{"id":73974,"date":"2019-04-18T07:03:00","date_gmt":"2019-04-18T05:03:00","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=73974"},"modified":"2019-04-18T13:43:39","modified_gmt":"2019-04-18T11:43:39","slug":"issa-jghaddilek-konrad","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/04\/issa-jghaddilek-konrad\/","title":{"rendered":"Issa jg\u0127addilek, Konrad"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-73963\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-9-1.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-9-1-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-9-1-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-9-1-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-9-1-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-9-1.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Lill-Qorti Kostituzzjonali, Konrad Mizzi qed jitlobha tipprote\u0121ih mill-gvern li huwa stess jifforma parti minnu. F&#8217;rikors li ppre\u017centa fil-Qorti huwa stqarr li l-Istat m&#8217;g\u0127andu jippermetti lil \u0127add li jitlob li ssir inkjesta dwar il-<em>Panama Papers<\/em>. Huwa qed jinsisti wkoll li l-pro\u010beduri li g\u0127amlu u\u017cu minnhom kemm Simon Busuttil kif ukoll Repubblika jift\u0127u kwistjonijiet li di\u0121\u00e0 kienu ng\u0127alqu minn qrati o\u0127rajn u li din is-sitwazzjoni qed tikkaw\u017ca in\u0121ustizzja fil-konfront tieg\u0127u. Qed i\u0127arrek lill-gvern f&#8217;ismu proprju. I\u017cda l-kaw\u017ca li ppre\u017centa hi tarka biex tag\u0127ti kenn lil Keith Schembri wkoll. U tista&#8217; tg\u0127id ukoll li sservi l-interessi ta&#8217; Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Se nispi\u010b\u010baw bi gvern s\u0127i\u0127 i\u0127arrek lilu nnifsu! Din hu sitwazzjoni redikola u komika daqs kemm ukoll hi assurda. Ministers g\u0127andhom is-setg\u0127a li jg\u0127addu l-li\u0121ijiet mill-Parlament. Il-<em>back-benchers<\/em> tag\u0127hom ituhom appo\u0121\u0121 indiskuss. Jekk li\u0121i tikser il-Kostituzzjoni u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem , g\u0127andhom is-setg\u0127a u d-dmir li jibdluha. Wara kollox, li\u0121i li tikser il-libertajiet fundamentali ta&#8217; persuna wa\u0127da, tikser il-libertajiet fundamentali ta&#8217; kul\u0127add. Madankollu hawn g\u0127andna sitwazzjoni fejn Ministru qed jinteba\u0127 li hemm li\u0121i li qed tikser il-libertajiet fundamentali ta&#8217; kul\u0127add g\u0127ax &#8211; skont hu &#8211; qed jintmess hu stess.<\/p>\n<p>Mhux fa\u010bli li tla\u0127\u0127aq ma&#8217; &#8220;lo\u0121ika&#8221; b\u0127al din ta\u2019 Konrad Mizzi. Filwaqt li fil-Qorti jid\u0127ol fil-mertu tekniku ta&#8217; pro\u010bess legali li ftit huma dawk li jistg\u0127u jifhmuh, \u010bara u tonda li l-mira tieg\u0127u hi li jwaqqaf kull possibilit\u00e0 li ssir investigazzjoni dwar l-iskandlu <em>Panama Papers<\/em> jew li ji\u0121u priservati l-provi marbutin ma&#8217; dawk ir-reati kriminali. Fil-Qorti qal li d-dritt tieg\u0127u g\u0127al smig\u0127 xieraq japplika wkoll g\u0127all-\u2018pro\u010bessi preliminari\u2019 as well. I\u017cda inkjesta lanqas biss tammonta g\u0127al stadju \u0121udizzjarju preliminari. G\u0127adna ma wasalniex s&#8217;hawn. Dan donnu qed ig\u0127id li jekk jien nag\u0127mel rapport kontra tieg\u0127u fl-g\u0127assa tal-pulizija, nkun qed niksirlu d-drittijiet fundamentali tieg\u0127u. Jekk il-\u0121ar tieg\u0127ek isejja\u0127 lill-pulizija g\u0127ax bil-lejl int qed tag\u0127mel \u0127afna storbju, int se tirrabja spe\u010bjalment jekk int tabil\u0127aqq tkun qed tikkaw\u017ca storbju \u017cejjed bil-lejl u tixtieq tkompli tag\u0127mel hekk. Jekk xi \u0127add jag\u0127mel ilment kontra tieg\u0127ek, int xorta wa\u0127da g\u0127andek dritt g\u0127al smieg\u0127 xieraq u li tg\u0127id tieg\u0127ek u xorta wa\u0127da jkollok id-dritt li tappella kontra s-sentenza.