{"id":75976,"date":"2019-06-14T11:16:10","date_gmt":"2019-06-14T09:16:10","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=75976"},"modified":"2019-06-17T08:13:04","modified_gmt":"2019-06-17T06:13:04","slug":"iz-zewg-percimes","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/06\/iz-zewg-percimes\/","title":{"rendered":"I\u017c-\u017cew\u0121 per\u010bimes"},"content":{"rendered":"<p>It-tmexxija tal-PN tinsab f&#8217;dag\u0127diha ta&#8217; firda politika.<span lang=\"mt-MT\"> Meta l-membri parlamentari jirrikorru g\u0127all-<\/span><em>WhatsApp groups<\/em> jew g\u0127all-<em>Facebook<\/em> biex jesprimu n-nuqqas ta&#8217; qbil tag\u0127hom mal-linja tat-tmexxija tal-partit, hemm min isostni li jin\u0127olqu l-fazzjonijiet. Dan m&#8217;huwiex ne\u010bessarjament il-ka\u017c: b&#8217;im\u0121ieba b\u0127al din jkunu qed ji\u017cfugaw is-sens ta&#8217; disperazzjoni tag\u0127hom min\u0127abba malinti\u017ci, nuqqas ta&#8217; fidu\u010bja u nuqqas ta&#8217; komunikazzjoni.<\/p>\n<p>Ir-reazzjoni tat-tmexxija tal-partit \u0121abet aktar firda g\u0127ax g\u0127o\u0121obha tag\u0127mel u\u017cu mir-ri\u017corsi tal-partit biex tispara fuq dawk fil-partit li, mill-perspettiva tag\u0127ha, qed juru nuqqas ta&#8217; qbil.<\/p>\n<p>Il-per\u010bimes huma biss tnejn minn nies: Adrian Delia u Pierre Portelli. Dawn dejjem kienu fi\u010b-\u010bentru tal-inkwiet li \u0127olqu huma stess. Dawn kienu g\u0127abbew g\u0127al mag\u0127hom numru ta&#8217; persuni minn \u0121ewwa l-partit stess li kienu j\u0127ossu li ma setg\u0127ux jimxu aktar &#8216;il quddiem fil-karrieri rispettivi tag\u0127hom: ilkoll persuni m\u017cejnin b&#8217;kull lan\u017cita warrab wi\u010b\u010bek.<\/p>\n<p>Dawn kienu \u0127ajjru lil Clyde Puli biex jing\u0127aqad mag\u0127hom &#8211; bniedem li ma kienx kuntent li n\u0127atar biss b\u0127ala segretarju parlamentari u \u0127ass li seta&#8217; jag\u0127ti sehem akbar, i\u017cda baqa&#8217; ma ng\u0127atax l-importanza li kien dejjem imlebleb g\u0127aliha.<\/p>\n<p>Kienu \u0127ajjru wkoll lil Robert Arrigo li dam snin s\u0127a\u0127 jitlob biex ji\u0121i a\u010b\u010bettat b\u0127ala kandidat tal-PN u meta, wara bosta snin u kontra qalbhom a\u010b\u010bettawh b\u0127ala kandidat, g\u0127amel numru ta&#8217; snin o\u0127ra jixxennaq biex isir Ministru.<\/p>\n<p>Ing\u0127aqad mag\u0127hom ukoll Carmelo Mifsud Bonnici li kien tant \u0127a g\u0127alih meta kellu jitne\u0127\u0127a mill-Kabinett tal-Gvern ta&#8217; Lawrence Gonzi u dan minkejja l-fatt li il-ka\u0121un ta&#8217; dan kollu ma kien \u0127add \u0127lief Franco Debono. U g\u0127aliex ma setax ipattiha lil Franco Debono, kellu je\u0127el \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Hemm ukoll Hermann Schiavone li, g\u0127al darba darbtejn, kien tne\u0127\u0127a mil-lista tal-kandidati tal-PN u li \u0121ie elett g\u0127all-ewwel darba fl-2017 wara li kien ikkontesta l-elezzjoni g\u0127all-ewwel darba fl-1987. \u0126ass li ma kienx fdat u li ntwera&#8217; nuqqas ta&#8217; apprezzament fil-konfront tieg\u0127u u g\u0127alhekk ried li jitmattar xi ftit.<\/p>\n<p>Ie\u0127or kien David Agius li f&#8217;\u0127ajtu qatt ma kien \u0127olom li xi darba kien se jokkupa l-kariga ta&#8217; vi\u010bi kap.<\/p>\n<p>Kristy Debono ng\u0127aqdet mag\u0127hom ukoll &#8211; persuna li \u017cgur \u0127add ma jimma\u0121inaha b\u0127ala l-kandidat ideali biex jie\u0127u \u0127sieb il-finanzi u l-ekonomija tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127arnett hemm ukoll Jean Pierre Debono: bniedem li ra telfa elettorali wara o\u0127ra i\u017cda li ra kif g\u0127amel biex baqa&#8217; ggranfat mal-kontroll tal-informazzjoni li tag\u0127tu \u010berta influwenza fuq dawk il-membri tal-partit li g\u0127andhom il-vot.