{"id":7624,"date":"2018-05-19T14:52:13","date_gmt":"2018-05-19T12:52:13","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7624"},"modified":"2018-05-20T20:39:04","modified_gmt":"2018-05-20T18:39:04","slug":"bhallikieku-ma-sofrewx-bizzejjed","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/bhallikieku-ma-sofrewx-bizzejjed\/","title":{"rendered":"B\u0127allikieku ma sofrewx bi\u017c\u017cejjed"},"content":{"rendered":"<p>X&#8217;aktarx bl-e\u010b\u010bezzjoni ta&#8217; erba&#8217; bolo\u0127, kul\u0127add \u0127ass sens ta&#8217; rabja, sog\u0127ba u niket wara li se\u0127\u0127 l-attakk insensat li wettaq \u010bakkar ixxellerat fuq kuntistabbli tal-pulizija. I\u017cda, fost din l-unanimit\u00e0 rari, xorta wa\u0127da g\u0127andek ssib nies \u010bini\u010bi li ja\u0127tfu kull opportunit\u00e0 biex ju\u017caw dan l-in\u010bident vili g\u0127all-vanta\u0121\u0121 politiku tag\u0127hom.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180519\/local\/watch-hundreds-march-in-valletta-to-support-police-after-hit-and-run.679434?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Dawk li dalg\u0127odu imxew fit-toroq tal-Belt Valletta<\/a> g\u0127amlu dan g\u0127aliex \u0127assew li dan kien l-uniku mod li bi\u0127 setg\u0127u juru s-solidarjet\u00e0 s\u0127i\u0127a tag\u0127hom mal-vittma, mal-familja tieg\u0127u u mal-kollegi tieg\u0127u li tant sofrew konsegwenza ta&#8217; dan l-attakk. Dawn is-sentimenti in\u0127assu minn kwa\u017ci kul\u0127add.<\/p>\n<p>Kien hemm ukoll xi w\u0127ud li dalg\u0127odu fil-Belt Valletta tkellmu favur kun\u010betti faxxisti dwar il-&#8220;\u0127tie\u0121a ta&#8217; dixxiplina&#8221; u l-&#8220;\u0127tie\u0121a g\u0127al aktar rispett lejn l-awtorit\u00e0&#8221;.<\/p>\n<p>Dan il-pajji\u017c mhux dixxiplina u rispett lejn l-awtorit\u00e0 g\u0127andu b\u017conn. G\u0127andu b\u017conn ir-rispett lejn il-li\u0121i u azzjoni kontra dawk li jiksruha, huma min huma. Il-pajji\u017c g\u0127andu b\u017conn infurzar o\u0121\u0121ettiv li ma jippermettix kriminali li,\u00a0 bil-barka tal-politi\u010bi, jisfidaw il-li\u0121i u li jg\u0127adduha lixxa minkejja t-twettiq minn na\u0127a tag\u0127hom ta&#8217; atti kriminali.<\/p>\n<p>M&#8217;hemmx dubju li l-Pulizija g\u0127andha tipprote\u0121i lilha nfisha minn atti ta&#8217; vjolenza fuq il-membri tag\u0127ha. Il-Pulizija tinsab fuq quddiem fil-\u0121lieda kontra l-kriminalit\u00e0 u dan il-fatt biss m&#8217;g\u0127andux jesponihom g\u0127all-\u0121rie\u0127i jew g\u0127al axi \u0127a\u0121a ag\u0127ar minn hekk. Irridu nemmnu li l-Pulizija g\u0127andha l-mezzi biex t\u0127ares lill-membri tag\u0127ha g\u0127aliex, wara kollox, a\u0127na <span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">nistrie\u0127u fuq il-\u0127ila ta&#8217; dawn il-membri biex jipprote\u0121una.\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Dan i\u017cda ma jfissirx, kif f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar jiem qalu x&#8217;u\u0127ud, li l-Pulizija jist\u0127oqqilha li ti\u0121i obduta min\u0127abba l-uniformi li tilbes. Bla sens u malizzju\u017c min jirra\u0121una li t-tfig\u0127 ta&#8217; ajruplani tal-karti lejn il-bieb maqful tal-kwartier tal-pulizija jew il-garar ta&#8217; xi \u0127axixa jew frotta lejn imma\u0121ni tal-kummissarju iwasslu g\u0127al attakki vili b\u0127al dak li rajna din il-\u0121img\u0127a.<\/p>\n<p>Dawn il-faxxisti qed ig\u0127idu li, biex isaltan ambjent ta&#8217; ubbidjenza lejn l-awtorit\u00e0 (bla dubju din hi me\u0127tie\u0121a meta pulizija jkun qed jidderie\u0121i t-traffiku) m&#8217;g\u0127andux ikun hemm protesti kontra xi azzjoni li tkun \u0127adet il-Pulizija.<\/p>\n<p>Din hi r-ra\u0121uni g\u0127aliex il-prim ministru \u0127are\u0121 g\u0127an-nofs biex ifakkarna li g\u0127andna naqblu ilkoll dwar l-awtorit\u00e0 li g\u0127andu jkollha l-Pulizija. Hu u jg\u0127id dan id-diskors, il-prim ministru stra\u0127 fuq is-suppo\u017cizzjoni li \u0127add m&#8217;hu se jmerih g\u0127aliex \u0127add ma jkun irid jidher b\u017callikieku qed japprova l-attakk li sar din il-\u0121img\u0127a fuq l-imsejken kuntistabbli. Jien ma napprovax l-attakk li sar fuq dan l-imsejken. I\u017cda kelliema tal-Labour di\u0121\u00e0 qalu li jien b&#8217;xi mod ikkaw\u017cajt &#8211; jew kelli sehem fl-attakk. U dawn qalu hekk qabel jien kont g\u0127adni lanqas tniffist dwar l-attakk.