{"id":76303,"date":"2019-06-18T08:20:18","date_gmt":"2019-06-18T06:20:18","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=76303"},"modified":"2019-06-27T14:21:51","modified_gmt":"2019-06-27T12:21:51","slug":"meta-relazzjoni-professjonali-tista-tfisser-korruzzjoni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/06\/meta-relazzjoni-professjonali-tista-tfisser-korruzzjoni\/","title":{"rendered":"Meta &#8220;relazzjoni professjonali&#8221; tista&#8217; tfisser &#8220;korruzzjoni&#8221;"},"content":{"rendered":"<p>Kien pja\u010bir tieg\u0127i li attendejt il-biera\u0127 g\u0127all-mar\u010b msejja\u0127 mill-Moviment Graffitti b&#8217;solidarjet\u00e0 ma&#8217; dawk kollha li spi\u010b\u010baw bla saqaf fuq rashom bi protesta kontra r-reg\u0127ba ta&#8217; min qed iwettaq pro\u0121etti ta&#8217; kostruzzjoni li huma l-ka\u0121un tas-sitwazzjoni mwieg\u0127ra li issa sabu ru\u0127\u0127om fiha.<\/p>\n<p>Id-diskors li g\u0127amel Wayne Flask ma kienx biss wie\u0127ed letterarju. Kien ukoll karba msejsa fuq ir-rabja u s-sens ta&#8217; frustrazzjoni, kif ukoll protesta kontra l-indifferenza li hawn fil-konfront tal-\u0127arsien ta&#8217; \u0127ajjet \u0127addie\u0127or u tat-tbatija li qed tin\u0127oloq min\u0127abba t-ti\u0121rija b&#8217;ri\u017cq qlieg\u0127 ta&#8217; flus dejjem akbar. Huma dawk li spi\u010b\u010baw bla saqaf fuq rashom li l-iktar li qeg\u0127din ibatu. U mag\u0127hom hemm il-bqija tal-poplu li jinsab ta\u0127t id-dell ta&#8217; \u017cvilupp e\u017ca\u0121erat u ming\u0127ajr kontroll li qed iservi wkoll biex ji\u017cdied it-tni\u0121\u0121i\u017c.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\">\n<div id=\"fb-root\"><\/div>\n<p><script async=\"1\" defer=\"1\" crossorigin=\"anonymous\" src=\"https:\/\/connect.facebook.net\/nl_NL\/sdk.js#xfbml=1&amp;version=v3.3\"><\/script><\/p>\n<div class=\"fb-video\" data-href=\"https:\/\/www.facebook.com\/movimentgraffitti\/videos\/353005272027893\/\" data-width=\"1100\">\n<blockquote cite=\"https:\/\/www.facebook.com\/movimentgraffitti\/videos\/353005272027893\/\" class=\"fb-xfbml-parse-ignore\"><p><a href=\"https:\/\/www.facebook.com\/movimentgraffitti\/videos\/353005272027893\/\"><\/a><\/p>\n<p>Geplaatst door <a href=\"https:\/\/www.facebook.com\/movimentgraffitti\/\">Moviment Graffitti<\/a> op Dinsdag 18 juni 2019<\/p><\/blockquote>\n<\/div>\n<\/div>\n<p>Wie\u0127ed m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn ikun segwa\u010bi ta&#8217; Marx biex jifhem l-in\u0121ustizzja li n\u0127olqot u li g\u0127adha qed tin\u0127oloq.<\/p>\n<p>Andr\u00e8 Callus tal-Moviment\u00a0Graffitti imbag\u0127ad semma&#8217; lista ta&#8217; talbiet sensibbli biex f&#8217;dan il-qasam jitwettqu riformi li huma pjuttost xokkanti &#8211; mhux g\u0127aliex huma ta&#8217; xe\u0127ta radikali &#8211; i\u017cda g\u0127aliex fil-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira tag\u0127hom huma minn ewl id-dinja u \u0121usti.<\/p>\n<p>Jekk xejn, it-talbiet li saru m&#8217;humiex radikali bi\u017c\u017cejjed g\u0127aliex ma jindirizzawx il-ka\u0121un ewlieni tad-di\u017castru f&#8217;pajji\u017cna li qeg\u0127din ng\u0127ixu kuljum, kif Wayne Flask spjega tant tajjeb fid-diskors tieg\u0127u. Ji\u0121ifieri li dan id-di\u017castru urban ja\u0127tu g\u0127alih il-partiti politi\u010bi min\u0127abba s-suddizzjoni \u017cejda li g\u0127andhom mill-qasam tal-bini u tal-i\u017cvilupp.