{"id":7760,"date":"2018-05-24T10:32:44","date_gmt":"2018-05-24T08:32:44","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7760"},"modified":"2018-05-29T21:25:02","modified_gmt":"2018-05-29T19:25:02","slug":"il-bank-pilatus-twaqqaf-bis-sahha-ta-flus-miksuba-mill-kriminalita-kap-prosekutur-amerikan","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/il-bank-pilatus-twaqqaf-bis-sahha-ta-flus-miksuba-mill-kriminalita-kap-prosekutur-amerikan\/","title":{"rendered":"Il-Bank Pilatus twaqqaf bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; flus miksuba mill-kriminalit\u00e0 &#8211; Kap Prosekutur Amerikan"},"content":{"rendered":"<p>Il-Kap Prosekutur Amerikan li qed imexxi l-ka\u017c kontra Ali Sadr li jinsab mixli b&#8217;numru ta&#8217; akku\u017ci fosthom frodi bankarja u ksur ta&#8217; sanzjonijiet qal lill-Qorti Federali Amerikana li kull kapital jew sehem li Ali Sadr g\u0127ad g\u0127andu fil-Bank Pilatus tilef kull dritt g\u0127alih g\u0127ax il-bank twaqqaf bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; flus miksuba mill-kriminalit\u00e0.<\/p>\n<p>Din hija l-aktar stqarrija \u010bara li qatt saret s&#8217;issa minn a\u0121enzija tal-infurzar tal-li\u0121i u li mhux biss tikkonferma li l-Bank Pilatus kien g\u0127odda g\u0127all-\u0127asil tal-flus tal-klijenti tieg\u0127u, imma anke li l-bank innifsu kien magna tal-\u0127asil tal-flus g\u0127al sidu li u\u017cah f&#8217;tentattiv biex jag\u0127mel le\u0121ittimu d\u0127ul minn attivitajiet kriminali li issa jinsab mixli bihom fl-Istati Uniti.<\/p>\n<p>L-Avukat \u0120enerali qal li Ali Sadr u\u017ca 8 miljun dollaru Amerikan u 1 miljun frank \u017bvizzeru biex iwaqqaf il-Pilatus, liema flus qala&#8217; minn pro\u0121ett ta&#8217; frodi bankarja fil-Venezwela li issa qed jiffa\u010b\u010bja akku\u017ci fil-qrati dwaru.<\/p>\n<p>L-Avukat \u0120enerali tal-Istati Uniti qal dan meta kien qed iwie\u0121eb lill-avukati ta&#8217; Ali Sadr li ftit tal-jiem ilu offrew il-kapital li g\u0127andu Ali Sadr fil-Bank Pilatus b\u0127ala depo\u017citu flimkien ma&#8217; assi o\u0127ra li g\u0127andu b\u0127ala garanzija biex jing\u0127ata l-libert\u00e0 provi\u017corja qabel ma jg\u0127addi \u0121uri.<\/p>\n<p>Imma dan ma impressjonax lill-Kap Prosekutur li qed imexxi l-ka\u017c u li spjega kif l-appartament ta&#8217; Ali Sadr fi New York, ir-razzett mimli si\u0121ar tal-Pista\u010b\u010bi li g\u0127andu f&#8217;Kalifornja, u diversi proprjetajiet o\u0127ra f&#8217;isem \u0127bieb u membri tal-familja tieg\u0127u li tpo\u0121\u0121ew b\u0127ala garanzija biex hu ma ja\u0127rabx mill-\u0121ustizzja kollha tilef kull dritt li kellu fuqhom g\u0127ax inkisbu bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; flus li kienu \u0121ejjin mill-kriminalit\u00e0.<\/p>\n<p>Dan juri kif Ali Sadr kien responsabbli g\u0127al \u0127asil estensiv ta&#8217; flus g\u0127alih innifsu u jikkonferma wkoll l-argument li u\u017ca l-istess kapa\u010bitajiet biex jassisti klijenti fil-Bank Pilatus \u0127alli jag\u0127mlu l-istess.<\/p>\n<p>Il-Kap Prosekutur informa wkoll lill-Qorti Amerikana li \u010aipru ffri\u017ca l-kontijiet bankarji ta&#8217; Ali Sadr f&#8217;turija \u010bara li fil-konfront ta&#8217; Sadr &#8211; li serva b\u0127ala l-bankier ta&#8217; diversi dittaturi u anke ta\u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-Prim Ministru ta&#8217; Malta &#8211; qed tittie\u0127ed azzjoni madwar id-dinja kollha.