<\/p>\n<p>Ma&#8217; dawn kollha ing\u0127aqdu numru ta&#8217; attivisti rrabjati u di\u017cappuntati bit-telfiet li kien qed i\u0121arrab il-partit u li ttamaw fil-mi\u0121ja ta&#8217; Messija li kellu jwassalhom fl-art imwieg\u0127da.<\/p>\n<p>I\u017cda l-qofol ta&#8217; kollox dejjem kienu Adrian Delia u Pierre Portelli.<\/p>\n<p>Adrian Delia, bniedem inkompetenti li wera li m&#8217;g\u0127andu ebda esperjenza jew g\u0127arfien dwar ru\u0127 il-partit u li m&#8217;g\u0127andu ebda idea dwar il-memorja kollettiva jew istituzzjonali tieg\u0127u, \u0127adha kontra dak li sejja\u0127 b\u0127ala <em>establishment<\/em> u, meta wasal fejn kellu jasal, wera&#8217; li ma kien preparat xejn g\u0127all-pi\u017c li kien da\u0127al g\u0127alih.<\/p>\n<p>Minn na\u0127a l-o\u0127ra, Pierre Portelli &#8211; bniedem li g\u0127andu esperjenza bi\u017c\u017cejjed biex jag\u0127ti pariri b\u0127ala konsulent lil mexxej motivat ta&#8217; partit, ma kellux il-\u0127ila li jiggwida u j\u0127arre\u0121 lil persuna li m&#8217;g\u0127andux l-i\u010bken idea ta&#8217; xi tfisser tmexxija<span lang=\"mt-MT\">. Ma kellux il-\u0127ila li jag\u0127mel u\u017cu tajjeb mis-setg\u0127a mog\u0127tija lilu u, sforz ir-rabja li \u0127akmitu, ra biss sal-ponta ta&#8217; mnie\u0127ru.<\/span><\/p>\n<p>Pierre Portelli baqa&#8217; jispara mit-trinek u m&#8217;g\u0127arafx jinfatam minnhom. Tista&#8217; tg\u0127id kuljum, il-mezzi tax-xandir tal-partit u\u017cahom biex iwassal il-fehma tieg\u0127u u, fil-pro\u010bess, warrab lil dawk kollha fil-PN li g\u0127andhom fehma differenti. U g\u0127ax warrab id-djalogu u d-diskussjoni, in-nuqqas ta&#8217; qbil pin\u0121ie\u0127 b\u0127ala dissens u ribeljoni. Minflok kisser il-\u0127itan, kompla g\u0127ollihom.<\/p>\n<p>Hu u je\u017cer\u010bita l-awtorit\u00e0 u s-setg\u0127a tieg\u0127u, nesa&#8217; li ma jista&#8217; qatt jinjora lil dawk li g\u0127andhom inqas awtorit\u00e0 u setg\u0127a milli g\u0127andu hu. \u0126arsu ftit lejn il-mod li bih jirreferi g\u0127all-Grupp Parlamentari tal-PN kemm direttament jew indirettament permezz tal-portavu\u010bi tieg\u0127u Adrian Delia.<\/p>\n<p>Fuq ir-radju xela&#8217; lid-deputati li dawn g\u0127amlu \u0127sara lill-partit b\u0127allikieku dawn m&#8217;humiex membri tal-partit li \u0121ew eletti mill-poplu g\u0127ax ikkontestaw l-elezzjoni b\u0127ala kandidati tal-partit &#8211; dawn g\u0127andhom id-dritt li jitkellmu f&#8217;isem il-partit \u0127afna aktar milli g\u0127andu hu.<\/p>\n<p>Sa wasal biex ipprova jinda\u0127al f&#8217;laqg\u0127at tal-Grupp Parlamentari &#8211; m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-awtorit\u00e0 li ming\u0127alih li g\u0127andu fuq dawn id-deputati te\u017cisti biss fl-imma\u0121inazzjoni tieg\u0127u.<\/p>\n<p>G\u0127amel u\u017cu mill-g\u0127odda tal-qerq\u00a0 &#8211; g\u0127odda li qajla tista&#8217; tissejja\u0127 wa\u0127da le\u0121ittima fil-log\u0127ba politika li qed tintlag\u0127ab kontra l-Partit Laburista &#8211; kontra dawk li, minkejja l-awtonomija tag\u0127hom li hu ma setax i\u0121erra\u0127, suppost kellhom jitqiesu b\u0127ala alleati.<\/p>\n<p>Ivvinta stejjer, qarraq bl-udjenzi tieg\u0127u u qaleb fatti ta&#8217; ta\u0127t fuq. G\u0127amel dan kollu g\u0127ax kellu s-setg\u0127a u mhux g\u0127ax kien fuq in-na\u0127a tas-sewwa.<\/p>\n<p>Fil-frattemp Adrian Delia jidher li la jaf huwiex \u0121ej u lanqas huwiex sejjer: g\u0127adu ma fehemx li qieg\u0127ed inaffar dejjem aktar lil dawk li x&#8217;aktarx kienu vvutawlu.