{"id":74856,"date":"2019-05-21T14:00:40","date_gmt":"2019-05-21T12:00:40","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=74856"},"modified":"2019-05-21T14:00:40","modified_gmt":"2019-05-21T12:00:40","slug":"il-qtil-ta-bniedem-innocenti-u-kif-qed-jippruvaw-ighattu-xtur-il-gvern","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/05\/il-qtil-ta-bniedem-innocenti-u-kif-qed-jippruvaw-ighattu-xtur-il-gvern\/","title":{"rendered":"Il-qtil ta&#8217; bniedem inno\u010benti u kif qed jippruvaw ig\u0127attu xtur il-gvern."},"content":{"rendered":"<p lang=\"mt-MT\"><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190521\/local\/soldiers-suspended-after-special-presidential-order.710545\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-fa\u010b\u010bata ta&#8217; quddiem tat-<em>Times of Malta<\/em> tal-lum xandret il-qerq li permezz tieg\u0127u il-gvern irid ibellag\u0127ha li l-ka\u017c dwar il-qtil ta&#8217; Lassana Cisse qed ji\u0121i trattat b&#8217;serjet\u00e0 liema b\u0127alha.\u00a0<\/a> Huwa minnu li qed jie\u0127du dan il-qtil b&#8217;serjet\u00e0 kbira, imma mhux g\u0127ar-ra\u0121unijiet li qed i\u0121ibu. Qed jag\u0127mlu dan g\u0127aliex inteb\u0127u li jinsabu mg\u0127obbijin b&#8217;responsabbilt\u00e0 politika diretta u, li kieku konna f&#8217;pajji\u017c li fih id-demokrazija ta\u0127dem kif suppost, issa ilhom li tqalftu &#8216;l barra mis-si\u0121\u0121u tas-setg\u0127a.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Nispjegalkom il-g\u0127ala.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Hekk kif \u0127a r-riedni tal-poter, il-gvern ta&#8217; Joseph Muscat kien bidel ir-regolamenti kollha dwar il-mod kif jing\u0127ataw il-promozzjonijiet fl-Armata u dan sabiex ji\u017cgura li jse\u0127\u0127u promozzjonijiet i\u0121ri\u00a0 u \u0121erri ta&#8217; uffi\u010bjali li seta&#8217; jafda g\u0127al ra\u0121unijiet purament parti\u0121\u0121jani. L-aktar wie\u0127ed li gawda minn dawn it-tibdiliet kien id-Deputat Kmandant Mark Mallia.\u00a0<a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190304\/local\/how-the-army-was-taken-over-in-just-three-months.703419\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Segwi dan ir-rapport tal-Ombudsman li jittratta dwar il-promozzjonijiet li ng\u0127ataw lil Mark Mallia &#8211; promozzjonijiet li \u010bertament ma setg\u0127ux jing\u0127atawlu li kieku ma&#8217; tbaxxewx il-kriterji me\u0127tie\u0121a u li kieku ma nbidlux ir-regolamenti fl-2013.<\/a><\/p>\n<div id=\"attachment_74848\" style=\"width: 630px\" class=\"wp-caption aligncenter\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-74848\" class=\"size-full wp-image-74848\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/e158403339b2fb23dc34ee8527e2b1791680625d-1450859401-567a5b89-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/e158403339b2fb23dc34ee8527e2b1791680625d-1450859401-567a5b89-620x348-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/e158403339b2fb23dc34ee8527e2b1791680625d-1450859401-567a5b89-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/e158403339b2fb23dc34ee8527e2b1791680625d-1450859401-567a5b89-620x348-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/e158403339b2fb23dc34ee8527e2b1791680625d-1450859401-567a5b89-620x348-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/e158403339b2fb23dc34ee8527e2b1791680625d-1450859401-567a5b89-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><p id=\"caption-attachment-74848\" class=\"wp-caption-text\">Mark Mallia, Vi\u010bi Kmandant tal-Armata (lemin), mal-img\u0127allem tieg\u0127u il-Kmandant Jeffrey Curmi<\/p><\/div>\n<p lang=\"mt-MT\">Id-Deputat Kmandant Mark Mallia huwa direttament responsabbli g\u0127ar-ri\u017corsi umani fl-Armata. Dan ifisser li l-inga\u0121\u0121 ta&#8217; persuni fl-armata jg\u0127addi minn ta\u0127t idej\u0127.