{"id":7379,"date":"2018-05-11T20:17:41","date_gmt":"2018-05-11T18:17:41","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7379"},"modified":"2018-05-14T17:56:25","modified_gmt":"2018-05-14T15:56:25","slug":"araw-xhemm-wara-dak-id-diskors-kollu-fuq-il-laptop","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/araw-xhemm-wara-dak-id-diskors-kollu-fuq-il-laptop\/","title":{"rendered":"Araw x&#8217;hemm wara dak id-diskors kollu fuq il-laptop"},"content":{"rendered":"<p>Il-verit\u00e0 dwar <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/04\/the-great-fejn-hu-l-leptopp-debate\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">il-kampanja ta&#8217; Kastilja mmexxija mill-apolo\u0121isti Josef Caruana, Jeffrey Pullicino Orlando<\/a> u o\u0127rajn dwar l-allegata e\u017cistenza ta&#8217;<em> laptop<\/em> li u\u017cat Daphne Caruana Galizia qabel mewtha li, skont huma, qed jin\u0127eba biex tindifen informazzjoni dwar il-qtil tag\u0127ha, bil-mod il-mod tiela&#8217; fil-wi\u010b\u010b.<\/p>\n<p>Din m&#8217;hi xejn \u0127lief kampanja ispirata mill-mibg\u0127eda lejn Daphne Caruana Galizia u l-familja tag\u0127ha: mibg\u0127eda li tant hi qalila li sa\u0127ansitra tista&#8217; twassal biex iddg\u0127ajjef i\u010b-\u010bans li dawk li jing\u0127ad li qieg\u0127du u splodew il-bomba ji\u0121u misjuba \u0127atja.<\/p>\n<p>M&#8217;hemm xejn \u0121did f&#8217;dan kollu. Alfred Sant kien g\u0127amel kampanja mmirata biex tiskredita l-ka\u017c tal-prosekuzzjoni kontra assassini li kienu g\u0127amlu attentat biex joqtlu lil Richard Cachia Caruana. Bil-kampanja politika li kien g\u0127amel ried isa\u0127\u0127a\u0127 il-ka\u017c tad-difi\u017ca tal-akku\u017cati u biex b&#8217;hekk jipprova jassigura li dawn jinstabu mhux \u0127atja, u dan b&#8217;azzjonijiet imsejsin fuq il-\u0127a\u017cen, fuq id-dispett u fuq twemmin pervers li l-\u0121ustizzja xieraq li sse\u0127\u0127 biss meta din isservi l-interessi tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Issa qed naraw kif ir-ra\u0121unar stupidu dwar il-<em>laptop<\/em> ittie\u0127ed ukoll mid-difi\u017ca ta&#8217; mill-anqas wie\u0127ed mit-tliet akku\u017cati li, g\u0127alkemm l-inno\u010benza tieg\u0127u hi pre\u017cunta, jinsab mixli min\u0127abba provi \u010bari li je\u017cistu li kien wie\u0127ed mill-assassini mqabbda biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Alfred Degiorgio qed jallega li d-drittijiet fundamentali tieg\u0127u jinsabu mhedda min\u0127abba l-assenza tal-<em>laptop.<\/em><\/p>\n<p>Permezz ta&#8217; rikors ie\u0127or, qed jallega wkoll li l-espert ma\u0127tur mill-Qorti g\u0127andu jitwarrab min\u0127abba l-kondotta kriminali li g\u0127andu.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/court_and_police\/86792\/accused_in_caruana_galizia_murder_claims_breach_of_fair_trial_over_missing_laptop#.WvXYbaSFPIU\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Aqra d-dettalji f&#8217;dan ir-rapport imxandar fil-<em>Malta Today.<\/em><\/a><\/p>\n<p>L-avukat ta&#8217; Alfred Degiorgio huwa Dr William Cuschieri, li m&#8217;huwiex avukat tal-g\u0127ajnuna legali.<\/p>\n<p>L-akku\u017cati l-o\u0127ra g\u0127andhom jirrappre\u017centawhom avukati tal-g\u0127ajnuna legali (ji\u0121ifieri m\u0127allsin minni u minnek), li s&#8217;issa g\u0127adhom m&#8217;g\u0127amlux b\u0127all-kollega tag\u0127hom u ppre\u017centaw rikorsi simili.