{"id":7458,"date":"2018-05-15T09:50:03","date_gmt":"2018-05-15T07:50:03","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7458"},"modified":"2018-05-15T14:48:46","modified_gmt":"2018-05-15T12:48:46","slug":"impunita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/impunita\/","title":{"rendered":"Impunit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p>Joseph Muscat u l-klikka tieg\u0127u qed jista\u0127bew wara l-inkjesti ma\u0121isterjali biex jassiguraw lid-dinja li l-allegazzjonijiet dwar reati kriminali li huma involuti fihom qed ji\u0121u investigati u li jekk jinstab li saret xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina, jittie\u0127du l-passi me\u0127tie\u0121a. Din mhi xejn \u0127lief gidba.<\/p>\n<p>F&#8217;Malta l-ma\u0121istrati ma jag\u0127mlux xog\u0127ol il-pulizija. Mhumiex <em>detectives<\/em>. Ma jinvestigawx reati kriminali. U lanqas iressquhom quddiem il-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p>Dawk li qed isegwu minn barra minn Malta jista&#8217; jkun li jitfixklu t-terminu &#8220;Inkjesta Ma\u0121isterjali&#8221; mal-pro\u010bessi \u0121udizzjarji li jsiru f&#8217;postijiet b\u0127all-Italja fejn il-ma\u0121istrati g\u0127andhom is-sa\u0127\u0127a u r-responsabbilt\u00e0 li jinvestigaw u jie\u0127du passi kontra min iwettaq reati kriminali. F&#8217;pajji\u017cna l-affarijiet ma ja\u0127dmux b&#8217;dan il-mod.<\/p>\n<p>F&#8217;Malta l-pulizija biss jistg\u0127u jinvestigaw ir-reati kriminali. U l-Avukat \u0120enerali biss g\u0127andu l-poter li jressaq il-Qorti lil min iwettaq reati b\u0127al dawn.<\/p>\n<p>Provi mi\u0121bura minn Ma\u0121istrati jistg\u0127u jintu\u017caw mill-pulizija jew mill-Avukat \u0120enerali. Il-pariri tal-Ma\u0121istrat jistg\u0127u jkunu utli. Imma l-Ma\u0121istrati m&#8217;g\u0127andhom l-ebda poter e\u017cekuttiv biex jie\u0127du azzjoni huma stess abba\u017ci ta&#8217; dak li jiskopru.<\/p>\n<p>L-inkjesti li nbdew ri\u017cultat tal-intervent ta&#8217; Simon Busuttil ma jistg\u0127ux jissostitwixxu l-\u0127tie\u0121a li l-pulizija tie\u0127u azzjoni. L-azzjoni li \u0127a fil-qorti hija forma ta&#8217; lment kontra l-falliment tal-pulizija li tie\u0127u passi imma \u0127add m&#8217;g\u0127andu l-poter li jimla l-vojt li qed i\u0127alli n-nuqqas ta&#8217; azzjoni min-na\u0127a tal-pulizija, jekk dan in-nuqqas ikompli.<\/p>\n<p>Simon Busuttil g\u0127amel u\u017cu minn fakult\u00e0 fil-kodi\u010bi kriminali &#8211; li dda\u0127\u0127let fl-2002 u qatt ma ntu\u017cat qabel &#8211; li tag\u0127ti forma ta&#8217; rikors lill kull \u010bittadin tal-pajji\u017c biex jisfida lill-pulizija fil-qrati talli ma jkunux \u0127adu azzjoni fuq reat kriminali li \u010b-\u010bittadini j\u0127ossu li jkun se\u0127\u0127 u li jekk fil-fatt jinstab li verament se\u0127\u0127 jista&#8217; jwassal g\u0127al piena ta&#8217; mill-inqas tliet snin pri\u0121unerija.<\/p>\n<p>Simon Busuttil sfida lill-pulizija talli ma investigawx dak li \u0127are\u0121 mill-Panama Papers. Il-qorti qablet ma&#8217; din l-isfida imma d-de\u010bi\u017cjoni finali f&#8217;din il-kaw\u017ca g\u0127adha ma ng\u0127atatx g\u0127ax Joseph Muscat u l-klikka tieg\u0127u personalment appellaw minn de\u010bi\u017cjoni tal-qorti li ordnat lill-pulizija biex tinvestigahom.<\/p>\n<p>Ma nafx kif nista&#8217; nkun aktar \u010bar: qatt ma kien hemm u ma hemm l-ebda investigazzjoni kriminali fuq dak li \u0127are\u0121 mill-Panama Papers. Jg\u0127idu x&#8217;jg\u0127idu, u jippruvaw ibellg\u0127uhielkom kemm jippruvaw ibellg\u0127uhielkom, kull \u0121urnata li g\u0127addiet minn meta faqqa&#8217; dan l-iskandlu sentejn ilu kienet \u0121urnata ta&#8217; impunit\u00e0.<\/p>\n<p>Huwa lo\u0121iku li biex jiddefendi lilu nnifsu l-<em>artful dodger<\/em> jg\u0127id li l-ebda allegazzjoni li saret fil-konfront tieg\u0127u ma \u0121iet ippruvata f&#8217;qorti. Din daqslikieku qed jg\u0127id lil uliedu li r-ra\u0121el li hu tajjeb biex ji\u017c\u017cewwi\u0121hom g\u0127ad irid jitwieled, u jibg\u0127athom ifittxuh!<\/p>\n<p>G\u0127ad ma kellna l-ebda kundanna appuntu g\u0127ax g\u0127adu ma tressaq \u0127add il-qorti. U ma tressaq \u0127add il-qorti g\u0127ax ma saret l-ebda investigazzjoni.<\/p>\n<p>Dak li tfisser verament il-kelma impunit\u00e0.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7456 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/file-4.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/file-4-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/file-4-500x270.jpg 500w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/file-4.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Joseph Muscat u l-klikka tieg\u0127u qed jista\u0127bew wara l-inkjesti ma\u0121isterjali biex jassiguraw lid-dinja li l-allegazzjonijiet dwar reati kriminali li huma involuti fihom qed ji\u0121u investigati u li jekk jinstab li saret xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina, jittie\u0127du l-passi me\u0127tie\u0121a. Din mhi xejn \u0127lief gidba. F&#8217;Malta l-ma\u0121istrati ma jag\u0127mlux xog\u0127ol il-pulizija. Mhumiex detectives. Ma jinvestigawx reati kriminali. U [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7456,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7458\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7458"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7458\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7462,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7458\/revisions\/7462\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7456\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7458"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7458"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7458"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}