{"id":75984,"date":"2019-06-14T17:42:57","date_gmt":"2019-06-14T15:42:57","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=75984"},"modified":"2019-06-17T08:14:50","modified_gmt":"2019-06-17T06:14:50","slug":"bla-saqaf-grazzi-ghan-nuqqas-ta-azzjoni-tal-istat","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/06\/bla-saqaf-grazzi-ghan-nuqqas-ta-azzjoni-tal-istat\/","title":{"rendered":"Bla saqaf grazzi g\u0127an-nuqqas ta&#8217; azzjoni tal-Istat"},"content":{"rendered":"<p>Il-Prim Ministru l-biera\u0127 \u0127are\u0121 ordni rjali biex jieqaf kull t\u0127ammil ta&#8217; art u twaqqieg\u0127 ta&#8217; bini sakemm issir revi\u017cjoni tar-regolamenti li, skont hu, huma l-ka\u0121un tal-kroll ta&#8217; binjiet.<\/p>\n<p>Mill-biera\u0127 &#8216;l hawn il-<em>Facebook<\/em> imtela&#8217; b&#8217;\u0127afna kummenti dwar din l-ordni u dwar l-assurdit\u00e0 tag\u0127ha. Din kienet ir-ra\u0121uni g\u0127ala l-ordnijiet rjali kienu \u0121ew aboliti mir-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca u flokhom tqieg\u0127ed pro\u010bess adegwat biex jo\u0127loq il-li\u0121ijiet.<\/p>\n<p>Il-li\u0121ijiet fil-Parlament ig\u0127addu mill-ewwel, mit-tieni u mit-tielet qari mhux g\u0127ax il-membri parlamentari jbatu mid-dyslexia i\u017cda g\u0127aliex il-galbu hekk jitlob u g\u0127aliex huma perikolu\u017ci r-reazzjonijiet li ma jkunux imsejsa fuq riflessjoni.<\/p>\n<p>Fil-<em>Facebook<\/em> qrajt <em>post<\/em> miktub minn perit li lill-kollegi tieg\u0127u wissihom li sa\u0127ansitra anki t-twaqqieg\u0127 ta&#8217; \u0127nejja f&#8217;residenza privata g\u0127andu jitwaqqaf anki jekk ix-xog\u0127ol ikun g\u0127adu nofs le\u0127ja.<\/p>\n<p>Fil-frattemp, il-gvern baqa&#8217; b&#8217;idejh fuq \u017caqqu anki f&#8217;dawk i\u010b-\u010birkostanzi li jimmeritaw azzjoni. Li min spi\u010b\u010ba bla saqaf fuq rasu, l-gvern seta&#8217; jag\u0127tihom kull appo\u0121\u0121 biex ig\u0127inhom jeg\u0127lbu t-trawma.<\/p>\n<p>Araw x&#8217;kitbet vittma tad-di\u017castru li se\u0127\u0127 il-biera\u0127. Jidher li l-g\u0127aqdiet tal-karit\u00e0 ser ikollhom jid\u0127lu biex jag\u0127mlu tajjeb g\u0127an-nuqqasijiet tal-gvern.<\/p>\n<p>L-ewwel laqg\u0127a tal-Prim Ministru ma kienx messha saret ma&#8217; tal-G\u0127aqda tal-I\u017cviluppaturi. Dawn g\u0127andhom saqaf fuq rashom.<\/p>\n<p>Kien messu ltaqa&#8217; mal-familja li spi\u010b\u010bat bla saqaf u kien messu g\u0127allinqas wriehom li qed jag\u0127mel xog\u0127olu\u00a0 &#8211; anki g\u0127al \u0121ie\u0127 wi\u010b\u010b ir-ritratt tieg\u0127u li din il-familja dendlet mal-\u0127ajt tag\u0127ha.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjanet.walker.123276%2Fposts%2F10217881651566669&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"700\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Prim Ministru l-biera\u0127 \u0127are\u0121 ordni rjali biex jieqaf kull t\u0127ammil ta&#8217; art u twaqqieg\u0127 ta&#8217; bini sakemm issir revi\u017cjoni tar-regolamenti li, skont hu, huma l-ka\u0121un tal-kroll ta&#8217; binjiet. Mill-biera\u0127 &#8216;l hawn il-Facebook imtela&#8217; b&#8217;\u0127afna kummenti dwar din l-ordni u dwar l-assurdit\u00e0 tag\u0127ha. Din kienet ir-ra\u0121uni g\u0127ala l-ordnijiet rjali kienu \u0121ew aboliti mir-Rivoluzzjoni Fran\u010bi\u017ca u flokhom [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":75945,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75984\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=75984"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75984\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":76002,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/75984\/revisions\/76002\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/75945\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=75984"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=75984"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=75984"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}