<\/p>\n<p>Ir-rabta li te\u017cisti bejn dawk is-sinjuruni li jiffinanzjaw lill-partiti politi\u010bi u l-partiti politi\u010bi nnifishom hi wa\u0127da transazzjonali u monetarja u g\u0127alhekk, f&#8217;dawk li huma kunsiderazzjonijiet dwar dak li g\u0127andu jammonta g\u0127al interess pubbliku, rabta b\u0127al din to\u0127loq \u017cbilan\u010b fid-de\u010bi\u017cjonijiet li jittie\u0127du fl-amministrazzjoni pubblika. Din ir-rabta tiggarantixxi wkoll it-tkattir tal-inugwaljanzi fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na.<\/p>\n<p>Dawk li spi\u010b\u010baw bla saqaf fuq rashom u li tkellmu &#8216;l biera\u0127 fl-attivit\u00e0 tal-Moviment Graffiti, apparti l-fatt li lkoll tilfu djarhom, kellhom aktar minn element wie\u0127ed li jg\u0127aqqadhom. Dawn huma persuni li jaqilg\u0127uha u jikluha u il-ftit li kellhom tilfuh min\u0127abba l-kilba u r-reg\u0127ba tal-i\u017cviluppaturi.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn ikun segwa\u010bi ta&#8217; Marx biex jifhem l-in\u0121ustizzja ta&#8217; dan kollu.<\/p>\n<p>Suppost li, bis-sa\u0127\u0127a tal-g\u0127odda tal-politika, l-in\u0121ustizzji fis-so\u010bjet\u00e0 g\u0127andhom jitnaqqsu. I\u017cda jekk il-partiti politi\u010bi jkunu dipendenti \u017c\u017cejjed mill-g\u0127otjiet tas-sidien fl-industrija tal-bini, m&#8217;hemmx dubju li l-e\u017ci\u0121enzi ta&#8217; dawn is-sidien jie\u0127du s-sopravvent fuq il-\u0127ti\u0121ijiet tal-poplu.<\/p>\n<p>Fi kliem ie\u0127or, tal-MDA jispi\u010b\u010baw biex jiktbu l-li\u0121ijiet li suppost qeg\u0127din hemm biex ira\u017c\u017cnuhom.<\/p>\n<p>Jista&#8217; jkun hemm min ig\u0127id li qed in\u0127awwad \u0127a\u0121a m&#8217;o\u0127ra, i\u017cda l-kwistjoni li dwarha pprotestaw il-biera\u0127 tal-Moviment Graffitti tfakkarni fil-kri\u017ci kbira li jinsab g\u0127addej minnha l-Partit Nazzjonalista.<\/p>\n<p>Araw ftit kif il-biera\u0127 Pierre Portelli, li kien jippretendiha tal-factotum ta&#8217; wara t-&#8220;tron&#8221; ta&#8217; Adrian Delia, kkonferma li hu \u201cminn dejjem kellu relazzjoni professjonali&#8221; ma&#8217; tat-<em>Tumas Group<\/em> anki waqt li kien qed ja\u0127dem biex lil Adrian Delia j\u0127ejjilu t-triq biex isir Prim Ministru.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fpportelli3%2Fposts%2F10219792076382307&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"605\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>Tat-<em>Tumas Group<\/em> \u2014 ji\u0121ifieri Yorgen Fenech \u2014 m&#8217;humiex membri tal-MDA u strettament m&#8217;humiex \u017cviluppaturi. I\u017cda ejjew nikkon\u010bedu li dan il-bniedem g\u0127andu numru mdaqqas ta&#8217; interessi privati b\u0127alma hu, per e\u017cempju, l-<em>power station<\/em> li huwa kien innegozja g\u0127alih u g\u0127an-nom ta&#8217; s\u0127abu u li wassal biex \u0121ew garantiti favur tieg\u0127u prezz u rata ta&#8217; konsum ta&#8217; ener\u0121ija g\u0127at-18 il-sena li \u0121ejjin, sa\u0127ansitra anki minn fuq dahar dawk li jaqilg\u0127uha u jikluha. Hemm ukoll allegazzjonijiet, li huma konfermati minn provi dokumentati, li fittex li jxa\u0127\u0127am lil \u010berti politi\u010bi biex, fil-ka\u017c tal-power station, ikun jista&#8217; jressaq il-bo\u010b\u010ba qrib il-likk.<\/p>\n<p>Filwaqt li Pierre Portelli b&#8217;\u010berta kburija ddikjara li &#8220;minn dejjem kellu relazzjoni professjonali ma&#8217; tat-Tumas Group\u201d, fl-istess nifs tka\u017ca wkoll bir-&#8220;reat kriminali politiku&#8221; li wettaq Karol Aquilina meta dan a\u010b\u010betta li jassistini legalment. G\u0127aliex, taf int, illum il-\u0121urnata m&#8217;hemm xejn \u0127a\u017cin jekk &#8220;minn dejjem kellek relazzjoni professjonali ma&#8217;\u201d Yorgen Fenech, sid is-17 Black u persuna li g\u0127amel \u0127lasijiet ta&#8217; $5,000 kuljum lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. I\u017cda \u0127oll xag\u0127rek u \u0121ib i\u017c-\u017cejt jekk ta\u017c\u017carda li lil Manuel Delia tirrapre\u017centah legalment fil-qorti f&#8217;kaw\u017ca dwar id-drittijiet umani ta&#8217; dawk li g\u0127a\u017clu li jipprotestaw fil-Belt Valletta dwar Daphne Caruana Galizia u li l-gvern qed jipprova jfixkilhom.