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Tard fl-2016, g\u0127ax elezzjoni \u0121enerali kienet fil-qrib,<a href=\"https:\/\/mhascms.gov.mt\/en\/MHAS-Information\/Job%20Opportunities\/Pages\/2016\/Call-for-Enlistment-of-Soldiers-in-the-Armed-Forces-of-Malta-(Regular-Force).aspx\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\"> l-armata \u0127ar\u0121et sej\u0127a g\u0127all-inga\u0121\u0121 ta&#8217; suldati<\/a>. F&#8217;Mejju 2017, ftit \u0121ranet qabel l-elezzjoni, dda\u0127\u0127lu 112 il-suldat. U mill-istess sej\u0127a g\u0127all-applikazzjonijiet li saret fl-2016, idda\u0127\u0127lu 72 suldat ie\u0127or f&#8217;Ottubru 2017.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Permezz ta&#8217; din il-mossa, kull min kien qed jistenna &#8220;pja\u010bir&#8221; ming\u0127and il-gvern bi tpartit mal-vot, ing\u0127ata salarju, uniformi u arma tan-nar.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">I\u017c-\u017cew\u0121 suldati li jinsabu mixlija bil-qtil kiesa\u0127 u biered ta&#8217; Lissana Cisse kienu \u0121ew inga\u0121\u0121ati mal-armata bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dan il-pro\u010bess.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Li kieku kellha ssir investigazzjoni dwar ir-responsabbilt\u00e0 potenzjali tal-Istat u dwar in-nuqqas tal-Istat li j\u0127ares il-\u0127ajja ta&#8217; Lissana Cisse, min imexxi investigazzjoni b\u0127al din kien ikollu jistaqsi jekk l-inga\u0121\u0121 tag\u0127hom kienx skont ir-regolamenti tal-armata.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Fost ir-regolamenti hemm dik li applikant g\u0127andu jkollu \u201cim\u0121ieba tajba u korretta\u201d.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Wie\u0127ed je\u0127tie\u0121 li jsemmi wkoll li kondotta nadifa mhix bi\u017c\u017cejjed u li r-regolamenti huma \u0127afna aktar ibsin f&#8217;dan ir-rigward. Fil-fatt is-sej\u0127a g\u0127all-applikazzjonijiet g\u0127all-inga\u0121\u0121 fl-armata, li kienet ixxandret fil-gazzetta tal-gvern, tg\u0127id li kull applikant g\u0127andu jawtorizza lill-armata li titkixxef mal-pulizija dwar kondotta tieg\u0127u li ma tkunx ixxandret. Kull applikant huwa wkoll me\u0127tie\u0121 li jipprovdi \u010bertifikat li mhux biss qatt ma kien \u0121ie misjub \u0127ati ta&#8217; reat kriminali i\u017cda wkoll li ma hemm ebda investigazzjoni g\u0127addejja dwar l-im\u0121ieba tieg\u0127u.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Wie\u0127ed mis-suldati mixlijin bil-qtil ta&#8217; Lassana Cisse jinsab akku\u017cat ukoll li kien ikkometta reat kriminali wara li fl-img\u0127oddi kien \u0121ie kundannat dwar reat mill-qorti (dan ir-reat ma ssemmiex x&#8217;kien) i\u017cda kien in\u0127eles b&#8217;kundizzjoni li ma jikkommettix reat ie\u0127or. Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal li r-reat kriminali &#8220;ma kienx wie\u0127ed serju\u201d, i\u017cda baqa&#8217; ma qalx f&#8217;hiex kien jikkonsisti dan ir-reat.