{"id":75259,"date":"2019-05-28T15:06:44","date_gmt":"2019-05-28T13:06:44","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=75259"},"modified":"2019-05-29T12:54:27","modified_gmt":"2019-05-29T10:54:27","slug":"guest-post-eks-strategista-tal-pn-igharbel-in-numri","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/05\/guest-post-eks-strategista-tal-pn-igharbel-in-numri\/","title":{"rendered":"GUEST POST: Eks strate\u0121ista tal-PN ig\u0127arbel in-numri"},"content":{"rendered":"<p><i>Dan il-Guest Post inkiteb minn eks uffi\u010bjal anzjan tal-PN mag\u0127ruf minni. Huwa i\u017cg\u0127ar milli forsi ta\u0127sbu li hu u g\u0127andu aktar esperjenza milli jtik x&#8217;tifhem li g\u0127andu.<\/i><\/p>\n<p><i><\/i><img class=\"aligncenter size-large wp-image-75240\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe-1024x672.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"672\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe-200x131.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe-300x197.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe-400x262.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe-600x394.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe-768x504.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe-800x525.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/05\/kandidati-pn-pe-1200x787.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>L-elezzjonijiet g\u0127all-Parlament Ewropew \u0121ew u marru. B&#8217;differenza g\u0127all-elezzjonijiet ta&#8217; qabel, ma kontx involut. Madankollu ma stajt ma niftakarx b&#8217;nostal\u0121ija f&#8217;dawk is-sig\u0127at li qattajt fil-kwartier tal-Partit na\u0127dem fi \u0127dan l-ELCOM u fi \u0127dan strutturi o\u0127rajn. Ma stajtx ma niftakarx fil-qawmien bikri u fil-belg\u0127at tal-kaf\u00e8 li kont nie\u0127u fil-Ka\u017cin qabel naqbad triqti biex nissi\u0121illa l-kaxxi tal-voti. Ma stajtx ma niftakarx fil-mijiet ta&#8217; persuni li rikkibt biex ne\u0127odhom jivvutaw. Ftakart f&#8217;\u0127afna affarijiet u mort nivvota tard b&#8217;nofs qalb.<\/p>\n<p>Idde\u010bidejt li nivvota g\u0127aliex ma ridtx li jbatu David Casa u Roberta Metsola li tant kienu \u0127admu qatig\u0127 f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar 5 snin u b&#8217;mod partikolari f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn meta t\u0127allew fil-\u0121enb jaqdfu g\u0127al rashom minn tal-hekk imsejja\u0127 &#8220;Mod \u0120did&#8221;.<\/p>\n<p>G\u0127alhekk fit- 20:30 mort nivvota , ivvutajt 1 &amp; 2 u tlaqt &#8216;il barra. Qatt ma niftakar li vvutajt daqshekk f&#8217;\u0127akka t&#8217;g\u0127ajn &#8211; lanqas fir-referendum.<\/p>\n<p>Issa li r-ri\u017cultat qed ji\u0121i mg\u0127arbel mi\u017c-\u017cew\u0121 partiti (g\u0127alkemm tal-Mod \u0120did jidhru li qed jinjoraw il-messa\u0121\u0121 li ntbag\u0127tilhom),\u00a0 deherli li kelli naqsam ftit \u0127sibijiet minn tieg\u0127i &#8211; b&#8217;mod partikolari dwar kif tal-Mod \u0120did idde\u010bidew li jippruvaw jimminaw lil David Casa biex jil\u0127aq floku Frank Psaila, eks partitarju Laburista li g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra ma \u0127asibhiex darbtejn biex jag\u0127mel dawra durella biex jaqdi l-\u0127ti\u0121ijiet tieg\u0127u &#8211; \u010bertament m&#8217;huwiex it-tip ta&#8217; persuna li kien imissu tela&#8217; fil-Parlament Ewropew.