<\/p>\n<p>I\u017cda dan kollu g\u0127aliex il-pulizija tkun ir\u010beviet rapport u mbag\u0127ad tibda&#8217; tinvestiga, dan ma jfissirx li tkun qed issir in\u0121ustizzja fil-konfront tieg\u0127ek. Int xorta wa\u0127da jkollok id-dritt li tg\u0127id tieg\u0127ek. Konrad Mizzi m&#8217;hux interessat li jg\u0127id tieg\u0127u g\u0127ax il-verit\u00e0 hi li ma jistax iwie\u0121eb g\u0127all-mistoqsijiet li jsirulu. Mistoqsijiet b\u0127al:<\/p>\n<ol>\n<li>Il-g\u0127ala l-<em>accountant<\/em> tieg\u0127ek \u0127oloq kumpannija fil-Panama g\u0127alik \u0121img\u0127a biss wara li \u0127adt il-\u0121urament tas-setg\u0127a?<\/li>\n<li>Il-g\u0127ala l-<em>accountant<\/em> tieg\u0127ek lil banek madwar id-dinja kitbilhom biex ig\u0127idilhom li int ser tag\u0127mel miljuni kbar ta&#8217; flus minn negozji li fil-fatt int m&#8217;g\u0127andekx?<\/li>\n<li>Il-g\u0127ala nd\u0127alt fejn ma kienx jesg\u0127ek fin-negozju mal-A\u017cerbaj\u0121an dwar i\u017c-\u017cjut?<\/li>\n<li>Il-g\u0127ala l-<em>accountant<\/em> tieg\u0127ek kiteb li kumpannija ta&#8217; Yorgen Fenech fid-Dubaj kienet ser t\u0127allsek $5,000 kull jum?<\/li>\n<li>Il-g\u0127ala l-<em>accountant<\/em> tieg\u0127ek g\u0127a\u017cel is-s\u0127ubija li Yorgen Fenech g\u0127andu mal-A\u017cerbaj\u0121an biex ti\u0121i fornuta l-ener\u0121ija lil Malta?<\/li>\n<\/ol>\n<p>Lil kieku hemm xi spjegazzjoni ra\u0121jonevoli g\u0127al dawn il-mistoqsijiet, din ilna li smajniha u xhur u snin ilu Konrad Mizzi kien bil\u0121ri jmur il-Qorti biex jispjega kollox. I\u017cda spjegazzjoni m&#8217;hemmx u din hi r-ra\u0121uni g\u0127aliex irid i\u017comm lil kul\u0127add milli jag\u0127millu l-mistoqsijiet.<\/p>\n<p>Issa jg\u0127addilek, Konrad.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Lill-Qorti Kostituzzjonali, Konrad Mizzi qed jitlobha tipprote\u0121ih mill-gvern li huwa stess jifforma parti minnu. F&#8217;rikors li ppre\u017centa fil-Qorti huwa stqarr li l-Istat m&#8217;g\u0127andu jippermetti lil \u0127add li jitlob li ssir inkjesta dwar il-Panama Papers. Huwa qed jinsisti wkoll li l-pro\u010beduri li g\u0127amlu u\u017cu minnhom kemm Simon Busuttil kif ukoll Repubblika jift\u0127u kwistjonijiet li di\u0121\u00e0 kienu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":73963,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73974\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=73974"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73974\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":74059,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/73974\/revisions\/74059\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/73963\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=73974"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=73974"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=73974"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}