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">F&#8217;kull investigazzjoni dwar ir-responsabbilt\u00e0 potenzjali tal-Istat u dwar in-nuqqas tal-Istat li j\u0127ares il-\u0127ajja ta&#8217; Lissana Cisse, min ikun qed imexxi l-investigazzjoni \u010bertament ikun fid-dmir li jistaqsi jekk fi\u010b-\u010bertifikat is-suldat kienx iddikjara jew le li kien \u0121ie misjub \u0127atja mill-qorti. Hu x&#8217;inhu, ikun fid-dmir ukoll li jitkixxef biex jara jekk l-armata kinitx saret taf li dan kien instab \u0127ati, \u017c-\u017cmien meta saru jafu u dwar jekk sarux investigazzjonijiet ulterjuri biex jistabbilixxu li verament g\u0127andu &#8220;m\u0121ieba tajba u korretta&#8221;.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">X&#8217;aktarx li investigazzjoni b\u0127al din kienet tkun kapa\u010bi tikxef nuqqasijiet amministrattivi fil-mod kienu \u0121ew img\u0127arbla l-applikanti fi\u017c-\u017cew\u0121 pro\u010bessi ta&#8217; nga\u0121\u0121 li se\u0127\u0127 fl-2017, nuqqasijiet li se\u0127\u0127ew bis-sa\u0127\u0127a tal-intervent politiku dirett tal-Prim Ministru u li l-Ombudsman di\u0121\u00e0 kellu l-okka\u017cjoni li jikkundanna fir-rapport tieg\u0127u dwar it-tmexxija tal-armata.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\"><a href=\"https:\/\/www.newsbook.com.mt\/artikli\/2019\/05\/21\/filmat-jien-mhu-qed-nghatti-lil-hadd-farrugia\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Lil tan-<em>Newsbook<\/em>, illum Michael Farrugia qalilhom li f&#8217;dan il-ka\u017c ikun hemm responsabbilt\u00e0 politika x&#8217;tintrefa&#8217; kemm il-darba ji\u0121i stabbilit li xi \u0127add bg\u0127at li\u017c-\u017cew\u0121 assassini biex joqtlu lil Lassana Cisse.<\/a> Ma setax ig\u0127id \u0127merija akbar minn din. Jekk ji\u0121i stabilit li kien politiku li bg\u0127at suldat biex joqtol persuna o\u0127ra, dan il-politiku ma jkunx responsabbli politikament i\u017cda responsabbli kriminalment g\u0127all-qtil.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">F&#8217;dan il-ka\u017c, hemm ir-responsabbilt\u00e0 politika. Ag\u0127tu \u0127arsa lejn il-famu\u017c ritratt li kien ttie\u0127ed fi \u017cmien il-Milied is-sena l-o\u0127ra li fih jidhru Joseph Muscat imdawwar bl-erba&#8217; lag\u0127qa ta&#8217; madwaru. Dawn huma l-ba\u017cu\u017cli li \u0127atar biex i\u017commu kontroll strett fuq l-amministrazzjoni tal-pajji\u017c u dan sabiex tin\u017camm f&#8217;idejh kull awtorit\u00e0 fil-pajji\u017c.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\"><img class=\"aligncenter size-large wp-image-74850\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-576x1024.jpeg\" alt=\"\" width=\"576\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-169x300.jpeg 169w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-200x356.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-400x711.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00.jpeg 576w\" sizes=\"(max-width: 576px) 100vw, 576px\" \/><\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Wie\u0127ed mill-mistednin tieg\u0127u huwa d-Deputat Kmandant Mark Mallia li jidher bil-qieg\u0127da bejn Edward Zammit Lewis \u2013 x&#8217;aktarx dan kien mistieden biex jurihom kemm jinqala&#8217; g\u0127ax-xorb tal-<em>gin<\/em> <em>cocktails<\/em> \u2013 u James Piscopo, il-mo\u0127\u0127 wara t-tatti\u010bi tal-elezzjoni tal-2013 u wie\u0127ed mis-setg\u0127ana li hemm illum.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">It-<em>Times of Malta<\/em> qalet li tal-armata talbu ordni Presidenzjali biex ikunu jistg\u0127u jissospendu li\u017c-\u017cew\u0121 persuni mixlija bil-qtil. Dawn ming\u0127alihom li mossa b\u0127al din se timpressjona lin-nies.