{"id":75921,"date":"2019-06-13T14:53:47","date_gmt":"2019-06-13T12:53:47","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=75921"},"modified":"2019-06-17T08:11:59","modified_gmt":"2019-06-17T06:11:59","slug":"il-falza-stikka-ta-manwel-malllia","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/06\/il-falza-stikka-ta-manwel-malllia\/","title":{"rendered":"Il-falza stikka ta&#8217; Manwel Malllia"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/news-politics\/labour-mp-blunder-manuel-mallia-exposes-lobbying-strategy-against-damning-report-on-whatsapp-group\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-istorja dwar meta Manwel Mallia g\u0127o\u0121bu jibg\u0127at messa\u0121\u0121 lil <em>WhatsApp Group<\/em> li jinkludi deputati Nazzjonalisti u li fih \u0127ajjarhom biex &#8220;imexxu l-kelma kontra&#8221;<\/a> rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, hi wa\u0127da li turi l-falza stikka li dan \u0127a meta da\u0127al f&#8217;<em>chat window<\/em> \u017cbaljat.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-75867\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/WhatsApp-Image-2019-06-13-at-08.22.25-576x1024.jpeg\" alt=\"\" width=\"576\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/WhatsApp-Image-2019-06-13-at-08.22.25-169x300.jpeg 169w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/WhatsApp-Image-2019-06-13-at-08.22.25-200x356.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/WhatsApp-Image-2019-06-13-at-08.22.25-400x711.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/WhatsApp-Image-2019-06-13-at-08.22.25.jpeg 576w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/WhatsApp-Image-2019-06-13-at-08.22.25-600x1067.jpeg 600w\" sizes=\"(max-width: 576px) 100vw, 576px\" \/><\/p>\n<p>Din l-istorja m&#8217;hix daqstant dwar l-i\u017cball li \u0127a Manwel Mallia meta ma tax ka\u017c il-messa\u0121\u0121i tieg\u0127u g\u0127and min kienu ser jaslu. I\u017cda hi aktar dwar il-fatt li l-gvern baqa&#8217; jirre\u017cisti l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u li kien aktar mo\u0127\u0127u li ji\u017cvija l-attenzjoni minn fuq il-kontenut tar-rapport.<\/p>\n<p>Il-gvern g\u0127a\u017cel strate\u0121ija li se \u0121\u0121iblu di\u017castru.<\/p>\n<p>Jippruvaw kemm jippruvaw imexxu l-kelma kontra r-rapport ta&#8217; Pieter Omtizgt, il-fatt jibqa&#8217; li kull min jie\u0127u l-briga li jist\u0127arre\u0121 dwar Malta se ji\u0121i wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b\u010b ma&#8217; stampa kerha wa\u0127x.<\/p>\n<p>Lil s\u0127abu Manwel Mallia ried ig\u0127idilhom li jkun utli jekk imexxu l-kelma mal-kapijiet tal-gvern ta&#8217; Franza, l-Italja, Spanja, il-Portugall, il-Gre\u010bja u \u010aipru waqt i\u017c-\u017cjara li dawn ser jag\u0127mlu f&#8217;Malta fi tmiem din il-\u0121img\u0127a. Il-laqg\u0127a f&#8217;Malta ser tkun opportunit\u00e0 g\u0127al Joseph Muscat li jmexxi l-kelma fost mexxejja re\u0121jonali bil-g\u0127an li jipprova jipperswadihom jappo\u0121\u0121jawh g\u0127al xi \u0127atra fl-Ewropa. Skont Manwel Mallia, jekk titnaqqas il-kredibilit\u00e0 tar-rapport ta&#8217; Pieter Omtzigt, ikbar ikun i\u010b-\u010bans li Joseph Muscat jing\u0127ata \u0127atra.<\/p>\n<p>I\u017cda, kif ig\u0127id il-Malti, qed jara biss sal-ponta ta&#8217; mnie\u0127ru.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-75869\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/DyFv-cFWoAIF_Tv-1024x768.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"768\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/DyFv-cFWoAIF_Tv-200x150.