{"id":7755,"date":"2018-05-25T10:03:23","date_gmt":"2018-05-25T08:03:23","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7755"},"modified":"2018-05-29T21:27:08","modified_gmt":"2018-05-29T19:27:08","slug":"akkomodazzjoni-socjali-il-prezz-huwa-gust","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/akkomodazzjoni-socjali-il-prezz-huwa-gust\/","title":{"rendered":"Akkomodazzjoni so\u010bjali: il-prezz huwa \u0121ust?"},"content":{"rendered":"<p>Forsi jkun a\u0127jar kieku b\u0127ala regola \u0121enerali l-pro\u010bess ta&#8217; awditjar mill-Uffi\u010b\u010bju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) jibda jsir qabel pro\u0121ett ji\u0121i kkummissjonat aktar milli 7 snin wara li jitlesta.\u00a0 Ilbiera\u0127 ikkummentajt fuq ir-rapport tal-Awditur \u0120enerali fuq il-Mater Dei, li prin\u010bipalment sab li m&#8217;hemmx bi\u017c\u017cejjed dokumentazzjoni biex ikun stabbilit jekk l-affarijiet sarux kif suppost.<\/p>\n<p>Issa g\u0127andna quddiemna pro\u0121ett enormi li wasal biex jibda u forsi nistg\u0127u nie\u0127du tag\u0127lima mill-ka\u017c tal-Isptar Mater Dei.<\/p>\n<p>Joseph Muscat wieg\u0127ed li se jpatti g\u0127all-\u0127ames snin li g\u0127addew meta ma sar xejn fil-qasam tal-akkomodazzjoni so\u010bjali billi jonfoq \u20ac50 miljun biex jibni 500 <em>unit<\/em> tal-akkomodazzjoni so\u010bjali. L-argument li g\u0127amel kien li dan se jkun wie\u0127ed mill-benefi\u010b\u010bji tal-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti Maltin. Ma qalx li huwa tort ta&#8217; din l-iskema (jew g\u0127all-inqas parti mit-tort) li \u017cdiedet id-domanda g\u0127all-akkomodazzjoni so\u010bjali hekk kif aktar ri\u017corsi fis-settur privat qed jin\u0127lew fuq l-i\u017cvilupp ta&#8217; appartamenti inutli li jiswew ammont kbir ta&#8217; miljuni biex il-multimiljunarji tad-dinja jkunu jistg\u0127u jispekulaw waqt li hemm mijiet ta&#8217; persuni li m&#8217;g\u0127andhomx triq o\u0127ra \u0127lief li jorqdu fuq il-kartun f&#8217;garaxxijiet ming\u0127ajr fa\u010bilitajiet sanitarji tant li jkollhom jippruvaw jissapportu l-b\u017connijiet tag\u0127hom sa x\u0127in jasal il-\u0127in li jmorru l-uffi\u010b\u010bju.<\/p>\n<p>Imma ejja, almenu g\u0127alissa, nwarrbu dan fil-\u0121enb. Qabel ma bdejna nbig\u0127u l-passaporti l-isfida tal-akkomodazzjoni so\u010bjali di\u0121\u00e0 kienet te\u017cisti, u probabbli dejjem se tibqa&#8217; te\u017cisti. \u017bgur li jag\u0127mel aktar sens li nisfruttaw il-proprjetajiet vojta minflok ni\u017cviluppaw o\u0127rajn \u0121odda. Jag\u0127mel aktar sens li ni\u017cguraw li mill-<em>housing <\/em>so\u010bjali jgawdu verament persuni bi b\u017connijiet so\u010bjali minflok min mar tajjeb a skapitu ta&#8217; dawk li jiffurmaw parti mill-kategorija ta&#8217; faqar \u0121did li g\u0127andna f&#8217;pajji\u017cna. Jag\u0127mel aktar sens li tg\u0127in lil min qed jixtri l-ewwel proprjet\u00e0 tieg\u0127u biex isib saqajh f&#8217;suq fejn \u0127afna qed isibuha diffi\u010bli anke biex jag\u0127mlu l-ewwel pass. Jag\u0127mel \u0127afna aktar sens li tipprova tinnegozja mas-sidien tal-proprjet\u00e0 u mal-kerrejja biex jil\u0127qu ftehim aktar \u0121ust bejniethom b&#8217;mod li t-tnejn li huma jing\u0127ataw garanzija ra\u0121jonevoli ta&#8217; stabbilt\u00e0.<\/p>\n<p>Imma anke jekk tag\u0127mel dan kollu, tibqa&#8217; l-\u0127tie\u0121a li ji\u0121u pprovduti proprjetajiet \u0121odda g\u0127all-akkomodazzjoni so\u010bjali. U f&#8217;\u010birkostanzi b\u0127al dawn, iktar ikun jag\u0127mel sens li to\u0127ro\u0121 ammont \u017cg\u0127ir ta&#8217; proprjetajiet kull sena skont il-\u0127tie\u0121a milli tiffri\u017ca s-suq g\u0127al \u0127ames snin kif g\u0127amel dan il-gvern, biex imbag\u0127ad to\u0127ro\u0121 bi pro\u0121ett kbir f&#8217;daqqa.