{"id":77372,"date":"2019-07-26T01:53:48","date_gmt":"2019-07-25T23:53:48","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=77372"},"modified":"2019-07-26T10:13:42","modified_gmt":"2019-07-26T08:13:42","slug":"l-iskuza-ta-adrian-delia-ma-rceviex-ittra-biex-tfakkru-li-kien-xahrejn-lura-fil-hlas-ta-dejnu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/07\/l-iskuza-ta-adrian-delia-ma-rceviex-ittra-biex-tfakkru-li-kien-xahrejn-lura-fil-hlas-ta-dejnu\/","title":{"rendered":"L-isku\u017ca ta&#8217; Adrian Delia: ma r\u010beviex ittra biex tfakkru li kien xahrejn lura fil-\u0127las ta&#8217; dejnu"},"content":{"rendered":"<p>Nifhem li Adrian Delia jaf li bosta huma dawk li tassew jixtiequ li jemmnuh. I\u017cda min jaf kemm hemm minn fost dawn li g\u0127alihom ma jkun \u0121ara&#8217; xejn jekk \u017cew\u0121hom ikellimhom b&#8217;dan il-mod. Il-lejl li g\u0127adda tkellem dwar kif jien \u0127ri\u0121t b&#8217;\u201cattakk viljakk u personali fuq Adrian Delia\u201d meta kulma g\u0127amilt kien li ktibt rapport dwar dak li ntqal f&#8217;dokument tal-qorti li xlie\u0127 li qed jilg\u0127ab man-nar tant li wliedu jistg\u0127u jispi\u010b\u010baw ming\u0127ajr saqaf fuq rashom min\u0127abba pagamenti b&#8217;lura li ma \u0127allasx fi\u017c-\u017cmien stabbilit. Aktar tard xandar stqarrija li fiha kkonferma li kien tard fil-\u0127lasijiet li kellu jag\u0127mel. L-istqarrija uffi\u010bjali tal-PN tg\u0127id hekk: \u201cIl-ka\u017c li qed isir riferenza g\u0127alih inqala&#8217; peress li Dr Delia ma r\u010beviex personalment l-avvi\u017c g\u0127all-\u0127las fil-\u0127in u meta r\u010bevihom g\u0127amel il-pagamenti mitluba minnu b&#8217;mod immedjat. Huwa g\u0127amel il-pagament mitlub ta&#8217; \u20ac7,500 fis-17th ta&#8217; Lulju\u201d.<\/p>\n<p>Dan ma jistax \u0127lief ifisser li huwa kollu minnu li l-pagamenti ta&#8217; madwar \u20ac3,250 dovuti g\u0127al Mejju u \u0120unju ma sarux. U, skont kif qal huwa stess, dawn il-pagamenti baqa&#8217; m&#8217;g\u0127amilhomx sakemm ir\u010bieva avvi\u017c ming\u0127and il-bank li fih \u0121ie mwissi li kienu ser jg\u0127ollulu r-rata tal-img\u0127ax b&#8217;penali ta&#8217; 1% u li l-bank kien ser ig\u0127addi biex imexxi bil-qorti jekk jibqa&#8217; ma j\u0127allasx sal-20 ta&#8217; Lulju. Kienet martu li xlietu fil-qorti li, wara li r\u010bieva t-twissija ming\u0127and il-bank, huwa xorta wa\u0127da baqa&#8217; ma \u0127allasx u dan wara li g\u0127amlet l-ist\u0127arri\u0121 tag\u0127ha mal-bank fl-24 ta&#8217; Lulju. \u00a0 <img class=\"aligncenter wp-image-77358 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/07\/receipt_1.jpeg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"740\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/07\/receipt_1-200x216.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/07\/receipt_1-277x300.jpeg 277w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/07\/receipt_1-400x433.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/07\/receipt_1-600x649.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/07\/receipt_1.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/> L-hekk imsejj\u0127a \u201cri\u010bevuta\u201d li huwa g\u0127adda lil tal-<a href=\"http:\/\/www.illum.com.mt\/ahbarijiet\/politika\/56244\/delia_jgaddi_irevuti_lil_dan_issit_bala_prova_talgideb_ta_manuel_delia_fuqu#.XTpAli17FBw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\"><em>Malta Today<\/em> u lil tal- <em>Illum<\/em> \u201cb\u0127ala prova li Manuel Delia qed jigdeb\u201d<\/a> m&#8217;hix prova li sar \u0127las. Hi biss <em>screenshot<\/em> tal-i<em>screen<\/em> tal-<em>Internet banking<\/em> ta&#8217; xi \u0127add li tidher qabel wie\u0127ed jag\u0127fas il-buttuna tal-<em>instruction to payment.