{"id":74372,"date":"2019-04-30T14:45:20","date_gmt":"2019-04-30T12:45:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=74372"},"modified":"2019-05-01T07:29:37","modified_gmt":"2019-05-01T05:29:37","slug":"se-tappellaw-minn-digriet-li-tghidu-li-takom-ragun","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/04\/se-tappellaw-minn-digriet-li-tghidu-li-takom-ragun\/","title":{"rendered":"Se tappellaw minn digriet li tg\u0127idu li takom ra\u0121un?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-74359\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1.jpg\" alt=\"\" width=\"360\" height=\"410\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1-200x228.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1-263x300.jpg 263w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/04\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1.jpg 360w\" sizes=\"(max-width: 360px) 100vw, 360px\" \/><\/p>\n<p>Jekk veru &#8220;m&#8217;hemmx inkjesta&#8221;, m&#8217;g\u0127andhomx g\u0127alfejn jappellaw.<\/p>\n<p>Lill-Qorti Kostituzzjonali, Konrad Mizzi qalilha li d-drittijiet fundamentali tieg\u0127u kienu nkisrulu sempli\u010bement min\u0127abba l-fatt li l-li\u0121i tippermetti lil kull \u010bittadin, inklu\u017c lilek, iressaq ilment meta huwa jkun twettaq reat kriminali u li permezz tieg\u0127u tintalab li ssir inkjesta.<\/p>\n<p>L-argumenti li qed i\u0121ib Konrad Mizzi ma jiswewx karlin. Applikaw l-argumenti tieg\u0127u g\u0127al ka\u017c li fih ikun inxtered id-demm. Int tmur g\u0127and il-Ma\u0121istrat biex tirrapporta l-fatt li int rajt qtil ise\u0127\u0127 wara li l-pulizija jkunu naqsu li jemmnuk meta int tmur biex tirrapporta l-ka\u017c.<\/p>\n<p>Minn na\u0127a tieg\u0127u, l-Ma\u0121istrat jidhirlu li tajtu bi\u017c\u017cejjed informazzjoni u jg\u0127addi biex ji\u0121bor il-provi. I\u017cda l-persuna li dwarha jkun sar ir-rapport tg\u0127id li d-drittijiet fundamentali tag\u0127ha nkisrulha u titlob lill-Ma\u0121istrat biex joqg\u0127od lura milli ji\u0121bor il-provi sakemm il-Qorti tidde\u010biedi taqbilx mieg\u0127ek jew le.<\/p>\n<p>Sitwazzjoni mill-aktar redikola. Ilkoll nafu li l-provi, aktar ma jin\u0121abru kmieni u fil-pront, aktar ikollhom valur. I\u017cda aktar ma jin\u0127ela \u017cmien f&#8217;kwistjonijiet legali, akbar huwa \u010b-\u010bans g\u0127all-kriminal li jispi\u010b\u010ba jg\u0127addiha lixxa. Aktar ma jtawwlu, ikun akbar i\u010b-\u010bans li l-kriminali ja\u0127arbu, li jostru l-provi jew li jag\u0127mlu pressjoni fuq xhieda biex il-pro\u010bess li jista&#8217; jikkundannahom jkun mittiefes u mni\u0121\u0121e\u017c.<\/p>\n<p>Min i\u0121ib ru\u0127u b&#8217;dan il-mod juri li m&#8217;huwiex inno\u010benti. L-a\u0121ir ta&#8217; min itawwal u ta&#8217; min jipprova jo\u0127loq bi\u017c\u017cejjed dubji permezz ta&#8217; paraventi legali, huwa l-a\u0121ir tattiku ta&#8217; min huwa \u0127ati: dawn ikunu jafu li im\u0121ieba b\u0127al din tista&#8217; twassal biex jg\u0127adduha lixxa.<\/p>\n<p>Konrad Mizzi kien inkwetat li l-Ma\u0121istrat Doreen Clarke setg\u0127et ta\u010b\u010betta t-talba ta&#8217; Repubblika u ta&#8217; Simon Busuttil. Fil-fatt hekk g\u0127amlet. I\u017cda l-Gvern il-biera\u0127 qal li ma kienet a\u010b\u010bettat xejn g\u0127aliex Simon Busuttil u Repubblika kienu talbu li ssir inkjesta \u0121dida i\u017cda l-Ma\u0121istrat dehrilha li ma kellux ikun hemm duplikazzjoni ta&#8217; xog\u0127ol u ordnat li dawn l-allegazzjonijiet \u0121odda jitwa\u0127\u0127du ma&#8217; inkjesta li tinsab g\u0127addejja quddiem Ma\u0121istrat o\u0127ra.<\/p>\n<p>G\u0127alhekk il-gvern stqarr li inkjesta \u0121dida m&#8217;hemmx.<\/p>\n<p>Il-gvern, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, qal \u0127merija grassa.<\/p>\n<p>Jekk huwa kif qed jg\u0127id il-gvern, allura Konrad Mizzi m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn jissokta bil-kaw\u017ca li g\u0127amel dwar id-drittijiet fundamentali tieg\u0127u u jista&#8217; wkoll i\u010bedi din, kif\u00a0 di\u0121\u00e0 kien g\u0127amel meta f&#8217;Jannar li g\u0127adda l-Qorti tal-Appell Kriminali \u0127assret sentenza ta&#8217; Ma\u0121istrat ie\u0127or\u00a0 li kien laqa&#8217; talba biex titnieda nkjesta dwar il-Panama Papers.