{"id":74668,"date":"2019-05-12T21:52:11","date_gmt":"2019-05-12T19:52:11","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=74668"},"modified":"2019-05-17T14:25:58","modified_gmt":"2019-05-17T12:25:58","slug":"palata-lil-tal-labour-dwar-l-abort","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/05\/palata-lil-tal-labour-dwar-l-abort\/","title":{"rendered":"Palata lil tal-Labour dwar l-abort"},"content":{"rendered":"<p>Ninsab determinat li noqg\u0127od lura milli nitkellem favur jew kontra l-abort sakemm dan is-su\u0121\u0121ett jibqa&#8217; kwistjoni li dwaru f&#8217;pajji\u017cna ma jidhirx li te\u017cisti g\u0127a\u017cla g\u0127all-votanti. X&#8217;aktarx li jien nippreferi li noqg\u0127od lura milli nid\u0127ol fil-mertu tas-su\u0121\u0121ett anki jekk il-kwistjoni ssir wa\u0127da ta&#8217; kontroversja politika.<\/p>\n<p>Ma skantajt xejn li l-Partit Nazzjonalista \u017ceffen il-kwistjoni tal-abort fin-nofs. Jista&#8217; jkun li n\u0127ossni xi ftit urtat g\u0127all-fatt li dan is-su\u0121\u0121ett jista&#8217; jaljena li dak li jkun mill-kwistjonijiet reali li b\u0127alissa qed jiffa\u010b\u010bja l-pajji\u017c u jista&#8217; wkoll idg\u0127ajjef l-argumenti validi li qed i\u0121ibu w\u0127ud mill-kandidati Nazzjonalisti. Madankollu ma skantajt xejn.<\/p>\n<p>Fis-sitwazzjoni li jinsab fiha, l-PN huwa \u0127erqan li j\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-partitarji tieg\u0127u jivvutaw u mhix \u0127a\u0121a ta&#8217; barra minn hawn jekk jipprova jag\u0127mel dan biex ikompli jsa\u0127\u0127a\u0127 l-appo\u0121\u0121.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190512\/local\/upcoming-eu-elections-are-a-referendum-on-abortion-delia-says.709804\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">I\u017cda jekk wie\u0127ed jag\u0127ti daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn it-titlu tar-rapport tad-diskors tal-lum ta&#8217; Adrian Delia, wie\u0127ed jista&#8217; jikkonkludi li dan il-bniedem b\u0127al donnu qed jemmen bis-s\u0127i\u0127 fil-\u0127merijiet li qed jog\u0127\u0121bu jlissen.\u00a0 <\/a><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-74664\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-05-12-at-18.34.28-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"552\" height=\"772\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-05-12-at-18.34.28-1-200x280.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-05-12-at-18.34.28-1-215x300.jpeg 215w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-05-12-at-18.34.28-1-400x559.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-05-12-at-18.34.28-1.jpeg 552w\" sizes=\"(max-width: 552px) 100vw, 552px\" \/><\/p>\n<p>I\u010b-\u010bini\u017cmu politiku jien m&#8217;g\u0127andix grazzja mieg\u0127u. I\u017cda jekk Adrian Delia kien qed ikun \u010biniku meta \u017ceffen l-abort fin-nofs, x&#8217;aktarx kont nifhem li qed jipprova j\u0127ajjar lil dawk li sal-lum g\u0127adhom bejn \u0127alltejn biex jivvutaw lill-partit tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Madankollu issa qed niddubita kemm fil-fatt qed ikun \u010biniku. Dan b\u0127al donnu qed ja\u0127seb li huwa importanti g\u0127all-PN li jikseb ma\u0121\u0121oranza fl-elezzjonijiet g\u0127all-Parlament Ewropew g\u0127aliex, jekk din il-ma\u0121\u0121oranza tibqa&#8217; ma tinkisibx, b&#8217;xi mod ji\u0121i impost l-abort fuq Malta minn barra.