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/DyFv-cFWoAIF_Tv-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/DyFv-cFWoAIF_Tv-400x300.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/DyFv-cFWoAIF_Tv-600x450.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/DyFv-cFWoAIF_Tv-768x576.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/DyFv-cFWoAIF_Tv-800x600.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/DyFv-cFWoAIF_Tv.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn\u00a0<a href=\"https:\/\/www.nouvelobs.com\/art\/344df133-8e4c-4348-865a-a2e1f71890e2\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">lejn dan ir-rapport li xxandar fir-rivista Fran\u010bi\u017ca <em>L\u2019Obs<\/em> (dik li kienet <em>Le Nouvel Observateur<\/em>)<\/a>. Dawn xandru bijografija ta&#8217; Joseph Muscat g\u0127aliex semg\u0127u li dan tefa&#8217; \u0127arstu fuq il-kariga li b\u0127alissa qed jokkupa Donald Tusk b\u0127ala kap tal-Kunsill Ewropew. Din qalet li a\u0127bar b\u0127al din hi wa\u0127da \u201cta&#8217; t\u0127assib\u201d.<\/p>\n<p>L-awtri\u010bi tar-rapport tittratta dwar Malta u, b\u0127ala osservatur indipendenti, tikteb li l-pajji\u017c jinsab ma\u0127kum minn re\u0121im awtoritarju li hu m\u010bappas bil-korruzzjoni u li jag\u0127ti l-kenn lill-impunit\u00e0. Tikteb ukoll li l-gvern tal-pajji\u017c qed jinjora l-fatt li \u0121urnalista li kienet tikkritika lir-re\u0121im bl-a\u0127rax \u0121iet assassinata waqt il-qadi ta&#8217; dmirijietha u li l-gvern jidher li huwa determinat li jfarfar ta\u0127t it-tapit i\u010b-\u010birkostanzi li wasslu g\u0127all-qtil tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Din ukoll kienet il-konklu\u017cjoni li waslu g\u0127aliha dawn il-mezzi tax-xandir meta tkellmu dwar Malta: <em>CBS, BBC, RAI, ARD, NHK, France2, El Pais, The Guardian, La Repubblica, Suddeutsche Zeitung, The New York Times<\/em> u \u0127afna o\u0127rajn. X&#8217;\u0127asbu li jaqraw il-kapijiet tal-gvern li ser ikunu fostna fi tmiem il-\u0121img\u0127a? Ta\u0127sbu li dawn ser jaqraw il-Kull\u0126add?<\/p>\n<p>Din l-istess konklu\u017cjoni n\u0121ibdet mir-<em>rapporteurs<\/em> g\u0127all-Parlament Ewropew, g\u0127all-GRECO u g\u0127all-kummissjoni ta&#8217; Venezja.<\/p>\n<p>Matul dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn, ir-rapport ta&#8217; Pieter Omtzigt kien biss l-aktar wie\u0127ed ri\u010benti, l-aktar wie\u0127ed ta&#8217; bla tlaqliq u l-aktar wie\u0127ed li jittratta b&#8217;mod \u010bar dwar is-sitwazzjoni f&#8217;Malta. Huwa wkoll rapport li ma nkitibx minn xi a\u0121ent tal-Partit Laburista b\u0127alma hu Manwel Mallia.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant la hu possibbli u lanqas huwa bi\u017c\u017cejjed li wie\u0127ed &#8220;imexxi l-kelma kontra&#8221; r-rapport ta&#8217; Pieter Omtzigt, sakemm wie\u0127ed ma jittantax imeri s-sewwa mag\u0127ruf li \u0121ie dokumentat.<\/p>\n<p>Wara dak li se\u0127\u0127 din il-\u0121img\u0127a meta l-gvern g\u0127amel fro\u0121a s\u0127i\u0127a bl-emendi li ppropona g\u0127all-Kostituzzjoni, wie\u0127ed jista&#8217; jg\u0127id li r-rapport ta&#8217; Pieter Omtzigt ma fie\u0127x il-lista kompleta tal-oltra\u0121\u0121i u tal-attakki li dan il-gvern wettaq kontra d-demokrazija f&#8217;dan il-pajji\u017c. Issa je\u0127tie\u0121 li jinkiteb suppliment g\u0127ar-rapport tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Li kieku ried, Manwel Mallia seta&#8217; mexxa l-kelma ma&#8217; Owen