{"id":7463,"date":"2018-05-15T07:36:47","date_gmt":"2018-05-15T05:36:47","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7463"},"modified":"2018-05-15T14:44:32","modified_gmt":"2018-05-15T12:44:32","slug":"araw-kif-ghandhom-ikunu-protetti-l-whistleblowers","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/araw-kif-ghandhom-ikunu-protetti-l-whistleblowers\/","title":{"rendered":"Araw kif g\u0127andhom ikunu protetti l-whistleblowers"},"content":{"rendered":"<p>Il-Gvern ta&#8217; South Australia qed itejjeb il-li\u0121ijiet li j\u0127arsu l-<em>whistleblowers <\/em>biex jipprote\u0121i uffi\u010bjali pubbli\u010bi minn kull tip ta&#8217; konsegwenza meta dawn jidde\u010biedu li jo\u0127or\u0121u informazzjoni li jkollhom fil-pubbliku jekk ma tkun ittie\u0127det l-ebda azzjoni wara li l-ewwel ikunu ressqu lment internament.<\/p>\n<p>Ji\u0121ifieri, fi ftit kliem, jekk impjegat tal-istat ikun jaf b&#8217;xi \u0127a\u0121a li tkun saret \u0127a\u017cin u wara li jsaffar is-suffara internament i\u0127oss li ma tkunx ittie\u0127det l-azzjoni adegwata, dan ikollu kull dritt li jitkellem mal-\u0121urnalisti, b&#8217;mod li jista&#8217; ji\u0121i kkwotat, u jg\u0127id lill-pubbliku dak li jkun jaf. Kulma jrid jag\u0127mel hu li jistenna tliet xhur biex jag\u0127ti \u010bans lill-gvern jie\u0127u azzjoni fuq l-ilment ori\u0121inali li jkun ressaq. Meta jiskadu t-tliet xhur jista&#8217; jitkellem pubblikament u jxandar l-informazzjoni li jkollu. U ma jistax jitke\u010b\u010ba, ji\u0121i kkastigat jew jinqabe\u017c fi promozzjoni.<\/p>\n<p>Il-li\u0121i qed titressaq quddiem il-Parlament ta&#8217; South Australia din il-\u0121img\u0127a. Dan <a href=\"http:\/\/www.adelaidenow.com.au\/news\/law-order\/attorneygeneral-vickie-chapman-to-introduce-new-whistleblower-legislation-allowing-them-to-go-public-without-fear-of-payback\/news-story\/fd9b13be4a3e69fa7418904257b23d90\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">ir-rapport f&#8217;The Advertiser<\/a> fih id-dettalji kollha.<\/p>\n<p>L-abbozz ta&#8217; li\u0121i mistenni li jikseb l-appo\u0121\u0121 tal-partiti kollha tal-Gvern u l-Oppo\u017cizzjoni fil-Parlament ta&#8217; South Australia kif se ji\u0121ri wkoll fil-ka\u017c ta&#8217; emenda g\u0127al-li\u0121ijiet tal-istampa li tag\u0127ti d-dritt lill-\u0121urnalisti li j\u017commu l-identit\u00e0 tal-informaturi tag\u0127hom li jkunu <em>whistleblowers <\/em>kunfidenzjali jekk dan ikun fl-interess pubbliku.<\/p>\n<p>Jekk qed ta\u0127seb li l-li\u0121i tag\u0127na f&#8217;Malta hi simili, allura ma \u0127aristx sew lejn l-e\u010b\u010bezzjonijiet. Il-li\u0121i tal-istampa li g\u0127andna f&#8217;pajji\u017cna &#8212; anke l-ver\u017cjoni l-\u0121dida li huwa imminenti li tid\u0127ol fis-se\u0127\u0127 &#8212; tippermetti lill-\u0121urnalisti jipprote\u0121u s-sorsi tag\u0127hom u twaqqaf lill-qrati milli j\u0121eg\u0127luhom jikxfu l-identit\u00e0 tag\u0127hom. Sakemm&#8230;u hemm e\u010b\u010bezzjonijiet kbar: is-sigurt\u00e0 nazzjonali, l-integrit\u00e0 territorjali, affarijiet b\u0127al dawn. Imma hemm ukoll &#8220;il-protezzjoni tal-interessi tal-\u0121ustizzja&#8221;.