<\/p>\n<p>L-Avukat \u0120enerali talab lill-Qorti tikkonferma d-de\u010bi\u017cjoni li \u0127adet aktar kmieni u \u017c\u017comm lil Ali Sadr ta\u0127t arrest sakemm jg\u0127addi \u0121uri.<\/p>\n<p>Din l-a\u0127bar, li skont il-Kap Prosekutur fl-Istati Uniti l-Bank Pilatus twaqqaf bi flus ma\u0127sulin li jori\u0121inaw minn attivitajiet kriminali, tkompli tqajjem dubji kbar dwar il-kwalit\u00e0 tal-assessjar (due diligence) li sar fir-rigward ta&#8217; Ali Sadr qabel u wara li ng\u0127ata l-li\u010benzja biex jifta\u0127 bank f&#8217;Malta.<\/p>\n<p>Dan l-i\u017cvilupp juri li l-provenjenza tal-flus li u\u017ca biex jifta\u0127 il-bank jew qatt ma \u0121iet verifikata kif suppost, jew inkella &#8211; ag\u0127ar minn hekk &#8211; \u0121ie injorat g\u0127alkollox il-fatt li l-fondi ori\u0121inaw mill-kriminalit\u00e0.<\/p>\n<p>S&#8217;issa \u0127add g\u0127adu ma \u0127a responsabbilt\u00e0 g\u0127an-nuqqas \u010bar li kien hemm biex ikun \u017cgurat li l-Bank Pilatus twaqqaf b&#8217;fondi li kienu \u0121ejjin minn qlig\u0127 le\u0121ittimu. La kien hemm \u0127add min-na\u0127a tar-regolatur finanzjarju li assuma din ir-responsabbilt\u00e0, u wisq inqas kien hemm xi \u0127add li \u0127a din ir-responsabbilt\u00e0 min-na\u0127a tal-a\u0121enzija li l-istess MFSA qalet li qabbdet biex tmexxi l-e\u017cer\u010bizzju ta&#8217;\u00a0<em>due diligence\u00a0<\/em>dwar Ali Sadr. Bl-istess mod ma \u0127a responsabbilt\u00e0 \u0127add mill-KPMG li kienet id-ditta ta&#8217; awdituri li assistiet lill-Bank Pilatus waqt li dan kien qed jitwaqqaf f&#8217;Malta.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7569 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/usdistrictcourt_ny.jpg\" alt=\"\" width=\"750\" height=\"563\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/usdistrictcourt_ny-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/usdistrictcourt_ny-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/usdistrictcourt_ny.jpg 750w\" sizes=\"(max-width: 750px) 100vw, 750px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Kap Prosekutur Amerikan li qed imexxi l-ka\u017c kontra Ali Sadr li jinsab mixli b&#8217;numru ta&#8217; akku\u017ci fosthom frodi bankarja u ksur ta&#8217; sanzjonijiet qal lill-Qorti Federali Amerikana li kull kapital jew sehem li Ali Sadr g\u0127ad g\u0127andu fil-Bank Pilatus tilef kull dritt g\u0127alih g\u0127ax il-bank twaqqaf bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; flus miksuba mill-kriminalit\u00e0. Din hija l-aktar stqarrija [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7569,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7760\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7760"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7760\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7761,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7760\/revisions\/7761\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7569\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7760"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7760"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7760"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}