<\/p>\n<p>Aqraw hawn id-diskors kollu li huma kkwotaw barra mill-kuntest tieg\u0127u biex jippruvaw juru li g\u0127andhom ra\u0121un.<\/p>\n<p>Il-Pulizija g\u0127andha ti\u0121i rispettata meta l-ordnijiet li tag\u0127ti jkunu le\u0121ittimi u meta l-li\u0121i li huma jinfurzaw tkun wa\u0127da \u0121usta. Il-membri tal-korp jit\u0127oqqilhom kull appo\u0121\u0121 meta jinfurzaw il-li\u0121i b&#8217;mod konsistenti ming\u0127ajr bi\u017ca&#8217; u favuri.<\/p>\n<p>Meta Lawrence Cutajar kien stqarr pubblikament li ma jsib ebda ra\u0121uni g\u0127ala g\u0127andu jibda&#8217; inkjesta dwar il-Pilatus Bank u dan wara li \u0121urnalista kienet xandret storja li fil-Bank kien hemm dokumenti li juru li membru tal-familja ta&#8217; Joseph Muscat kienet ixxa\u0127\u0127met bi flus \u0121ejjin mill-A\u017cerbaj\u0121an, huwa rrinunzja g\u0127ad-dritt tieg\u0127u g\u0127all-awtorit\u00e0 u, wisq inqas, li jgawdi r-rispett. Aktar u aktar meta l-g\u0127ada, nesa&#8217; dak li kien stqarr u mexa&#8217; fuq l-istruzzjonijiet ta&#8217; min allegatament wettaq delitt u g\u0127amel tfittxija fil-Bank wara li d-dokumenti inkriminanti kienu le\u0127qu tne\u0127\u0127ew u wara li kien qal li ma kienx hemm \u0127tie\u0121a ta&#8217; investigazzjoni.<\/p>\n<p>Meta ji\u0121ru dawn l-affarijiet, huwa dmir ta\u010b-\u010bittadin li jipprotesta. U protesta fit-tifsira tag\u0127ha ma tistax tkun bis-suddizzjoni u bir-riverenzi. Ir-reputazzjoni tal-Pulizija ma tixxellifx tort tal-protestanti. F&#8217;dan il-ka\u017c kien il-Kummissarju stess u kif ukoll il-lag\u0127qa tal-gvern li g\u0127andu madwaru li \u0121abu l-inkwiet b&#8217;idejhom.<\/p>\n<p>Kuntrarjament g\u0127al dawk li jippruvaw isibu spjega g\u0127all-vjolenza bla sens li se\u0127\u0127et il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet, jien ma nfittixx li nwa\u0127\u0127al it-tort g\u0127al dak li se\u0127\u0127 fuq dawk li ma naqbilx mag\u0127hom politikament. Tal-Labour qed ig\u0127idu li l-attakk se\u0127\u0127 g\u0127ax ikkritikajna lill-Pulizija. Jien m&#8217;hux se ng\u0127id li l-attakk se\u0127\u0127 tort tal-fatt li Lawrence Cutajar, Silvio Valletta u Ian Abdilla\u00a0 huma pupazzi f&#8217;idejn il-Labour. Ma ng\u0127idx dan g\u0127ax jidhirli li dak li se\u0127\u0127, se\u0127\u0127 biss min\u0127abba l-intenzjoni u l-azzjoni kriminali ta&#8217; min wettaq id-delitt.<\/p>\n<p>Li huwa di\u017cgustanti huwa l-fatt li Joseph Muscat iqis attakk vjolenti fuq pulizija b\u0127allikieku hu xi reb\u0127a politika g\u0127alih. Jattendi g\u0127ad-dimostrazzjoni u jitfa&#8217; t-<em>tweets<\/em> u, minflok jestendi s-solidarjet\u00e0 ra\u0121jonevoli mistennija minn prim ministru meta uffi\u010bjal pubbliku jwe\u0121\u0121a&#8217; fuq ix-xog\u0127ol, ju\u017ca l-attakk fuq persuna b\u0127ala arma biex isawwat lill-kriti\u010bi tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-folla fil-Belt <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Valletta?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Valletta<\/a> bla dubju turi li <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Malta?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Malta<\/a>?? tinsab solidali mal- <a href=\"https:\/\/twitter.com\/MaltaPolice?ref_src=twsrc%5Etfw\">@MaltaPolice<\/a> -JM<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\"><p>\u2014 Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/JosephMuscat_JM\/status\/997772051501940737?ref_src=twsrc%5Etfw\">Mejju 19, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>B&#8217;diskors b\u0127al dan Muscat mhux qieg\u0127ed ifittex biss li ji\u017cola u jimbarazza lil dawk li qed jikkritikaw lill-Pulizija. I\u017cda qed ifittex li jkabbar u jsa\u0127\u0127a\u0127 il-kredibilit\u00e0 ta&#8217; dawk il-membri korrotti tal-korp li qeg\u0127din jg\u0127attulu xturu u xtur il-klikka tieg\u0127u. \u0120aladarba Lawrence Cutajar ma jridx jinvestiga l-patafjun ta&#8217; provi li hemm kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri, ikun politikament jaqbel g\u0127al Joseph Muscat jekk Lawrence Cutajar ma ji\u0121ix kritikat.