{"id":75473,"date":"2019-06-01T15:46:45","date_gmt":"2019-06-01T13:46:45","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=75473"},"modified":"2019-06-02T23:21:29","modified_gmt":"2019-06-02T21:21:29","slug":"is-siggu-li-kien-gie-mwieghed","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/06\/is-siggu-li-kien-gie-mwieghed\/","title":{"rendered":"Is-si\u0121\u0121u li kien \u0121ie mwieg\u0127ed"},"content":{"rendered":"<p>Anki fl-isfond ta&#8217; dak kollu li se\u0127\u0127 f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn u b&#8217;mod partikolari dak li se\u0127\u0127 f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar erbat ijiem, d-de\u010bi\u017cjoni li \u0127a llum il-Kumitat E\u017cekuttiv tal-PN se t\u0127alli r-riperkussjonijiet. Il-Partit dalg\u0127odu ssakkar f&#8217;kamra biex idur dawra mieg\u0127u nnifsu u, \u0127in bla waqt, fe\u0121\u0121et splu\u017cjoni. Waqt li kien g\u0127addej id-dibattitu kien hemm min ta x&#8217;jifhem li, meta kien irri\u017cenja mill-Parlament biex jag\u0127mel il-wisa&#8217; g\u0127al Adrian Delia, lil Jean Pierre Debono saritlu weg\u0127da. Setg\u0127u saru aktar minn weg\u0127da wa\u0127da, i\u017cda llum kien jum li fiha l-weg\u0127di setg\u0127u jissarfu: kienet opportunit\u00e0 li fiha seta&#8217; jie\u0127u l-lura s-si\u0121\u0121u li kien \u010beda.<\/p>\n<p>Meta Adrian Delia kien g\u0127adu qed jara kif se jsib postu fil-Parlament, kienu saru weg\u0127diet lil deputati parlamentari o\u0127ra li \u0121ew avvi\u010binati biex i\u010bedu posthom.\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2017\/09\/look-behind-you\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Jien kont ktibt li weg\u0127da li bi skambju ma&#8217; si\u0121\u0121u parlamentari tammonta g\u0127al ksur tal-li\u0121i. U g\u0127adni tal-fehma li din hi l-po\u017cizzjoni.<\/a> Meta ji\u0121i mwieg\u0127ed si\u0121\u0121u parlamentari b&#8217;rigal jew bi tpartit, dan jammonta g\u0127al oltra\u0121\u0121 demokratiku. Dan jammonta wkoll g\u0127al disprezz lejn il-vot demokratiku u mod ie\u0127or dwar kif wie\u0127ed jista&#8217; jabbu\u017ca mis-setg\u0127a biex politikament jipprova j\u017comm fil-wi\u010b\u010b. Din m&#8217;hi xejn \u0127lief forma ta&#8217; disprezz fil-konfront tal-\u0121ustizzja u fil-konfront tar-rieda popolari. Fi kliem ie\u0127or, illum il-manigoldi politi\u010bi li \u0127adu f&#8217;idejhom lill-Partit Nazzjonalista, g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba taw id-daqqa tal-mewt lill-karattru tieg\u0127u. Infexxew fil-politika ta&#8217; &#8220;g\u0127andi s-sa\u0127\u0127a, u g\u0127alhekk \u0127add ma jista&#8217; g\u0127alija&#8221;. G\u0127addiet tag\u0127hom &#8211; bi \u017cbrixx u l-\u0127sara li saret &#8211; anki g\u0127alihom &#8211; hi bla qies.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190601\/local\/pn-executive-meeting-to-discuss-co-option.711595?fbclid=IwAR33cohugaZV_u7E_7wkZPZ0YRwC1fpwI7YHbtG_GZJzs21IIBormiFat_g\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Araw ftit x&#8217;distakk minimu kien hemm biex spi\u010b\u010bat intg\u0127a\u017clet il-persuna favorita tat-tmexxija biex tie\u0127u postha fil-Parlament.<\/a> Tnejn u erbg\u0127in vot favur u erbg\u0127in vot kontra. Ir-ri\u017cultat \u0121ie kif \u0121ie g\u0127ax ivvotaw Jean Pierre Debono u martu &#8211; kunflitt ta&#8217; interess \u010bar. \u0120ie kif \u0121ie wkoll bis-sa\u0127\u0127a tal-fatt li Jean Pierre Debono jinsab fil-po\u017cizzjoni li jimmanipula. Il-biera\u0127 Norman Vella xandar korrispondenza li minnha jirri\u017culta li l-elezzjoni tieg\u0127u fl-E\u017cekuttiv kienet in\u017cammet bi ksur tal-istatut tal-Partit. Dan huwa l-ka\u017c ta&#8217; persuna li ndenja ru\u0127u li jibqa&#8217; jinsisti u, fi stadju strate\u0121iku, g\u0127a\u017cel li jikxef ir-ra\u0121unijiet g\u0127al kien in\u017camm. X&#8217;aktarx hemm ka\u017cijiet o\u0127rajn.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fnorman.vella.33%2Fposts%2F10216883579094665&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"227\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>I\u017cda apparti \u017c-\u017camma ta&#8217; membri potenzjali tal-E\u017cekuttiv li Jean Pierre Debono mhux f&#8217;po\u017cizzjoni li jassikura l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom, il-kompo\u017cizzjoni tal-Kumitat E\u017cekuttiv inbidlet b&#8217;tali mod biex takkomoda persuni li l-kariga tag\u0127hom jafuha lilu personalment. G\u0127aliex minkejja d-diskors kollu dwar il-&#8220;Mod \u0120did&#8221; u dwar il-wasla minn barra l-Partit ta&#8217; Adrian Delia &#8211; deskritt b\u0127ala l-persuna strate\u0121ikament g\u0127arfa li mhix mg\u0127obbija bil-fallimenti tal-img\u0127oddi tal-Partit, avukat &#8220;ta&#8217; kwalit\u00e0&#8221;, bl-innijiet ta&#8217; adulazzjoni li ser jer\u0121a&#8217; jibda&#8217; jrebba\u0127 lill-Partit u \u0127merijiet o\u0127ra simili &#8211; il-prin\u010bep tad-dlamijiet li qed nit\u0127addtu dwaru ilu jimra\u0127 fil-kuriduri tad-Dar \u010aentrali qabel kul\u0127add u g\u0127al \u017cmien twil. \u0126afna u \u0127afna aktar qabel tfa\u010b\u010ba fix-xena Adrian Delia.