<\/p>\n<p>Issa jekk <em>whistleblower <\/em>ikun kixef xi \u0127a\u0121a li verament kien jist\u0127oqqilha tinkixef, allura x&#8217;aktarx li jkun kixef xi \u0127a\u0121a illegali. Imma jista&#8217; jsir l-argument li biex ji\u0121u m\u0127arsa l-interessi tal-\u0121ustizzja jkun me\u0127tie\u0121 li tinkixef l-identit\u00e0 tas-sors sabiex tkun tista&#8217; tittie\u0127ed azzjoni fuq l-illegalit\u00e0 li tkun qed ti\u0121i mikxufa.<\/p>\n<p>Mhux normali li f&#8217;Malta l-\u0121urnalisti jinstabu \u0127atja ta&#8217; disprezz fil-konfront tal-qorti g\u0127ax jirrifjutaw li jikxfu s-sorsi tag\u0127hom. Il-qrati jirrispettaw il-prin\u010bipju li f&#8217;so\u010bjet\u00e0 demokratika l-\u0121urnalisti g\u0127andu jkollhom il-libert\u00e0 li jipprovdu informazzjoni ming\u0127ajr ma jkollhom jesponu s-sorsi tag\u0127hom g\u0127ar-riskju li jpattuhielhom.<\/p>\n<p>Imma l-esperjenza tas-sorsi nfushom, f&#8217;ka\u017ci fejn dawn \u0121ew identifikati jew g\u0127a\u017clu li jikxfu l-identit\u00e0 tag\u0127hom huma stess, \u0121enaralment tkun att frustranti fejn dak li jkun jispi\u010b\u010ba jag\u0127mel il-\u0127sara lilu nnifsu g\u0127alxejn.<\/p>\n<p>Ifhem, anke kieku kellna li\u0121ijiet li jipprote\u0121u <em>whistleblowers <\/em>li jidde\u010biedu li jo\u0127or\u0121u fil-pubbliku, ftit li xejn je\u017cistu ra\u0121unijiet li jwassluk biex temmen li l-e\u017citu hawn Malta jkun differenti. Wara kollox, b&#8217;dak kollu li nafu llum fuq il-korruzzjoni li hemm 50 metru biss &#8216;il bog\u0127od mill-iskrivanija tal-prim ministru, l-uni\u010bi li batew il-konsegwenzi kienu l-\u0121urnalista li kixfet l-informazzjoni u s-sorsi tag\u0127ha.<\/p>\n<p>G\u0127all-korrotti nfushom li jissemmew f&#8217;dawn l-istejjer, kif jg\u0127idu, l-aqwa \u017cmien g\u0127adu \u0121ej.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7443 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/whistlehurter.jpeg\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"621\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/whistlehurter-300x233.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/whistlehurter-348x270.jpeg 348w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/whistlehurter-768x596.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/whistlehurter.jpeg 800w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Gvern ta&#8217; South Australia qed itejjeb il-li\u0121ijiet li j\u0127arsu l-whistleblowers biex jipprote\u0121i uffi\u010bjali pubbli\u010bi minn kull tip ta&#8217; konsegwenza meta dawn jidde\u010biedu li jo\u0127or\u0121u informazzjoni li jkollhom fil-pubbliku jekk ma tkun ittie\u0127det l-ebda azzjoni wara li l-ewwel ikunu ressqu lment internament. Ji\u0121ifieri, fi ftit kliem, jekk impjegat tal-istat ikun jaf b&#8217;xi \u0127a\u0121a li tkun saret [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7443,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7463\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7463"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7463\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7470,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7463\/revisions\/7470\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7443\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7463"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7463"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7463"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}