{"id":7648,"date":"2018-05-20T17:06:49","date_gmt":"2018-05-20T15:06:49","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7648"},"modified":"2018-05-20T20:42:10","modified_gmt":"2018-05-20T18:42:10","slug":"stqarrija-ta-manueldelia-com","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/stqarrija-ta-manueldelia-com\/","title":{"rendered":"Stqarrija ta&#8217; manueldelia.com"},"content":{"rendered":"<p><em>Din l-istqarrija kienet ippubblikata g\u0127all-ewwel darba fuq il-pa\u0121na Facebook tieg\u0127ek meta dan is-sit ma kienx a\u010b\u010bessibbli.<\/em><\/p>\n<p>manueldelia.com\u00a0g\u0127ada ma tistax tinqara minn \u0127afna minn dawk li qed jipprova jid\u0127lu fiha. Dan min\u0127abba attakk DdoS qawwi fuq fronti differenti fuq is-servers li tu\u017ca l-website. Dan hu t-tieni waqfien din il-\u0121img\u0127a u l-itwal wie\u0127ed fis-sena li ilu je\u017cisti l-blog. Il-website kienet rappurtata mitfija fl-10 ta\u2019 fil-g\u0127axija tas-Sibt u g\u0127ada mitfija s\u2019issa l-5pm.<\/p>\n<p>It-tekni\u010bi tal-kumpanija li tipprovdi s-servizzi ta\u2019 hosting tas-sit \u0127admu bla heda bil-l<span class=\"text_exposed_show\">ejl u bi nhar biex jipprovaw jer\u0121g\u0127u jixg\u0127elu l-website.<\/span><\/p>\n<div class=\"text_exposed_show\">\n<p>manueldelia.com\u00a0hi hosted fuq servers barra minn Malta u s-servizzi ta\u2019 hosting huma pprovduti minn kumpanija b\u2019reputazzjoni tajba u esperjenza twila ta\u2019 servizzi lil \u0127afna websites o\u0127rajn bi traffiku bil-bosta akbar minn ta\u2019\u00a0manueldelia.com.<\/p>\n<p>It-taqsima tas-cybercrime tal-pulizija ntalbet tinvestiga dawn l-attakki.<\/p>\n<p>Anali\u017ci tal-informazzjoni miksuba turi li dawn l-attakki huma xog\u0127ol hackers professjonali li qed ja\u0127dmu minn ba\u017ci barra minn Malta.<\/p>\n<p>Mill-ewwel attakk DdoS fuq il-website aktar kmieni din il-\u0121img\u0127a, ittella\u2019 software b\u2019difi\u017ca \u0121dida biex tipprova telg\u0127eb dawn l-attakki.<\/p>\n<p>Qed ji\u0121u kkunsidrati aktar possibilitajiet u valutati g\u0127all-ispi\u017ca tag\u0127hom u dak li wie\u0127ed jista\u2019 jittama li jirnexxielhom jag\u0127mlu.<br \/>\nIrid jing\u0127ad i\u017cda li f\u2019ambjent demokratiku il-pubblikazzjoni ta\u2019 kontenut elettroniku m\u2019g\u0127andux ikun battalja g\u0127as-soppravivenza kontra attakki finanzjati tajjeb.<\/p>\n<p>Attakki \u010biberneti\u010bi huma reati punibbli bil-li\u0121ijiet Maltin. Jekk dawn ir-reati qed jitwettqu f\u2019isem jew fuq struzzjonijiet tal-istat dawn huma ksur manifest tad-dritt fundamentali g\u0127all-espressjoni \u0127ielsa.<\/p>\n<p>M\u2019g\u0127andux jimporta li l-kontenut tal-website attakkata hu kritiku kontra l-gvern. Hi l-funzjoni tal-gvern li jara li tit\u0127ares il-libert\u00e0 tal-kelma fil-komunit\u00e0 u li ting\u0127ata priorit\u00e0 li l-\u0127elsien tal-kriti\u010bi li jg\u0127assuh.<\/p>\n<p>Jag\u0127mel sew min ifittex kif jeg\u0127leb dawn l-ostakli u\u00a0manueldelia.comtapprezza tassew offerti t\u2019g\u0127ajnuna teknika jew fi flus biex il-website ter\u0121a\u2019 tinxteg\u0127el kemm jista\u2019 jkun malajr. I\u017cda \u0127add m\u2019g\u0127andu ja\u010b\u010betta li jsiru dawn l-attakki.<\/p>\n<p>\u0126add m\u2019g\u0127andu ja\u0127seb li dawn huma xi \u0127a\u0121a naturali li wie\u0127ed jistenna fuq il-lant tax-xog\u0127ol ta\u2019 dawk li jikkritikaw lill-gvern.<\/p>\n<p>Dawn l-attakki huma konxji u ko-ordinati. Huma inti\u017ci biex isikktu l-kema \u0127ielsa. Huma aktarx im\u0127allsa, immotivati u mqabbda mill-gvern ta\u2019 Malta.<\/p>\n<p>Li l-komunit\u00e0 \u2013 min jaqra, kollegi \u0121urnalisti, is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, partiti politi\u010bi, u l-istat innifsu bl-istituzzjonijiet tieg\u0127u \u2013 tonqos milli tinnota u tara li telg\u0127eb dawn l-attakki inti\u017ci li jo\u0127onqu l-informazzjoni u l-fehmiet differenti, ifisser rassenjazzjoni quddiem il-\u0127akma dejjem tikber tal-forzi oskuri tal-kriminalit\u00e0 li qed ja\u0127tfu dejjem aktar mill-ispazju pubbliku li suppost hu tal-komunit\u00e0.<\/p>\n<p>Ta\u010b\u010bettax li ji\u0121ri dan.<\/p>\n<\/div>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Din l-istqarrija kienet ippubblikata g\u0127all-ewwel darba fuq il-pa\u0121na Facebook tieg\u0127ek meta dan is-sit ma kienx a\u010b\u010bessibbli. manueldelia.com\u00a0g\u0127ada ma tistax tinqara minn \u0127afna minn dawk li qed jipprova jid\u0127lu fiha. Dan min\u0127abba attakk DdoS qawwi fuq fronti differenti fuq is-servers li tu\u017ca l-website. Dan hu t-tieni waqfien din il-\u0121img\u0127a u l-itwal wie\u0127ed fis-sena li ilu je\u017cisti [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7555,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7648\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7648"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7648\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7649,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7648\/revisions\/7649\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7555\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7648"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7648"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7648"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}