<\/p>\n<p>William Cuschieri huwa wkoll l-avukat ta&#8217; dawk &#8211; ji\u0121ifieri l-grupp ta&#8217; Silvio Debono &#8211; li kienu ppre\u017centaw ruxxmata kaw\u017ci \u010bivili ta&#8217; libell kontra Daphne Caruana Galizia wara li kienet xandret l-istorja li \u0127afna huma dawk li jsejj\u0127ulha l-istorja dwar il-\u0127tif tal-art tal-ITS.<\/p>\n<p>Alfred Degiorgio jinsab mixli li ta sehmu biex se\u0127\u0127 l-assassinju i\u017cda \u0127add &#8211; \u0127lief forsi dawk li g\u0127andhom xi skorfina jew tnejn neqsin &#8211; m&#8217;hu jemmen jew jimma\u0121ina li hu u l-akku\u017cati l-o\u0127rajn, kienu dawk li \u0127adu l-inizjattiva biex ise\u0127\u0127 id-delitt.<\/p>\n<p>Jekk jinstabu \u0127atja, ikunu \u0127atja li \u0127adu sehem biex se\u0127\u0127 id-delitt, i\u017cda mhux li kienu l-im\u0127u\u0127 wara d-delitt.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant dak li jista&#8217; jkun hemm jew ma jkunx hemm fil-<em>laptop<\/em> m&#8217;huwuex rilevanti g\u0127ad-difi\u017ca ta&#8217; Alfred Degiorgio.<\/p>\n<p>Daphne Caruana Galizia qatt ma kienet kitbet dwar Alfred Degiorgio jew i\u017c-\u017cew\u0121 akku\u017cati l-o\u0127ra u wie\u0127ed jista&#8217; re\u0121jonevolment jippre\u017cumi li dawn qatt ma qraw dak li kienet tikteb.<\/p>\n<p>Allura \u0127add ma jista&#8217; jlumni jekk nikkonkludi li r-riferenzi li qed isiru g\u0127al-<em>laptop<\/em> m&#8217;huma xejn \u0127lief tattika biex isservi ta&#8217; aljenazzjoni u biex t\u0127awwad l-im\u0127u\u0127 tan-nies.<\/p>\n<p>Dwar it-twarrib tax-xog\u0127ol li sar mill-espert ma\u0127tur\u00a0 &#8211; u milli jidher fdat &#8211; mill-Qorti, dan hu su\u0121\u0121ett li je\u0127tie\u0121 li ji\u0121i spjegat minn William Cuschieri meta ssir it-trattazzjoni quddiem il-Qorti.<\/p>\n<p>Fil-frattemp, nistennew li ssir il-\u0121ustizzja, kif jistennew ukoll il-mixlija li lkoll iddikjaraw li m&#8217;humiex \u0127atja.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7368 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/screen_shot_2018-04-18_at_10.34.20.png\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"561\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/screen_shot_2018-04-18_at_10.34.20-300x246.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/screen_shot_2018-04-18_at_10.34.20-329x270.png 329w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/screen_shot_2018-04-18_at_10.34.20.png 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-verit\u00e0 dwar il-kampanja ta&#8217; Kastilja mmexxija mill-apolo\u0121isti Josef Caruana, Jeffrey Pullicino Orlando u o\u0127rajn dwar l-allegata e\u017cistenza ta&#8217; laptop li u\u017cat Daphne Caruana Galizia qabel mewtha li, skont huma, qed jin\u0127eba biex tindifen informazzjoni dwar il-qtil tag\u0127ha, bil-mod il-mod tiela&#8217; fil-wi\u010b\u010b. Din m&#8217;hi xejn \u0127lief kampanja ispirata mill-mibg\u0127eda lejn Daphne Caruana Galizia u l-familja tag\u0127ha: [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7368,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7379\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7379"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7379\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7427,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7379\/revisions\/7427\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7368\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7379"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7379"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7379"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}