{"id":74320,"date":"2019-04-29T12:51:18","date_gmt":"2019-04-29T10:51:18","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=74320"},"modified":"2019-04-29T15:18:29","modified_gmt":"2019-04-29T13:18:29","slug":"jehdew-fil-patrijottizmu-falz","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/04\/jehdew-fil-patrijottizmu-falz\/","title":{"rendered":"Jehdew fil-patrijotti\u017cmu falz"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-74312\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-3.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-3-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-3-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-3-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-3-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/file-3.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>&#8220;Malta f&#8217;qalbna,&#8221; qalilna Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Din x&#8217;aktarx hi r-ra\u0121uni g\u0127ala \u010b-<em>chief of staff<\/em> tieg\u0127u u l-Ministru favorit tieg\u0127u \u0127olqu strutturi fil-Panama, fi New Zealand, f&#8217;Dubai, fil-British Virgin Islands u f&#8217;repubbliki tal-banana o\u0127rajn biex ja\u0127bu \u0121idhom.<\/p>\n<p>Tal-Labour, it-tema tal-kampanja tag\u0127hom iridu jpin\u0121uha b\u0127ala wa\u0127da po\u017cittiva i\u017cda fil-fatt hi wa\u0127da negattiva g\u0127all-a\u0127\u0127ar u hi msejsa fuq kampanja bla waqfien li ilha sejra xhur u \u0121img\u0127at s\u0127a\u0127 li baqg\u0127et tixli b\u0127ala traditur ta&#8217; pajji\u017cu u b\u0127ala lag\u0127qi tal-barrani lil kull min m&#8217;huwiex fuq in-na\u0127a tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;hu xejn \u0127lief patrijotti\u017cmu falz u maqlub apposta ta&#8217; ta\u0127t fuq biex ji\u0121u kalunjati l-avversarji politi\u010bi u biex jittimbrawhom b\u0127ala \u0120akbini li jikkoperaw mal-g\u0127adu.<\/p>\n<p>Tal-Partit Demokratiku qed isostnu li din it-tema \u0121iet ikkupjata minn dik tag\u0127hom li \u0121\u0121ib l-isem &#8220;pajji\u017cna f&#8217;qalbna&#8221;. X&#8217;aktarx ma kienu jg\u0127idu xejn li kieku tal-Labour, b&#8217;mod mill-aktar pervers biex ixejnu l-effett mixtieq tal-PD, ma qalbux is-sinjifikat tat-tema ta&#8217; ta\u0127t fuq. B&#8217;tema b\u0127al din tal-PD riedu jfissru li, tkun xi tkun l-im\u0121ieba u l-politika tag\u0127hom, il-pajji\u017c ji\u0121i dejjem qabel l-interessi politi\u010bi dojoq tag\u0127hom.\u00a0 Ji\u0121ifieri li l-kritika li jag\u0127mlu, jag\u0127mluha g\u0127ax i\u0127obbu lil pajji\u017c u mhux biex imaqdruh.<\/p>\n<p>Il-patrijotti\u017cmu tal-Labour qed jitpin\u0121a f&#8217;kuntrast ma&#8217; dawk li, skont hu, huma neqsin minnha. Ma na\u0127sibx li huma tal-PD li jinsabu fil-mira ta&#8217; Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Lejlet l-elezzjonijiet Ewropej, ma nistax ma niftakarx fid-determinazzjoni li kellu Joseph Muscat qabel l-elezzjoni ta&#8217; \u0120unju 2017 mhux biss li jirba\u0127 i\u017cda wkoll li jelimina mix-xena \u017cew\u0121 xewkiet kbar, ji\u0121ifieri Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil. Proprju issa, Joseph Muscat jinsab kuntent b&#8217;Oppo\u017cizzjoni li xejn m&#8217;hi t\u0127abbtu. \u010aertament jirvella meta l-bqija tad-dinja &#8211; meraviljata bil-wi\u010b\u010b sfiq li g\u0127andu &#8211; tistaqsih mistoqsijiet li ma jkunx jista&#8217; ja\u0127rab minnhom. Muscat jippretendi li g\u0127andu l-jedd li jg\u0127addiha lixxa dwar kollox.<\/p>\n<p>Dawn l-elezzjonijiet, tal-Labour qed jistennew li jirb\u0127uhom. I\u017cda ma jridux biss jemfasizzaw il-fatt li ser igawdu ma\u0121\u0121oranza ta&#8217; voti. Meta tal-Labour ma jkunux kapa\u010bi jirb\u0127u argument li jkun imsejjes fuq provi, tal-Labour lill-avversarji jg\u0127ajjruhom s\u0127a\u0127ar u tradituri. Dak li se\u0127\u0127 f&#8217;\u0120unju 2017, Joseph Muscat issa jrid jirrepetih. Fin-nofs m&#8217;g\u0127andu jkun hemm ebda Matthew Caruana Galizia, ebda David Casa, ebda Caroline Muscat, ebda <em>Times of Malta<\/em>, ebda Repubblika, ebda Simon Busuttil, ebda Roberta Metsola, ebda tradituri u s\u0127a\u0127ar biex jag\u0127mlu l-bsaten fir-roti lill-pro\u0121ett tieg\u0127u li ja\u0127kem lill-Istat Malti b&#8217;mod totali.<\/p>\n<p>Il-Malta li tinsab f&#8217;qalbu hi l-istess Malta li huwa jippretendi li hi tieg\u0127u. F&#8217;Malta b\u0127al din fl-aqwa \u017cmien m&#8217;hemmx wisa&#8217; g\u0127ad-dissens u g\u0127all-kriti\u010bi tal-Kbir Re Joseph.<\/p>\n<p>Mhux ta&#8217; b&#8217;xejn li Hugo Chavez kien di\u0121\u00e0 u\u017ca tema b\u0127al din ferm qabel Joseph Muscat. Tema li trid i\u0121\u0121ieg\u0127lek temmen li qalb Muscat tinsab f&#8217;idu. I\u017cda l-g\u0127an veru huwa wie\u0127ed u wie\u0127ed biss: is-setg\u0127a assoluta u l-vanta\u0121\u0121i personali li din i\u0121\u0121ib mag\u0127ha.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-74314\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1-1024x576.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"576\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/maxresdefault-1-1200x675.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>&#8220;Malta f&#8217;qalbna,&#8221; qalilna Joseph Muscat. Din x&#8217;aktarx hi r-ra\u0121uni g\u0127ala \u010b-chief of staff tieg\u0127u u l-Ministru favorit tieg\u0127u \u0127olqu strutturi fil-Panama, fi New Zealand, f&#8217;Dubai, fil-British Virgin Islands u f&#8217;repubbliki tal-banana o\u0127rajn biex ja\u0127bu \u0121idhom. Tal-Labour, it-tema tal-kampanja tag\u0127hom iridu jpin\u0121uha b\u0127ala wa\u0127da po\u017cittiva i\u017cda fil-fatt hi wa\u0127da negattiva g\u0127all-a\u0127\u0127ar u hi msejsa fuq kampanja [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":74314,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74320\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=74320"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74320\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":74331,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74320\/revisions\/74331\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/74314\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=74320"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=74320"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=74320"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}