Bonnici biex dan ifassal li\u0121i biex jitjieb il-livell tal-prosekuzzjonijiet f&#8217;pajji\u017cna bil-g\u0127an li dawn jil\u0127qu l-\u0127tigijiet ba\u017ci\u010bi tal-Kunsill tal-Ewropa. Li kieku ried, seta&#8217; wkoll \u0121ibed widnejn il-kollega parlamentari tieg\u0127u Jos\u00e8 Herrera biex dan joqg\u0127od lura milli jmur jg\u0127id mal-erbat irjie\u0127 li pajji\u017cna huwa aktar demokratiku milli kienu pajji\u017ci b\u0127all-I\u017clanda, l-Estonja, il-Gre\u010bja u l-Portugall u dan biex ma jistedinx reazzjoni negattiva minn na\u0127a tal-Kunsill tal-Ewropa.<\/p>\n<p>Li kieku kellu ftit mel\u0127 f&#8217;mo\u0127\u0127u, Manwel Mallia lill-gvern tieg\u0127u kien jg\u0127idlu li tg\u0127idx x&#8217;salib tqil tg\u0127abba bih meta \u0121ie nominat biex jirrappre\u017centa lill-gvern Malti fil-Kunsill tal-Ewropa. Dan g\u0127aliex \u0127add m&#8217;hu jie\u0127du bis-serjet\u00e0. Dan kien ressaq mozzjoni biex iwaqqa&#8217; l-inkjesta li kellha ssir dwar Malta, liema mozzjoni baqg\u0127et m&#8217;g\u0127addietx. Kien ukoll ressaq mozzjoni biex jitwarrab Pieter Omtzigt u din m&#8217;g\u0127addietx ukoll. U kien ressaq aktar minn 50 emenda g\u0127ar-rapport ta&#8217; Pieter Omtzigt u dawn m&#8217;g\u0127addewx ukoll. Kollha kemm huma. Wa\u0127da wara l-o\u0127ra.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-75871\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file.aspx_-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file.aspx_-1-200x108.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file.aspx_-1-300x162.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file.aspx_-1-400x216.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file.aspx_-1-600x324.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file.aspx_-1.jpeg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>U issa bi \u0127siebu jattendi g\u0127all-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u qabel il-waqfa tas-sajf se jipprova jipperswadi lill-parlamentari ta&#8217; kull lewn politiku mill-pajji\u017ci kollha tal-Ewropa li dak kollu li kienu semg\u0127u dwar Malta f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn kien biss gideb u li hu biss qed jg\u0127idilhom il-verit\u00e0.<\/p>\n<p>Nawguralek xbin. Se jkollok b\u017conn <em>WhatsApp Group<\/em> \u0127afna akbar.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-istorja dwar meta Manwel Mallia g\u0127o\u0121bu jibg\u0127at messa\u0121\u0121 lil WhatsApp Group li jinkludi deputati Nazzjonalisti u li fih \u0127ajjarhom biex &#8220;imexxu l-kelma kontra&#8221; rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, hi wa\u0127da li turi l-falza stikka li dan \u0127a meta da\u0127al f&#8217;chat window \u017cbaljat. Din l-istorja m&#8217;hix daqstant dwar l-i\u017cball li \u0127a Manwel Mallia meta ma tax ka\u017c il-messa\u0121\u0121i [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":75871,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75921\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=75921"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75921\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":75998,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75921\/revisions\/75998\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/75871\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=75921"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=75921"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=75921"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}