<\/p>\n<p>Dan jag\u0127mel aktar sens g\u0127aliex sakemm il-pro\u0121ett kbir ikun lest, id-domanda tant tkun qawwija li ssir insapportabbli. Pro\u0121ett wie\u0127ed kbir jie\u0127u aktar fit-tul biex jitlesta milli jie\u0127du numru ta&#8217; pro\u0121etti \u017cg\u0127ar. Pro\u0121ett wie\u0127ed kbir jag\u0127ti lok ikbar g\u0127al dewmien, g\u0127al \u017cidiet fl-ispejje\u017c u g\u0127all-possibbilt\u00e0 ta&#8217; nuqqasijiet. Huwa wkoll in\u010bentiv kbir g\u0127all-korruzzjoni.<\/p>\n<p>Li hu stramb hu li l-gvern effettivament iddikjara kemm qed janti\u010bipa li se j\u0127allas g\u0127al kull wie\u0127ed minn dawn il-<em>units<\/em> tal-akkomodazzjoni so\u010bjali. \u0126amsin miljun g\u0127al \u0127ames mitt binja jfisser rata medja ta&#8217; 100,000 ewro g\u0127al kull appartament.<\/p>\n<p>G\u0127oli wisq, qaltlu l-Asso\u010bjazzjoni Maltija tal-I\u017cviluppaturi. Sandro Chetcuti qal lill-\u0121urnalisti li jkun kapa\u010bi jag\u0127mel l-istess bi\u010b\u010ba xog\u0127ol b&#8217;60,000. U jien g\u0127andi sorsi ta&#8217; min jorbot fuqhom li jsostnu li anke s-60,000 jistg\u0127u jitnaqqsu g\u0127al mill-inqas 50,000 ming\u0127ajr ma jsir l-ebda kompromess mal-kwalit\u00e0.<\/p>\n<p>Jien assolutament m&#8217;iniex ikkwalifikat biex nag\u0127ti \u0121udizzju fuq il-korrettezza ta&#8217; xi wa\u0127da minn dawn l-istimi imma ninsab preokkkupat serjament bil-fatt li l-gvern qed jiddikjara li lest i\u0127allas ammonti akbar milli l-kuntratturi nfushom jemmnu li g\u0127andhom ji\u010b\u010bar\u0121jawh.<\/p>\n<p>F&#8217;dan il-kuntest dejjem se jibqa&#8217; d-dubju jekk il-prezz finali li \u0121ie maqbul &#8211; li \u017cgur huwa inqas milli ppro\u0121etta l-gvern fil-bidu &#8211; hux se jkun l-aktar wie\u0127ed li jersaq vi\u010bin dak li a\u0127na nistennew u nippretendu li jkun prezz \u0121ust. Is-sitwazzjoni f&#8217;dan il-ka\u017c hija \u010bara. Il-gvern jg\u0127id li hu jistenna li j\u0127allas 10. Il-kuntratturi jsostnu li 6 jkun bi\u017c\u017cejjed. Il-gvern jidher li jkun iffranka 4 imma fil-verit\u00e0 jkun qed jonfoq aktar milli messu jonfoq &#8211; ikun kemm ikun il-prezz aktar minn 6 &#8211; ka\u0121un tan-nuqqas ta&#8217; kompetizzjoni kif suppost fil-prezzijiet.<\/p>\n<p>L-ispettru tal-korruzzjoni jista&#8217; ji\u0121i eliminat biss jekk isir skrutinju kif suppost. Allura f&#8217;dan il-ka\u017c l-NAO se joqg\u0127od jistenna 28 sena o\u0127ra biex gvern differenti minn dak tal-lum jitolbu jinvestiga jekk l-affarijiet ikunux saru kif suppost?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7751 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/housing.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/housing-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/housing-500x270.jpg 500w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/housing.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Forsi jkun a\u0127jar kieku b\u0127ala regola \u0121enerali l-pro\u010bess ta&#8217; awditjar mill-Uffi\u010b\u010bju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) jibda jsir qabel pro\u0121ett ji\u0121i kkummissjonat aktar milli 7 snin wara li jitlesta.\u00a0 Ilbiera\u0127 ikkummentajt fuq ir-rapport tal-Awditur \u0120enerali fuq il-Mater Dei, li prin\u010bipalment sab li m&#8217;hemmx bi\u017c\u017cejjed dokumentazzjoni biex ikun stabbilit jekk l-affarijiet sarux kif suppost. Issa g\u0127andna quddiemna pro\u0121ett [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7751,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7755\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7755"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7755\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7831,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7755\/revisions\/7831\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7751\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7755"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7755"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7755"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}