<\/p>\n<p>G\u0127andi ng\u0127id li lil Karol Aquilina m&#8217;g\u0127andix minn fejn in\u0127allsu u li dan qed ja\u0127dimli b&#8217;xejn.<\/p>\n<p>Pierre Portelli ma elaborax, i\u017cda na\u017c\u017carda ng\u0127id li fir-&#8220;relazzjoni professjonali&#8221; li g\u0127andu ma&#8217; Yorgen Fenech, huwa ma ja\u0127dimx b&#8217;xejn. Ma tkunx \u0127a\u0121a kbira jekk jirri\u017culta li, b\u0127ala parti minn din ir-&#8220;relazzjoni professjonali&#8221;, hemm il-pro\u0121ett ta&#8217; Pierre Portelli li kellu jara lil Adrian Delia jikkontrolla lill-PN.<\/p>\n<p>Il-fatt li s-sinjur g\u0127andu a\u010b\u010bess akbar u a\u0127jar g\u0127as-setg\u0127a tal-politi\u010bi milli g\u0127andhom dawk li bilkemm g\u0127andhom biex ig\u0127ixu, m&#8217;huwiex biss wie\u0127ed in\u0121ust. Huwa wkoll wie\u0127ed korrott g\u0127aliex huwa l-kaw\u017ca ewlenija tal-fatt li dawk li jaqilg\u0127uha u jikluha jkollhom i\u0127allsu aktar g\u0127all-elettriku min\u0127abba r-reg\u0127ba tal-miljunarji anki waqt li jibqg\u0127u be\u017cg\u0127anin li jispi\u010b\u010baw bla saqaf uk0ll min\u0127abba din ir-reg\u0127ba.<\/p>\n<p>Huwa proprju hawn fejn huwa me\u0127tie\u0121 ftit aktar radikali\u017cmu bil-g\u0127an li ji\u0121u ndirizzati l-problemi ma\u0127luqa mill-inugwaljanzi li je\u017cistu f&#8217;pajji\u017cna. Il-partit politi\u010bi g\u0127andhom ji\u0121u finanzjati mill-Istat u d-donazzjonijiet m&#8217;g\u0127andhomx jiskorru \u010bertu ammont u dan sabiex l-interessi tas-sinjuruni ma jispi\u010b\u010bawx jie\u0127du s-soppravvent fuq dawk tal-bqija tal-poplu.<\/p>\n<p>U mbag\u0127ad il-kliem &#8220;\u0127biberiji&#8221; u &#8220;relazzjoni professjonali&#8221; nkunu nistg\u0127u nag\u0127tuhom it-tifsira vera tag\u0127hom. Ji\u0121ifieri &#8220;korruzzjoni&#8221;.<\/p>\n<p>Fit-taqtig\u0127a favur it-twettiq tal-\u0121ustizzja, il-\u0121lidiet favur il-governanza tajba u favur l-ugwaljanza so\u010bjali jimxu id f&#8217;id.<\/p>\n<p>Tal-Moviment Graffitti il-biera\u0127 urewna t-triq li g\u0127andna naqbdu. <span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kien pja\u010bir tieg\u0127i li attendejt il-biera\u0127 g\u0127all-mar\u010b msejja\u0127 mill-Moviment Graffitti b&#8217;solidarjet\u00e0 ma&#8217; dawk kollha li spi\u010b\u010baw bla saqaf fuq rashom bi protesta kontra r-reg\u0127ba ta&#8217; min qed iwettaq pro\u0121etti ta&#8217; kostruzzjoni li huma l-ka\u0121un tas-sitwazzjoni mwieg\u0127ra li issa sabu ru\u0127\u0127om fiha. Id-diskors li g\u0127amel Wayne Flask ma kienx biss wie\u0127ed letterarju. Kien ukoll karba msejsa [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":76275,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/76303\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=76303"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/76303\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":76416,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/76303\/revisions\/76416\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/76275\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=76303"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=76303"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=76303"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}