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\"><span lang=\"en-GB\"><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/court_and_police\/92487\/soldier_sacked_over_gate_jibe_files_judicial_protest_to_get_his_job_back#.XOOlnMgzbIU\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Kien biss ftit \u0121img\u0127at ilu li lil Godwin Schembri dde\u010bidew li jdabbrulu rasu \u2013 u mhux li jissospenduh \u2013 mill-armata, dan kollu g\u0127ax sie\u0127bu xerred filmat tieg\u0127u ji\u010b\u010bajta\u00a0<\/a>dwar l-imbierek kan\u010bell li twa\u0127\u0127al f&#8217;nofs g\u0127alqa minn uffi\u010bjali nkompetenti li kienu ng\u0127ataw promozzjonijiet biex jissorveljawh.<\/span><\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Ftit \u0121img\u0127at ilu il-Kmandant tal-Armata ma \u0127asibhiex darbtejn biex ike\u010b\u010bi suldat. U issa dan jidhirlu li je\u0127tie\u0121 jitlob il-permess tal-President biex jissospendi tnejn o\u0127ra. U \u0127alluna!<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\"><span lang=\"en-GB\">Dawn dehrilhom li kellhom i\u017ceffnu lill-President fin-nofs biex dan iservi ta&#8217; paraventu g\u0127all-Prim Ministru<\/span><span lang=\"en-GB\">. Biex jippruvaw ibellg\u0127uha li kellhom jirrikorru lejn awtorit\u00e0 aktar g\u0127olja. Li \u0121ara&#8217; hu li l-President spi\u010b\u010ba ta palata biex gvern inkompetenti u korrott jibqa&#8217; j\u017comm fil-wi\u010b\u010b.<\/span><\/p>\n<p lang=\"mt-MT\"><span lang=\"en-GB\">\u0126add m&#8217;hu jixli lill-Prim Ministru li kien hu li bg\u0127at li\u017c-\u017cew\u0121 suldati biex joqtlu bniedem f&#8217;Bir<\/span>\u017cebbu\u0121a. Madankollu kien proprju hu li \u0127atar ba\u017cu\u017clu biex jimpjega suldati bil-g\u0127an li, minflok li jaqdi l-interess nazzjonali billi jinga\u0121\u0121a fl-armata persuni ta&#8217; karattru e\u017cemplari u li g\u0127andhom it-ta\u0127ri\u0121 me\u0127tie\u0121, ra kif g\u0127amel biex jaqdi l-interessi elettorali tal-Partit Laburista bir-ri\u017cultat li \u017cew\u0121 terroristi g\u0127amlu u\u017cu mis-setg\u0127a u l-impunit\u00e0 li ng\u0127atatilhom permezz ta&#8217; pro\u010bess elettorali mittiefes biex joqtlu bniedem f&#8217;Bir\u017cebbu\u0121a.<\/p>\n<p lang=\"mt-MT\">Da\u017cgur li je\u0127tie\u0121 i\u0121orr ir-responsabbilt\u00e0 politika. U kif!<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-fa\u010b\u010bata ta&#8217; quddiem tat-Times of Malta tal-lum xandret il-qerq li permezz tieg\u0127u il-gvern irid ibellag\u0127ha li l-ka\u017c dwar il-qtil ta&#8217; Lassana Cisse qed ji\u0121i trattat b&#8217;serjet\u00e0 liema b\u0127alha.\u00a0 Huwa minnu li qed jie\u0127du dan il-qtil b&#8217;serjet\u00e0 kbira, imma mhux g\u0127ar-ra\u0121unijiet li qed i\u0121ibu. Qed jag\u0127mlu dan g\u0127aliex inteb\u0127u li jinsabu mg\u0127obbijin b&#8217;responsabbilt\u00e0 politika diretta u, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":74850,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74856\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=74856"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74856\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":74880,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/74856\/revisions\/74880\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/74850\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=74856"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=74856"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=74856"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}