<\/p>\n<p>Jean Pierre Debono ilu jippresiedi fuq lista twila ta&#8217; elezzjonijiet mitlufa aktar minn \u0127addie\u0127or. Ma&#8217; kull telfa elettorali, filwaqt li ta&#8217; madwaru refg\u0127u r-responsabbilt\u00e0 u g\u0127amlu l-wisa&#8217; g\u0127al \u0127addie\u0127or, hu dejjem baqa&#8217; f&#8217;postu. Id-<em>database<\/em> tal-Partit jinsab f&#8217;idejh, g\u0127andu a\u010b\u010bess g\u0127all-identit\u00e0 li ja\u0127dmu fi \u0127dan il-Partit u g\u0127andu vot li jista&#8217; ju\u017cah biex isa\u0127\u0127a\u0127 lilu nnifsu u fl-istess waqt idg\u0127ajjef lil \u0127addie\u0127or. Il-mazz jinsab f&#8217;idejh u l-pupazz li jpo\u0121\u0121i fuq it-tron tas-setg\u0127a jiddependi minnu.<\/p>\n<p>Dan l-g\u0127atx g\u0127all-poter ma jwassal g\u0127al imkien u jispi\u010b\u010ba biex jeqirdek. It-taqtig\u0127a g\u0127all-poter se twassal g\u0127al aktar tifrik. Bosta nies tal-affari tag\u0127hom mhux biss ma baqg\u0127ux jivvutaw g\u0127all-Partit i\u017cda qed i\u017commu &#8216;l bog\u0127od minnu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-75460\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/10_-_11_box_mark_anthony_sammut_.png\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"606\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/10_-_11_box_mark_anthony_sammut_-200x177.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/10_-_11_box_mark_anthony_sammut_-300x266.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/10_-_11_box_mark_anthony_sammut_-400x354.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/10_-_11_box_mark_anthony_sammut_-600x532.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/10_-_11_box_mark_anthony_sammut_.png 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Illum dabbar rasu Mark Anthony Sammut g\u0127ax ma fela\u0127x aktar. G\u0127alkemm huwa simbolu tal-\u0127sara patetika li l-PN qed jag\u0127mel lilu nnifsu, jirrappre\u017centa wkoll il-mexxejja potenzjali kollha li b\u0127alissa jistg\u0127u ikunu fil-filliera ta&#8217; quddiem biex jikkumbattu kontra l-gvern i\u017cda li qed i\u0127ossu li qed ja\u0127lu l-\u0127in tag\u0127hom ma&#8217; Partit li b\u0127al donnu m&#8217;huwiex interessat \u0127lief li ji\u0121\u0121ieled battalji interni mieg\u0127u nnifsu.<\/p>\n<p>It-tron tas-setg\u0127a Jean Pierre Debono jridu g\u0127alih. G\u0127ad jaqta&#8217; xewqtu xi darba: i\u017cda jkun jista&#8217; jsaltan biss fuq salt irmied. Din m&#8217;hix xi fa\u017ci negattiva li jg\u0127addi minnha kull partit politiku. Din hi kwistjoni ta&#8217; \u0127ajja jew mewt. Fil-frattemp, a\u0127na nibqg\u0127u nittamaw li jitfa\u010b\u010ba xi eroj li lill-Partit jista&#8217; jer\u0121a&#8217; jirxoxtah u jtih il-\u0127ajja.<\/p>\n<p>I\u017cda b\u0127alissa kulma qed naraw huwa Jean Pierre Debono, b&#8217;xag\u0127ru ppettnata, liebes ingravata u libsa pulita b&#8217;arma f&#8217;idejh u b&#8217;espressjoni tal-wa\u0127x fuq wi\u010b\u010bu li kienet tixraq g\u0127al xi produzzjoni ta&#8217; Stanley Kubrick.<\/p>\n<p>G\u0127adu kemm \u0127are\u0121 mill-bieb ta&#8217; bini fejn dalg\u0127odu g\u0127adda minnu partit politiku.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-75458\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/2_debono_delia.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"477\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/2_debono_delia-200x139.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/2_debono_delia-300x209.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/2_debono_delia-400x279.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/2_debono_delia-600x418.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/2_debono_delia.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Anki fl-isfond ta&#8217; dak kollu li se\u0127\u0127 f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn u b&#8217;mod partikolari dak li se\u0127\u0127 f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar erbat ijiem, d-de\u010bi\u017cjoni li \u0127a llum il-Kumitat E\u017cekuttiv tal-PN se t\u0127alli r-riperkussjonijiet. Il-Partit dalg\u0127odu ssakkar f&#8217;kamra biex idur dawra mieg\u0127u nnifsu u, \u0127in bla waqt, fe\u0121\u0121et splu\u017cjoni. Waqt li kien g\u0127addej id-dibattitu kien hemm min ta x&#8217;jifhem [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":75458,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75473\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=75473"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75473\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":75487,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75473\/revisions\/75487\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/75458\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=75473"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=75473"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=75473"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}