{"id":74067,"date":"2019-04-01T15:02:44","date_gmt":"2019-04-01T13:02:44","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=74067"},"modified":"2019-04-22T13:27:56","modified_gmt":"2019-04-22T11:27:56","slug":"it-thaffir-tal-mina","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/04\/it-thaffir-tal-mina\/","title":{"rendered":"It-t\u0127affir tal-mina"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-74064\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/what-to-do-in-malta-islands.jpg\" alt=\"\" width=\"640\" height=\"426\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/what-to-do-in-malta-islands-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/what-to-do-in-malta-islands-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/what-to-do-in-malta-islands-400x266.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/what-to-do-in-malta-islands-600x399.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/what-to-do-in-malta-islands.jpg 640w\" sizes=\"(max-width: 640px) 100vw, 640px\" \/><\/p>\n<p>Kif g\u0127andu \u0127addie\u0127or, jien ukoll g\u0127andi l-fehmiet tieg\u0127i dwar il-mina ta&#8217; ta\u0127t l-art proposta g\u0127al bejn il-g\u017cejjer Maltin. I\u017cda mhux bi \u0127siebni nikteb dwar il-fehma tieg\u0127i. Kif tistg\u0127u tissoponu, jien g\u0127andi fehmiet sodi dwar it-trasport i\u017cda min\u0127abba l-fatt li g\u0127al xi \u017cmien jien \u0127dimt fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, ma nixtieqx in\u0127allat kwistjoni ma&#8217; o\u0127ra. Dan li \u0121ej jittratta dwar il-governanza tajba u dik \u0127a\u017cina u dwar il-mod kif qed jitmexxa l-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Il-gvern talab vot fil-Parlament dwar jekk g\u0127andhiex tit\u0127affer il-mina bejn Malta u G\u0127awdex. hi \u0127a\u0121a stramba kif mistoqsija b\u0127al din saret lill-Parlament. Il-Parlament qieg\u0127ed hemm biex ig\u0127addi l-li\u0121ijiet jew biex japprova l-g\u0127oti ta&#8217; art pubblika g\u0127al skop spe\u010bifiku jew inkella jidde\u010biedi dwar pjani strutturali li fuqu titfassal l-infrastruttura ta&#8217; Malta. I\u017cda r-ri\u017coluzzjoni tal-biera\u0127 ammontat g\u0127al sonda\u0121\u0121. Il-membri parlamentari huma favur it-t\u0127affir ta&#8217; mina bejn Malta u G\u0127awdex? Il-membri parlamentari kollha \u0127lief dawk tal-PD ivvutaw favur. Nistaqsi: x&#8217;kien l-iskop wara t-te\u0127id ta&#8217; dan il-vot? Peress li l-Parlament m&#8217;g\u0127adda ebda abbozz ta&#8217; li\u0121i li tissorpassa l-li\u0121ijiet l-o\u0127rajn kollha, g\u0127ad irid ise\u0127\u0127 il-pro\u010bess kollu li je\u0127tie\u0121 \u017cvilupp ta&#8217; dan il-kobor. Mil-lat tekniku, huwa possibbli li l-permess g\u0127at-t\u0127affir ta&#8217; mina ji\u0121i mi\u010b\u0127ud, liema pro\u010bess huwa mfassal biex jeskludi l-ind\u0127il tal-politi\u010bi.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, bejn l-intenzjoni wara l-varar tal-li\u0121ijiet u dak li ji\u0121ri fir-realt\u00e0 hemm ba\u0127ar jaqsam. Ilkoll nafu li l-ind\u0127il politiku jirrenja dejjem. Allura, ng\u0127id jien, il-gvern kellu g\u0127alfejn joqg\u0127od ig\u0127addi ri\u017coluzzjoni qabel il-ka\u017c ji\u0121i trattat quddiem l-awtorit\u00e0 tal-ippjanar u quddiem ir-regolaturi l-o\u0127rajn? Ir-ra\u0121uni hi li l-gvern jinsab inkwetat li, jekk isir studju serju mill-awtoritajiet kon\u010bernati, il-parir tag\u0127hom ser ikun kontra t-t\u0127affir tal-mina. Il-lo\u0121ika u r-ra\u0121uni jg\u0127idulna li l-mina m&#8217;g\u0127andhiex tit\u0127affer. Ix-xjenza, il-kejl tal-impatt ambjentali, l-anali\u017ci tal-i\u017cvanta\u0121\u0121i fil-konfront tal-i\u017cvanta\u0121\u0121i u l-paragun ma&#8217; g\u0127a\u017cliet o\u0127rajn li jista&#8217; jkun hemm x&#8217;aktarx ilkoll se j\u0121ieg\u0127luna nikkonkludu li t-t\u0127affir tal-mina m&#8217;hi idea tajba xejn.<\/p>\n<p>L-istudji dwar l-impatt ambjentali huma me\u0127tie\u0121a skont il-li\u0121ijiet u, g\u0127alkemm dawn jiswewna \u0127afna flus jisg\u0127u j\u0121ieg\u0127luna niteb\u0127u li jkun a\u0127jar li ma jsir xejn qabel ikun tard wisq biex ikun hemm rimedju. Fil-frattemp, hemm sensiela ta&#8217; studji li saru u li qatt m&#8217;a\u0127na ser naqraw il-konklu\u017cjonijiet tag\u0127hom: dawn huma li l-persuni involuti fil-pro\u0121ett g\u0127andhom kull interess li jse\u0127\u0127 g\u0127ax b&#8217;hekk ikunu jistg\u0127u jaqilg\u0127u aktar flus. G\u0127al dawn in-nies, il-pro\u0121ett tal-mina g\u0127andu jse\u0127\u0127, tg\u0127id x&#8217;tg\u0127id ix-xjenza u issa dawn g\u0127andhom warajhom is-sa\u0127\u0127a ta\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at tal-Parlament. Il-forzi politi\u010bi tal-pajji\u017c &#8211; ikun x&#8217;ikun ir-ri\u017cultat tal-elezzjoni u jkun min ikun il-Ministru jew partit fil-gvern &#8211;\u00a0 issa huma kommessi favur it-t\u0127affir tal-mina. U ser ikun f&#8217;dan l-isfond li ser ja\u0127dmu n-nies tal-awtorit\u00e0 tal-ippjanar, tal-awtorit\u00e0 tal-ambjent, tal-awtorit\u00e0 tat-trasport u ta&#8217; dawk l-a\u0121enziji kollha li huma awtorit\u00e0 tal-isem biss g\u0127ax ilkoll jafu li mal-mag\u0127mul m&#8217;hemmx kunsill.