{"id":7616,"date":"2018-05-18T05:02:20","date_gmt":"2018-05-18T03:02:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7616"},"modified":"2018-05-20T20:40:51","modified_gmt":"2018-05-20T18:40:51","slug":"ali-sadr-lill-qorti-amerikana-jghidilha-li-ghandu-bkemm-jiswew-12-9-miljun-fishma-fil-pilatus-bank-ighid-li-qed-jistenna-li-jiehu-lura-xi-ftit-minnhom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/ali-sadr-lill-qorti-amerikana-jghidilha-li-ghandu-bkemm-jiswew-12-9-miljun-fishma-fil-pilatus-bank-ighid-li-qed-jistenna-li-jiehu-lura-xi-ftit-minnhom\/","title":{"rendered":"Ali Sadr lill-qorti Amerikana jg\u0127idilha li g\u0127andu b&#8217;kemm jiswew $12.9 miljun f&#8217;ishma fil-Pilatus Bank. Ig\u0127id li qed jistenna li jie\u0127u lura xi ftit minnhom."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter wp-image-7568 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/pilatus.png\" alt=\"\" width=\"700\" height=\"403\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/pilatus-300x173.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/pilatus-469x270.png 469w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/pilatus.png 700w\" sizes=\"(max-width: 700px) 100vw, 700px\" \/><\/p>\n<p>L-avukati ta&#8217; Ali Sadr qalu lill-qorti Amerikana li, jekk jing\u0127ata l-libert\u00e0 provi\u017corja, l-klijent tag\u0127hom kien lest li jag\u0127mel ple\u0121\u0121 ta&#8217; 20 miljun dollaru Amerikan b\u0127ala garanzija li jidher fil-qorti meta jissejja\u0127 biex ig\u0127addi \u0121uri. L-avukati spjegaw li parti mill-ple\u0121\u0121 ikun garantit mill-\u0121id personali tieg\u0127u li jammonta g\u0127al 24 miljun dollaru li nofshom jikkonsistu f&#8217;ishma fil-Pilatus Bank ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p>Investigatur forensiku ma\u0127tur mill-avukati qal li Ali Sadr g\u0127andu b&#8217;kemm jiswew 12.9 miljun dollaru Amerikan f&#8217;ishma fil-Pilatus Bank. L-avukati lill-qorti qalulha wkoll li huma konxji tal-fatt li l-awtorit\u00e0 tas-servizzi finanzjarji ta&#8217; Malta kienet \u0127atret persuna kompetenti biex tillikwida lill-Bank biex imbag\u0127ad ir-rikavat jit\u0127allas lil Ali Sadr. Qalu wkoll li Ali Sadr qed jistenna li jda\u0127\u0127al f&#8217;butu &#8220;\u0127afna inqas&#8221; minn 12.9 miljun dollaru.<\/p>\n<p>L-awtoritajiet ta&#8217; Malta g\u0127adhom sal-lum ji\u010b\u0127du li Pilatus Bank qed ji\u0121i likwidat g\u0127alkemm il-biera\u0127 id-Deputat Jason Azzopardi \u017cvela li l-Bank \u010aentrali ta&#8217; Malta kien qed jag\u0127mel \u0127lasijiet lill-kredituri g\u0127an-nom tal-Bank u dan minkejja s-suspett ra\u0121jonevoli li l-flus li g\u0127andu l-Bank \u0121ejjin mill-kriminalit\u00e0.<\/p>\n<p>L-investigatur ma\u0127tur mill-avukati qed ig\u0127id li barra b&#8217;kemm jiswew 12.9 miljun dollaru f&#8217;ishma fil-Pilatus Bank, Ali Sadr huwa wkoll sid ta&#8217; appartament li jiswa 1.5 miljun dollaru f&#8217;Washington DC, b&#8217;kemm jiswew $227,115 interessi f&#8217;A&amp;H Urban Lifestyle Investments LLC, b&#8217;kemm jiswew $5.7 miljun interessi f&#8217;irziezet li jipprodu\u010bu l-pistakki f&#8217;Kalifornja, \u017cew\u0121 kontijiet bankarji f&#8217;\u010aipru li jiswew $3.1 miljun u kontijiet bankarji o\u0127ra li jiswew $70,000.<\/p>\n<p>Barra l-garanzija personali li qed joffri, l-avukati ta&#8217; Ali Sadr qalu li ommu, \u0127utu u numru ta&#8217; \u0127bieb lesti li jag\u0127mlu garanzija li jidher meta jissejja\u0127 g\u0127all-\u0121uri mill-qorti.<\/p>\n<p>L-avukati ta&#8217; Ali Sadr qed jissu\u0121\u0121erixxu wkoll, li fost il-kundizzjonijiet tal-libert\u00e0 provi\u017corja, g\u0127andu jkun hemm dik li jirrilaxxja l-passaporti kollha li g\u0127andu u li jintrabat li ma jakkwistax o\u0127rajn \u0121odda.<\/p>\n<p>Is-seduta li jmiss tinsab differita g\u0127all-24 ta&#8217; Mejju. Dakinhar il-qorti g\u0127andha mnejn tidde\u010biedi dwar it-talba ta&#8217; Ali Sadr g\u0127al-liberta provi\u017corja.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone size-medium wp-image-7569\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/usdistrictcourt_ny-300x225.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"225\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/usdistrictcourt_ny-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/usdistrictcourt_ny-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/usdistrictcourt_ny.jpg 750w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-avukati ta&#8217; Ali Sadr qalu lill-qorti Amerikana li, jekk jing\u0127ata l-libert\u00e0 provi\u017corja, l-klijent tag\u0127hom kien lest li jag\u0127mel ple\u0121\u0121 ta&#8217; 20 miljun dollaru Amerikan b\u0127ala garanzija li jidher fil-qorti meta jissejja\u0127 biex ig\u0127addi \u0121uri. L-avukati spjegaw li parti mill-ple\u0121\u0121 ikun garantit mill-\u0121id personali tieg\u0127u li jammonta g\u0127al 24 miljun dollaru li nofshom jikkonsistu f&#8217;ishma fil-Pilatus [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7568,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7616\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7616"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7616\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7652,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7616\/revisions\/7652\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7568\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7616"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7616"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7616"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}