<\/p>\n<p>Ma nista&#8217; qatt nivvota g\u0127al xi \u0127add li mhux kapa\u010bi ja\u0127seb b&#8217;mo\u0127\u0127u u j\u0127alli lil \u0127addie\u0127or ja\u0127seb g\u0127alih.<\/p>\n<p>L-ewwel: Frank Psaila beda&#8217; l-kampanja tieg\u0127u madwar sentejn ilu &#8211; u dan ming\u0127ajr l-approvazzjoni uffi\u010bjali ta&#8217; xi organu tal-partit. \u0126a\u0121a b\u0127al din kienet di\u0121\u00e0 barra minn lokha.<\/p>\n<p>It-tieni: Dan ma setax fisser \u0127lief li l-pjan biex jittajjar David Casa kien di\u0121\u00e0 ilu li beda&#8217; madwar sentejn ilu, pjan li spi\u010b\u010ba biex falla bl-ikra\u0127.<\/p>\n<p>It-tielet: Frank Psaila t\u0127alla sal-a\u0127\u0127ar tal-kampanja jippre\u017centa programm fuq NET TV. Dan ma kienx normali. Skont l-Awtorit\u00e0 tax-Xandir, ftit qabel elezzjoni l-kandidati elettorali g\u0127andhom jieqfu jxandru programmi tag\u0127hom fuq it-televi\u017cjoni. Tabil\u0127aqq Jerome Caruana Cilia kien twaqqaf u kien \u0121ie sostitwit minn Karl Gouder. Jerome Caruana Cilia kien kandidat fuq \u0126al Qormi (id-distrett ta&#8217; Clyde Puli).<\/p>\n<p>Il-mistoqsijiet li jberrnu fl-im\u0127u\u0127 huma dawn: Jerome Caruana Cilia il-g\u0127ala twaqqaf ixandar filwaqt li Frank Psaila kompla g\u0127addej? L-Awtorit\u00e0 tax-Xandir lil Frank Psaila talbitu jieqaf ixandar jew le? U jekk talbitu jieqaf milli jxandar, tal-PN injoraw l-ordni u \u0127allsu l-multa? Jekk dan kien il-ka\u017c, x&#8217;kien l-ammont li t\u0127allas?<\/p>\n<p>Ir-raba&#8217;: filwaqt li Frank Psaila \u0121ab mat-13,000 vot, David Casa \u0121ab madwar 20,000. Differenza ta&#8217; 7,000 vot.<\/p>\n<p>Irri\u017culta li dik is-sezzjoni ta&#8217; votanti Nazzjonalisti li l-istrate\u0121isti tal-PN \u0127asbu li kienu ser jivvutaw lil Frank Psaila &#8211; il-favorit tat-tmexxija &#8211; xorta wa\u0127da vvutaw g\u0127al David Casa u d-differenza bejniethom kienet ta&#8217; madwar 7000 vot. Huwa \u010bar li, tul dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn,\u00a0 din is-sezzjoni ta&#8217; votanti naqset sewwa fin-numru u jew ma kienitx numeru\u017ca bi\u017c\u017cejjed jew inkella ma kinitx lesta li titmexxa minn imne\u0127irha mit-tmexxija tal-partit dwar il-mod kif kellha tivvota.<\/p>\n<p>Issa ejjew ng\u0127arblu l-voti \u017cejda u kif tqassmu dawk trasferibbli. Meta l-voti \u017cejda (ji\u0121ifieri lil hinn mill-kwota) ta&#8217; Roberta Metsola tqassmu lill-kandidati l-o\u0127rajn, David Casa wiret aktar mid-doppju tal-voti minn dawk li wiret Frank Psaila. Tabil\u0127aqq, kull meta \u0121ie eliminat kandidat tal-PN, il-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira ta&#8217; dawk il-voti intirtu minn David Casa u mhux minn Frank Psaila.