<\/p>\n<p>Din m&#8217;hix kwistjoni dwar x&#8217;na\u0127seb jien jew x&#8217;ja\u0127sbu minoranza mdaqqsa ta&#8217; nies dwar dan is-su\u0121\u0121ett jew dak li tista&#8217; ta\u0127seb ma\u0121\u0121oranza ta&#8217; persuni fil-\u0121ejjieni. Hi kwistjoni dwar dawk li g\u0127andhom kull interess finanzjarju li l-pro\u0121ett ise\u0127\u0127. Minn dejjem konna nafu li l-interess finanzjarju ta&#8217; dawn in-nies jirba\u0127 fuq kollox u fuq kul\u0127add. U issa jidher li bis-sa\u0127\u0127a tal-vot li ttie\u0127ed fil-Parlament, tal-klassi politika huma lesti li jaqdu dawn l-interessi kummer\u010bjali. Ner\u0121a&#8217; nfakkar li l-vot parlamentari li ttie\u0127ed ma kienx me\u0127tie\u0121. Il-li\u0121i \u010bertament ma kinitx te\u0127tie\u0121u u l-vot ammonta biss g\u0127al dikjarazzjoni politika intenzjonata biex telimina l-governanza tajba u l-applikazzjoni tal-li\u0121ijiet &#8211; liema li\u0121ijiet ig\u0127oddu g\u0127al kul\u0127add \u0127lief g\u0127al dawk b&#8217;interessi kummer\u010bjali u finanzjarji.<\/p>\n<p>Il-Parlament suppost huwa l-og\u0127la istituzzjoni demokratika f&#8217;pajji\u017cna. Dan ifisser ukoll li l-Parament g\u0127andu jkollu s-setg\u0127a morali u legali li jkun je\u0127tie\u0121lu jra\u017c\u017can biex ikun jista&#8217; ja\u0121ixxi fl-interess pubbliku. Il-PN fl-Oppo\u017cizzjoni huwa kompli\u010bi mal-arja le\u0121islattiva li qed je\u017cer\u010bita l-gvern. W\u0127ud minnhom privatament qed ig\u0127idu li ma kellhom ebda g\u0127a\u017cla. Il-mina se tit\u0127affer xorta wa\u0127da u, g\u0127ax \u0127afna mill-partitarji tag\u0127hom iriduha sse\u0127\u0127, ma setg\u0127ux jidhru koro\u0127 mag\u0127hom.<\/p>\n<p>I\u017cda l-verit\u00e0 hi li, kieku vvutaw kontra r-ri\u017coluzzjoni favur it-t\u0127affir tal-mina, b&#8217;daqshekk ma setg\u0127u qatt iwaqqfu t-t\u0127affir tag\u0127ha. Vot kontra kien jammonta g\u0127al protesta kontra l-mod goff li bih \u0121ie imminat il-pro\u010bess u kontra l-fatt li l-gvern qed jaqta&#8217; s-sentenza u jintimida lill-Parlament minkejja l-fatt li l-istudji dwar il-pro\u0121ett kollu g\u0127adhom nejjin.<\/p>\n<p>G\u0127al dawn ir-ra\u0121unijiet biss tal-Oppo\u017cizzjoni kienu fid-dmir li jivvutaw kontra u kienu biss tnejn mill-membri tag\u0127ha \u2014il-membri tal-PD \u2014 li kellhom il-kura\u0121\u0121 li jag\u0127mlu dan. X&#8217;aktar li l-koppja Farrugia tal-PD jidhrilhom li m&#8217;g\u0127andhom xejn x&#8217;jitilfu u dak li huwa abjad g\u0127andhom il-libert\u00e0 li jsejj\u0127ulu abjad.<\/p>\n<p>I\u017cda meta l-membri tal-Oppo\u017cizzjoni prin\u010bipali j\u0127ossu li m&#8217;humiex \u0127ielsa li l-abjad isejj\u0127ulu abjad, kif qalet tant tajjeb Martina Farrugia nhar it-Tlieta fil-Belt Valletta, inkunu qed ni\u0121u wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b\u010b mat-tirannija.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kif g\u0127andu \u0127addie\u0127or, jien ukoll g\u0127andi l-fehmiet tieg\u0127i dwar il-mina ta&#8217; ta\u0127t l-art proposta g\u0127al bejn il-g\u017cejjer Maltin. I\u017cda mhux bi \u0127siebni nikteb dwar il-fehma tieg\u0127i. Kif tistg\u0127u tissoponu, jien g\u0127andi fehmiet sodi dwar it-trasport i\u017cda min\u0127abba l-fatt li g\u0127al xi \u017cmien jien \u0127dimt fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, ma nixtieqx in\u0127allat kwistjoni ma&#8217; o\u0127ra. Dan [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":74064,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74067\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=74067"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74067\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":74132,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74067\/revisions\/74132\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/74064\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=74067"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=74067"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=74067"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}