebda \u0121lieda kontra l-korruzzjoni. Din lanqas biss te\u017cisti u ma tistax tag\u0127mel \u0127sara lil o\u0121\u0121ett li ma je\u017cistix.<\/p>\n<p>Meta kienu xxandru biss ftit pa\u0121ni mill-inkjesta Egrant, Adrian Delia kien pront u ke\u010b\u010ba lill-kelliem tieg\u0127u dwar governanza tajba, Simon Busuttil. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, dak ir-rapport ma kienx xi investigazzjoni dwar Simon Busuttil, i\u017cda Adrian Delia \u0127ass li Simon Busuttil kellu ji\u0121i kastigat g\u0127al dak li kien stqarr.<\/p>\n<p>Probabbli fehem li Simon Busuttil kien g\u0127amel \u0121udizzju \u017cbaljat &#8230; mhux \u017cgur nafu dwar xiex i\u017cda \u010bertament Adrian Delia bilfors deherlu li x&#8217;imkien kien sar xi \u017cball.<\/p>\n<p>U issa Herman Schiavone u Kristy Debono jmorru j\u0127abbtu l-bieb ta&#8217; Yorgen Fenech u hi f&#8217;stqarrija tag\u0127mel apolo\u0121ija talli a\u010b\u010bidentalment kellha laqg\u0127a ma&#8217; sid kumpannija li \u0127olqot l-akbar skandlu li jikkon\u010berna persuna li m&#8217;g\u0127andux post fil-Kabinett ta&#8217; Joseph Muscat. Debono \u0127alfet li ma kellhiex intenzjonijiet \u0127\u017ciena.<\/p>\n<p>Allura, ng\u0127id jien, in\u010bident b\u0127al dan kif ise\u0127\u0127? Jaqaw tgerbet hi u miexja u sabet ru\u0127\u0127a quddiem l-iskrivanija ta&#8217; Yorgen Fenech 17 il-sular mil-livell tat-triq f&#8217;Portomaso?<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 ktibt li ma tistax twa\u0127\u0127al fuq l-istupida\u0121ni g\u0127al \u0127a\u0121a b\u0127al din. Il-veru ka\u017c li lanqas temmen li persuna tista&#8217; tkun daqshekk in\u0121enwa biex ma tinteba\u0127x li laqg\u0127a ma&#8217; Yorgen Fenech, apparti li hi moralment inammissibbli, hi bomba politika lesta biex tisplodi.<\/p>\n<p>G\u0127ax illum \u0127ar\u0121et bl-apolo\u0121ija, Kristy Debono issa tridna na\u0127frulha u nag\u0127lqu g\u0127ajnejna. Jaqaw qed tilg\u0127abha tal-ba\u0127nana? U Herman Schiavone x&#8217;kien li llum ma talabx sku\u017ca hu wkoll? Jaqaw qed iwa\u0127\u0127al f&#8217;Eva talli pperswadietu jigdem bi\u010b\u010ba mill-frotta mdendla mas-si\u0121ra li \u0121\u0121ieg\u0127lek tag\u0127raf it-tajjeb mill-\u0127a\u017cin?<\/p>\n<p>L-isba\u0127 wa\u0127da hi li din qed titlobna nag\u0127lqu g\u0127ajnejna g\u0127all-qassata li g\u0127amlet g\u0127ax ming\u0127alija li a\u0127na ta&#8217; subg\u0127ajna f&#8217;\u0127alqna.<\/p>\n<p>Kristy Debono, Herman Schiavone u min bg\u0127athom g\u0127al laqg\u0127a ma&#8217; Yorgen Fenech jisg\u0127obbihom biss g\u0127ax inqabdu. Dawn \u0127asbu li \u0127add ma kien ser jikxifhom.<\/p>\n<p>Ming\u0127ajr ma noqg\u0127odu nispekulaw dwar x&#8217;setg\u0127et kienet ir-ra\u0121uni vera tal-laqg\u0127a u anki jekk noqg\u0127odu fuq il-ver\u017cjoni uffi\u010bjali li l-iskop kien li jakkwistaw skont g\u0127all-kiri ta&#8217; sala tal-konferenza, xorta jibqa&#8217; ina\u010b\u010bettabbli li \u017cew\u0121 deputati parlamentari &#8211; it-tnejn li huma jippretendu li nie\u0127duhom bis-serjet\u00e0 &#8211; jitolbu skont minn min hu m\u010bappas.<\/p>\n<p>Lix-xitan tmur titolbu jqabbadlek sigarrett jew dakinhar stess tag\u0127mel g\u0127a\u017cla tajba u taqta&#8217; t-tipjip?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73663\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/download-1.jpg\" alt=\"\" width=\"225\" height=\"225\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/download-1-66x66.jpg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/download-1-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/download-1-200x200.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/download-1.jpg 225w\" sizes=\"(max-width: 225px) 100vw, 225px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-tweet ta&#8217; Jacob Borg hi fattwali u mimlija sarka\u017cmu. Meta tmur tittallab barra l-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; sid is-17 Black, ma tkunx qed tag\u0127mel \u0127sara lill-\u0121lieda tal-PN kontra l-korruzzjoni, skont il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni https:\/\/t.co\/Dl0UYmwSqu pic.twitter.com\/9C1C1QzGIj \u2014 Jacob Borg (@BorgJake) April 8, 2019 Imma Jacob, taf x&#8217;inhi l-verit\u00e0? Il-verit\u00e0 hi li Adrian Delia g\u0127andu ra\u0121un. Herman Schiavone, Kristy Debono [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":73663,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73670\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=73670"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73670\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":73702,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73670\/revisions\/73702\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/73663\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=73670"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=73670"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=73670"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}