<\/p>\n<p>U biex isikktu lill-kriti\u010bi ta&#8217; Lawrence Cutajar x&#8217;mod a\u0127jar hemm mill-intimidazzjoni permezz tal-u\u017cu tar-ri\u017corsi kollha li l-istat g\u0127andu fix-xandir biex lill-protestanti ipin\u0121uhom b\u0127ala l-kaw\u017ca tal-attakk fuq il-pulizija?<\/p>\n<p>Is-sa\u0127\u0127a tar-retorika faxxista wie\u0127ed jista&#8217; jsibha fis-simplifikazzjoni e\u017ca\u0121erata u fit-ta\u0127wid tal-kwistjonijiet. Te\u017cisti xi kontradizzjoni jekk persuna wa\u0127da jidhrilha li Lawrence Cutajar qed jonqos minn dmirijietu u fl-istess waqt tkun tal-fehma l-pulizija li din il-\u0121img\u0127a kien il-vittma ta&#8217; attakk brutali jist\u0127oqqlu l-appo\u0121\u0121 u s-solidarjet\u00e0 kollha li je\u0127tie\u0121?<\/p>\n<p>Allura, ng\u0127id jien, \u0121aladarba qed ig\u0127idulna li g\u0127andna nirrispettaw il-li\u0121i, Konrad Mizzi u Keith Schembri il-g\u0127ala qed ig\u0127adduha lixxa fuq \u0127asil tal-flus? G\u0127andi nwa\u0127\u0127al fuq il-vittma g\u0127al din l-impunit\u00e0 kollha? U \u017cgur li le.\u00a0 La issa u lanqas f&#8217;kull \u0127in ie\u0127or meta dan kien qed jaqdi dmiru kif jaf hu.<\/p>\n<p>Il-kuntistabbli huwa vittma ta&#8217; delitt brutali u huwa wkoll eroj li qieg\u0127ed \u0127ajtu fil-periklu fis-servizz tal-pajji\u017c. U, \u0127afna aktar mill-prim ministru, mill-president u minn dawk l-ipokriti kollha li llum marru jiddimostraw i\u017cda li ma marru g\u0127al ebda dimostrazzjoni meta nqatlet vittma u eroj o\u0127ra li mag\u0127ha nzertaw ma kellhomx grazzja, naf sew kif dawn il-vittmi u dawn l-eroj g\u0127andhom jintwerew kull rispett.<\/p>\n<p>L-ag\u0127ar hu li l-kuntistabbli ferut huwa wkoll vittma tal-istrumentalizzazzjoni faxxista tal-\u0121rie\u0127i tieg\u0127u u tal-kalvarju li g\u0127addejja minnu familtu. B\u0127allikieku ma sofrewx bi\u017c\u017cejjed.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7622 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/aff0ce86e115655da437358aa9452c8cf365bdd1-1526719471-5affe3ef-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"344\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/aff0ce86e115655da437358aa9452c8cf365bdd1-1526719471-5affe3ef-620x348-300x166.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/aff0ce86e115655da437358aa9452c8cf365bdd1-1526719471-5affe3ef-620x348-487x270.jpg 487w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/aff0ce86e115655da437358aa9452c8cf365bdd1-1526719471-5affe3ef-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p><em>Ir-ritratt me\u0127ud mir-rapport fuq timesofmalta.com.<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>X&#8217;aktarx bl-e\u010b\u010bezzjoni ta&#8217; erba&#8217; bolo\u0127, kul\u0127add \u0127ass sens ta&#8217; rabja, sog\u0127ba u niket wara li se\u0127\u0127 l-attakk insensat li wettaq \u010bakkar ixxellerat fuq kuntistabbli tal-pulizija. I\u017cda, fost din l-unanimit\u00e0 rari, xorta wa\u0127da g\u0127andek ssib nies \u010bini\u010bi li ja\u0127tfu kull opportunit\u00e0 biex ju\u017caw dan l-in\u010bident vili g\u0127all-vanta\u0121\u0121 politiku tag\u0127hom. Dawk li dalg\u0127odu imxew fit-toroq tal-Belt Valletta [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7622,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7624\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7624"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7624\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7651,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7624\/revisions\/7651\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7622\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7624"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7624"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7624"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}