<\/em> I\u017cda anki jekk huwa veru li l-\u0127las g\u0127amlu fis-17 ta&#8217; Lulju, il-fatti m&#8217;humiex ser jinbidlu:<\/p>\n<ol>\n<li>Baqa&#8217; m&#8217;g\u0127amilx \u017cew\u0121 pagamenti;<\/li>\n<li>G\u0127ax baqa&#8217; ma \u0127allasx, il-bank wa\u0127\u0127lu penali li jrid jit\u0127allas mill-\u0121id li g\u0127ad g\u0127andu in komun ma&#8217; martu;<\/li>\n<li>\u0120ie mwissi li qed jilg\u0127ab man-nar u li l-bank jista&#8217; jg\u0127addi biex ibieg\u0127 id-dar fejn joqg\u0127odu wliedu bis-subbasta.<\/li>\n<\/ol>\n<p>Kif jaf kull min jissellef il-flus mill-bank, ma kellux g\u0127alfejn joqg\u0127od ji\u0121i mwissi: jew t\u0127allas fil-pront jew inkella l-bank jista&#8217; jbieg\u0127 il-\u0121id li jkun qed jag\u0127mel tajjeb g\u0127al dak is-self. M&#8217;g\u0127andekx b\u017conn toqg\u0127od tistenna li tir\u010bievi ittra ta&#8217; twissija biex toqg\u0127od tfakkrek. I\u017cda forsi Adrian Delia kien je\u0127tie\u0121 li joqg\u0127od jir\u010bievi ittra qabel seta&#8217; jifhem kif f&#8217;Lulju dlonk sab \u20ac7,500 fil-kont bankarju tieg\u0127u u li kien je\u0127tie\u0121 i\u0127allas il-pagamenti li kienu dovuti f&#8217;Mejju u \u0120unju, u li l-ittra kien je\u0127tie\u0121ha biex jiftakar li jekk kien ser jibqa&#8217; lura fil-\u0127las, id-dar residenzjali kienet ser tittie\u0127idlu.<\/p>\n<p>L-isku\u017ca puwerili ta&#8217; Adrian Delia hi li l-bank ma kienx bg\u0127atlu l-ittra fid-dar tal-\u0121enituri tieg\u0127u fejn b\u0127alissa qed joqg\u0127od.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, f&#8217;din l-hekk imsejj\u0127a risposta Adrian Delia ma jsemmi assolutament xejn dwar il-kont tad-dawl u l-ilma li g\u0127adu pendenti u li jg\u0127odd eluf kbar ta&#8217; ewro. Min jaf, forsi dawk it-<em>trolls<\/em> kollha ta&#8217; Adrian Delia li xebg\u0127u jg\u0127ajjruni fuq il-<em>Facebook<\/em> imisshom jittantaw ikollhom kont ta&#8217; \u20ac19,000 dovut minnhom g\u0127as-servizz tad-dawl u l-ilma u jmisshom jaraw kemm idumu jferfru sakemm jinqatag\u0127lhom is-servizz. Fir-risposta tieg\u0127u ma jsemmi xejn ukoll dwar ir-rata mi\u017cjuda ta&#8217; 3% fuq l-img\u0127ax li we\u0127el fuq dak li g\u0127andu jag\u0127ti fuq <em>credit cards<\/em> li huwa &#8216;l fuq minn \u20ac25,000. Min jaf, forsi dawk kollha li qed ig\u0127ajjruni fuq il-Facebook talli kont &#8220;tant personali&#8221; jmisshom ig\u0127iduli x&#8217;ja\u0127sbu li jista&#8217; ji\u0121rilhom kemm il-darba jtellg\u0127u djun b\u0127al dawn fuq il-<em>credit card<\/em> tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Min minn fosthom ja\u0127dem f&#8217;xi bank jew istituzzjoni finanzjarja jew li g\u0127andu kariga finanzjarjament sensittiva jaf sewwa li jekk ja\u017c\u017carda jag\u0127mel dak li g\u0127amel Adrian Delia, x&#8217;aktarx jispi\u010b\u010ba qieg\u0127ed.<\/p>\n<p>U ebda wie\u0127ed minn dawn qatt ma ttanta jsiru kap tal-parti jew prim ministru.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Nifhem li Adrian Delia jaf li bosta huma dawk li tassew jixtiequ li jemmnuh. I\u017cda min jaf kemm hemm minn fost dawn li g\u0127alihom ma jkun \u0121ara&#8217; xejn jekk \u017cew\u0121hom ikellimhom b&#8217;dan il-mod. Il-lejl li g\u0127adda tkellem dwar kif jien \u0127ri\u0121t b&#8217;\u201cattakk viljakk u personali fuq Adrian Delia\u201d meta kulma g\u0127amilt kien li ktibt rapport [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":77359,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77372\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=77372"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77372\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":77376,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77372\/revisions\/77376\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/77359\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=77372"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=77372"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=77372"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}