<\/p>\n<p>Forsi hawn min ig\u0127id li dan seta&#8217; \u0121ara&#8217; min\u0127abba l-ordni alfabetika tal-kunjomijiet ta\u017c-\u017cew\u0121 kandidati, i\u017cda l-e\u010b\u010bezzjoni g\u0127al din ix-xejra tkompli tikkonferma li dan ma kienx il-ka\u017c. Meta \u0121ie eliminat Dione Borg, Frank Psaila wiret aktar voti minn David Casa. Min ivvota lil Dione Borg mexa fuq id-direttivi tad-Dar \u010aentrali g\u0127aliex Dione Borg kien kandidat ie\u0127or li kien qed ji\u0121i mbuttat mill-Partit bil-g\u0127an a\u0127\u0127ari li jittajjar David Casa. Anki meta waqg\u0127u l-kandidati indipendenti, David kompla wiret aktar voti ming\u0127andhom &#8211; dan il-fatt ikompli jikkonferma li kien hemm numru mhux \u0127a\u017cin ta&#8217; votanti li ma kinux lesti li jag\u0127tu l-ewwel preferenza lill-PN i\u017cda mbag\u0127ad komplew jivvutaw fuq il-kandidati Nazzjonalisti.<\/p>\n<p>Din ma kienet xejn \u0127lief sfida \u010bara lil Adrian Delia. Per e\u017cempju, ag\u0127tu \u0127arsa lejn il-voti li \u0121abu Alleanza Bidla u l-Partit Demokratiku: meta \u0121ie eliminat Godfrey Farrugia, ix-xejra tal-wirt tal-voti kienet lejn kandidat wie\u0127ed. David Casa wiret kwa\u017ci 400 vot; Frank Psaila wiret 85 vot biss. Meta Cami Appelgren \u0121iet eliminata, David Casa wiret 900 vot filwaqt li Frank Psaila wiret 185 vot biss.<\/p>\n<p>F&#8217;din l-elezzjoni, tad-Dar \u010aentrali minflok immiraw l-istrate\u0121ija tag\u0127hom biex jissuperaw lil tal-Labour, dawwru l-kanuni tag\u0127hom fuq David Casa u dan tal lit-tmexxija tal-PN tfiha hekk kif g\u0127amel sforzi kbar biex ikun Oppo\u017cizzjoni g\u0127all-gvern effettiva. U spi\u010b\u010baw ma rnexxilhomx itellg\u0127u lill-benjamin tag\u0127hom Frank Psaila.<\/p>\n<p>G\u0127andi nifhem li dan il-log\u0127ob strate\u0121iku lag\u0127buh ukoll fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Ir-ri\u017cultati ta&#8217; dawn l-elezzjonijiet se jitfg\u0127u dawl fuq is-su\u010b\u010bess jew in-nuqqas tieg\u0127u ta&#8217; dawk li kienu qed ja\u0127mu l-pjanijiet fid-Dar \u010aentrali. Dawn il-voti g\u0127ad iridu jing\u0127addu u nitkellmu dwar dawn ir-ri\u017cultati aktar il-quddiem.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan il-Guest Post inkiteb minn eks uffi\u010bjal anzjan tal-PN mag\u0127ruf minni. Huwa i\u017cg\u0127ar milli forsi ta\u0127sbu li hu u g\u0127andu aktar esperjenza milli jtik x&#8217;tifhem li g\u0127andu. L-elezzjonijiet g\u0127all-Parlament Ewropew \u0121ew u marru. B&#8217;differenza g\u0127all-elezzjonijiet ta&#8217; qabel, ma kontx involut. Madankollu ma stajt ma niftakarx b&#8217;nostal\u0121ija f&#8217;dawk is-sig\u0127at li qattajt fil-kwartier tal-Partit na\u0127dem fi \u0127dan [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":75241,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75259\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=75259"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75259\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":75266,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75259\/revisions\/75266\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/75241\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=75259"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=75259"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=75259"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}