<\/p>\n<p>X&#8217;aktarx imissu wkoll i\u010bedi t-talba li g\u0127amel lill-Qorti Kostituzzjonali biex din tordna lill-Ma\u0121istrat toqg\u0127od lura milli tkompli bl-inkjesta sakemm il-qorti superjuri tidde\u010biedi l-punt dwar jekk drittijiet inkisrulux.<\/p>\n<p>Jekk, kif qed jallega l-gvern, ma \u0121iet ordnata ebda nkjesta fid-digriet li ng\u0127ata, il-Qorti Kostituzzjonali m&#8217;g\u0127andha xejn xi twaqqaf, m&#8217;hux hekk?<\/p>\n<p>Hmmm. I\u017c-\u017cmien jag\u0127tina parir.<\/p>\n<p>F&#8217;\u0120unju 2017, il-Ma\u0121istrat Ian Farrugia kien a\u010b\u010betta t-talba ta&#8217; Simon Busuttil u kien ordna t-tnedija ta&#8217; inkjesta. Ma kien hemm ebda inkjesta o\u0127ra li setg\u0127et titwa\u0127\u0127ad ma&#8217; din u g\u0127alhekk kellha tinbeda&#8217; nkjesta \u0121dida. I\u017cda Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-bqija tal-klikka tal-Panama appellaw minn dak id-digriet u wara 19 il-xahar ta&#8217; d\u0127ul u \u0127ru\u0121 fil-qorti, reb\u0127u l-appell permezz ta&#8217; sentenza tal-Im\u0127allef Giovanni Grixti, liema sentenza skantat u bell\u0127et lil kul\u0127add l-aktar meta dan idde\u010bieda li l-Panama Papers ma kienu jiswew xejn u li ma jindikawx li kien se\u0127\u0127 reat kriminali.<\/p>\n<p>Issa l-gvern irid ibellag\u0127hielna li l-Qorti ma ordnat it-tnedija ta&#8217; ebda nkjesta, li hi r-ra\u0121uni li Keith Schembri mhux ser ji\u0121i m\u0121ieg\u0127el jirri\u017cenja minkejja dak li kien stqarr ftit ilu Joseph Muscat fis-sens li jekk tinbeda&#8217; inkjesta dwar Keith Schembri, dan ikollu jwarrab.<\/p>\n<p>Ma nbdietx inkjesta, allura m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn iwarrab.<\/p>\n<p>Ejjew, g\u0127all-grazzja tal-argument, na\u010b\u010bettaw dak li qed ig\u0127id il-gvern. G\u0127all-gvern, id-digriet tal-Ma\u0121istrat Doreen Clarke kien reb\u0127a g\u0127alih u daqqa ta&#8217; \u0127arta g\u0127al Repubblika u Simon Busuttil, u g\u0127alhekk m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn jappella mid-digriet tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Wara kollox, x&#8217;tappella tag\u0127mel minn sentenza li tkun inqatg\u0127et favurik?<\/p>\n<p>Mela Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-bqija tal-\u0127allelin\u00a0 u kompli\u010bi, \u0127allu lil dak li qed tg\u0127idu li mhix inkjesta tkompli g\u0127addejja u oqg\u0127odu lura milli tippruvaw tfixklu pro\u010bess li g\u0127alikom ma je\u017cistix. Id-digriet tal-Ma\u0121istrat\u00a0 tappellaw\u0127x.<\/p>\n<p>Hmmm. I\u017c-\u017cmien se jag\u0127tina parir.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jekk veru &#8220;m&#8217;hemmx inkjesta&#8221;, m&#8217;g\u0127andhomx g\u0127alfejn jappellaw. Lill-Qorti Kostituzzjonali, Konrad Mizzi qalilha li d-drittijiet fundamentali tieg\u0127u kienu nkisrulu sempli\u010bement min\u0127abba l-fatt li l-li\u0121i tippermetti lil kull \u010bittadin, inklu\u017c lilek, iressaq ilment meta huwa jkun twettaq reat kriminali u li permezz tieg\u0127u tintalab li ssir inkjesta. L-argumenti li qed i\u0121ib Konrad Mizzi ma jiswewx karlin. Applikaw [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":74359,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74372\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=74372"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74372\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":74394,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74372\/revisions\/74394\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/74359\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=74372"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=74372"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=74372"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}