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li nifhmu li ebda ma\u0121\u0121oranza fil-Parlament Ewropew &#8211; kemm jekk tkun So\u010bjalista jew ta&#8217; xi kulur politiku ie\u0127or &#8211;\u00a0 m&#8217;g\u0127andha s-sa\u0127\u0127a li tintrodu\u010bi l-abort f&#8217;Malta sakemm il-Parlament Malti stess ma jg\u0127addix il-li\u0121i li tkun me\u0127tie\u0121a.<\/p>\n<p>Qabel ir-referendum tal-2003, il-PN dan kollu kien fehmu lill-votanti u kien iffirma protokoll mat-trattat li permezz tieg\u0127u sie\u0127eb lil Malta fl-Unjoni Ewropea li kien ig\u0127id li l-abort ma jistax jid\u0127ol f&#8217;Malta kemm il-darba ma jkunx il-gvern Malti stess li jidde\u010biedi li jda\u0127\u0127lu.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, jista&#8217; ji\u0121ri li l-Partit Laburista bis-sa\u0127\u0127a tal-ma\u0121\u0121oranza li g\u0127andu, jidde\u010biedi li jda\u0127\u0127al l-abort, ig\u0127idu x&#8217;ig\u0127idu u ja\u0127sbuha kif ja\u0127sbuha s-So\u010bjalisti Ewropej dwar il-kwistjoni.<\/p>\n<p>I\u017cda hawn hu l-bu\u017cillis. Adrian Delia g\u0127adu kemm ta palata lil tal-Labour biex, jekk iridu, jag\u0127mlu e\u017catt dan.<\/p>\n<p>G\u0127aliex skont hu, r-ri\u017cultat tal-elezzjoni g\u0127all-Parlament Ewropew se jkun referendum dwar jekk Malta g\u0127andhiex ida\u0127\u0127al l-abort jew le.<\/p>\n<p>G\u0127andux jew le fil-mira tieg\u0127u l-votanti entu\u017cjasti jew dawk li g\u0127adhom bierdin, g\u0127andi nifhem li Adrian Delia huwa l-uniku bniedem li naf bih jien li ja\u0127seb ma\u0121\u0121oranza Nazzjonalista hi b&#8217;xi mod possibbli f&#8217;dawn l-elezzjonijiet Ewropej. Kul\u0127add qed jitkellem dwar kemm se jkun kbir id-distakk bejn il-ma\u0121\u0121oranza Laburista u l-vot Nazzjonalista u diffi\u010bli ssib xi \u0127add li ja\u0127sibha mod ie\u0127or.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant, bl-iktar mod banali u grottesk, Adrian Delia g\u0127adu kemm ta daqqa ta&#8217; \u0127arta kbira lil dawk li qed ja\u0127dmu qatig\u0127 kontra d-d\u0127ul tal-abort u g\u0127adda f&#8217;idejn tal-Labour il-mandat biex ida\u0127\u0127al l-abort g\u0127aliex Delia qed jirreferi g\u0127all-elezzjoni g\u0127all-Parlament Ewropew b\u0127ala wa\u0127da referendarja dwar l-abort.<\/p>\n<p>Jekk int kontra id-d\u0127ul tal-abort, il-benjamin tieg\u0127ek g\u0127adu kemm wa\u0127\u0127allek kanna \u017cul minn hemm.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ninsab determinat li noqg\u0127od lura milli nitkellem favur jew kontra l-abort sakemm dan is-su\u0121\u0121ett jibqa&#8217; kwistjoni li dwaru f&#8217;pajji\u017cna ma jidhirx li te\u017cisti g\u0127a\u017cla g\u0127all-votanti. X&#8217;aktarx li jien nippreferi li noqg\u0127od lura milli nid\u0127ol fil-mertu tas-su\u0121\u0121ett anki jekk il-kwistjoni ssir wa\u0127da ta&#8217; kontroversja politika. Ma skantajt xejn li l-Partit Nazzjonalista \u017ceffen il-kwistjoni tal-abort fin-nofs. Jista&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":74664,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74668\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=74668"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74668\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":74778,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74668\/revisions\/74778\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/74664\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=74668"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=74668"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=74668"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}