<\/p>\n<p>Pierre Portelli, minn na\u0127a l-o\u0127ra, dan fehmu sew &#8211; allura, ng\u0127id jien, g\u0127aliex baqa&#8217; jippersisti?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-75940\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file-12.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file-12-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file-12-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file-12-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file-12-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/06\/file-12.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Fuq ir-radju dalg\u0127odu Pierre Portelli qal li huwa jaf li fuq il-fa\u010b\u010bata ta&#8217; xi ka\u017cini tal-PN qed jitwa\u0127\u0127lu kartelluni b&#8217;appo\u0121\u0121 g\u0127al Adrian Delia u dan b&#8217;risposta g\u0127at-twa\u0127\u0127il ta&#8217; kartelluni ta&#8217; protesta li talbuh biex iwarrab. Tkellem qisu mhux hu b\u0127allikieku din l-azzjoni saret biex tpatti g\u0127al o\u0127ra. B\u0127allikieku jista&#8217; jsib tarf ta&#8217; dawk il-partitarji li jridu lil Adrian Delia jwarrab billi jfittex partitarji o\u0127rajn li jriduh jibqa&#8217; f&#8217;postu.<\/p>\n<p>Xenarju b\u0127al dan di\u0121\u00e0 rajnih ise\u0127\u0127. Tal-M<span lang=\"mt-MT\">\u017bPN dan l-a\u0127\u0127ar qalu li t-tmexxija tal-partit g\u0127andha terfa&#8217; r-responsabbilt\u00e0 g\u0127at-telfiet fl-elezzjonijiet li g\u0127addew. X&#8217;g\u0127amlet it-tmexxija tal-partit? Fittxet grupp ie\u0127or ta&#8217; \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li kienu lesti jistqarru li t-tmexxija ma ta\u0127ti xejn. <\/span><\/p>\n<p><span lang=\"mt-MT\">Di\u017cgustat, Mark Anthony Sammut irri\u017cenja &#8211; i\u017cda l-partit ikkritikah talli kien l-uniku bniedem minn fost it-tmexxija li refa&#8217; r-responsabbilt\u00e0.\u00a0<\/span><\/p>\n<p><span lang=\"mt-MT\">Il-Grupp Parlamentari talab li ting\u0127atalu twe\u0121iba g\u0127all-isfida li saret lit-tmexxija tal-partit u t-tmexxija sejj\u0127et lin-nies jin\u0121abru biex juru l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom.<\/span><\/p>\n<p>Pierre Portelli jmissu jaf li g\u0127al kull azzjoni jkun hemm reazzjoni.<\/p>\n<p>Partit li jasal biex jirrea\u0121ixxi g\u0127all-pressjoni interna jispi\u010b\u010ba biex jinqered.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-tmexxija tal-PN tinsab f&#8217;dag\u0127diha ta&#8217; firda politika. Meta l-membri parlamentari jirrikorru g\u0127all-WhatsApp groups jew g\u0127all-Facebook biex jesprimu n-nuqqas ta&#8217; qbil tag\u0127hom mal-linja tat-tmexxija tal-partit, hemm min isostni li jin\u0127olqu l-fazzjonijiet. Dan m&#8217;huwiex ne\u010bessarjament il-ka\u017c: b&#8217;im\u0121ieba b\u0127al din jkunu qed ji\u017cfugaw is-sens ta&#8217; disperazzjoni tag\u0127hom min\u0127abba malinti\u017ci, nuqqas ta&#8217; fidu\u010bja u nuqqas ta&#8217; komunikazzjoni. Ir-reazzjoni tat-tmexxija [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":75940,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75976\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=75976"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75976\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":75999,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75976\/revisions\/75999\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/75940\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=75976"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=75976"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=75976"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}