{"id":77640,"date":"2019-08-01T08:15:55","date_gmt":"2019-08-01T06:15:55","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=77640"},"modified":"2019-08-01T14:50:04","modified_gmt":"2019-08-01T12:50:04","slug":"lin-nazisti-ma-ngerrahhomx","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/08\/lin-nazisti-ma-ngerrahhomx\/","title":{"rendered":"Lin-na\u017cisti ma n\u0121erra\u0127homx"},"content":{"rendered":"<p>Il-kelma &#8216;mibg\u0127eda&#8217; qed tintu\u017ca ta&#8217; spiss. Meta nikkritika li xi \u0127add, xi drabi ni\u0121i mixli li jien bniedem mimli bil-mibg\u0127eda. Din ix-xilja s-soltu tasalli ming\u0127and dawk li lill-politi\u010bi mdorrijin jixg\u0127alulhom ix-xemg\u0127at quddiem ix-xbihat tag\u0127hom u jadurawhom. Allura f&#8217;mo\u0127\u0127 dawn in-nies, dawk li ma jin\u017clux g\u0127arkupptejhom biex jaduraw lill-politi\u010bi, ta&#8217; bilfors jobg\u0127oduhom. G\u0127alihom jew nejja jew ma\u0127ruqa: ma tista&#8217; qatt tkun misjura.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Frobert.musumeci.9%2Fposts%2F10213745979554669&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"656\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>I\u017cda lil dawk li huma na\u017cisti ma nistax b&#8217;xi mod nisku\u017cahom. Lin-na\u017cisti ma n\u0121erra\u0127homx. Jien nag\u0127\u017cel li la nikkritikahom jew nipprotesta kontra tag\u0127hom u lanqas ma ng\u0127addihom bi\u017c-\u017cmien jew in\u017cebla\u0127hom. Ma n\u0121erra\u0127homx g\u0127aliex f&#8217;so\u010bjet\u00e0 li tqis li hi wa\u0127da \u010bivilizzata, ma jista&#8217; qatt ikun hemm spazju g\u0127al min jidhirlu li l-bnedmin m&#8217;humiex ugwali, li \u010berta kategorija ta&#8217; nies g\u0127andu jkollha drittijiet li ma jistg\u0127ux\u00a0 jitgawdew minn o\u0127rajn u li m&#8217;hemm xejn \u0127a\u017cin li wie\u0127ed jiddiskrimina bejn bniedem u ie\u0127or. \u0126sibijiet b\u0127al dawn iqabbdu t-triq fid-direzzjoni tal-kamp tal-kon\u010bentrament u m&#8217;g\u0127andu qatt ikun hemm kompromessi ma&#8217; min i\u0127addan dan it-twemmin.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 l-Ar\u010bisqof ma laqlaqx fi kliemu u qal \u010bar u tond li l-Knisja tiddisasso\u010bja ru\u0127\u0127a minn mat-tif\u0127ir insensat li g\u0127amel lil Norman Lowell il-qassis Kattoliku Mosti David Muscat. L-Ar\u010bisqof ma qg\u0127adx jog\u0127modha u sal-biera\u0127 wara nofsinhar g\u0127al \u0127abta tas-6.30 kien di\u0121\u00e0 xandar <em>tweet<\/em>. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/07\/fascist-cleric\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ji\u0121ifieri l-Ar\u010bisqof tkellem madwar tliet sieg\u0127at biss wara li jien xandart l-istorja fuq din il-<em>website<\/em><\/a>.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Il-Knisja tiddisasso\u010bja ru\u0127\u0127a minn mal-fehmiet ta&#8217; Fr David Muscat. Dawk l-ideolo\u0121iji li ji\u017cirg\u0127u l-mibg\u0127eda u d-diskriminazzjoni min\u0127abba r-razza jew il-kultura jmorru kontra t-tag\u0127lim tal-Knisja Kattolika. <a href=\"https:\/\/t.co\/UcwrNEYtrK\">pic.twitter.com\/UcwrNEYtrK<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) 31 ta&#8217; Lulju 2019<\/p><\/blockquote>\n<p>I\u017cda l-Ar\u010bisqof ma jistax jieqaf hawn. Tiskanta kif il-mibg\u0127eda tista&#8217; fa\u010bilment issib ru\u0127\u0127a timra\u0127 f&#8217;knisja li hi msejsa fuq it-teolo\u0121ija tal-im\u0127abba.<\/p>\n<p>Mhux il-bog\u0127od \u0127afna minn fejn joqg\u0127od David Muscat, tal-Knisja tal-Mosta qed i\u0127ejju g\u0127all-festa ta&#8217; Santa Marija li se ti\u0121i \u010belebrata \u0127mistax o\u0127ra.<\/p>\n<p>Bosta huma dawk il-voluntiera li jinsabu m\u0127abbtin bit-ti\u017cjin tal-knisja u t-toroq tal-lokalit\u00e0. Il-ka\u017cini tal-banda qeg\u0127din ukoll jonfqu l-flus li \u0121abru matul is-sena u qed jit\u0127ejja wkoll il-log\u0127ob tan-nar.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed minn dawn il-voluntiera huwa Leli Vella li fil-<em>Facebook<\/em> irringrazzja lil martu tal-pa\u010benzja li \u0127adet bih tul sena s\u0127i\u0127a sakemm \u0127adem in-nar li ser jintu\u017ca g\u0127all-festa. U dan in-nar lest li jisparah ad unur u glorja ta&#8217; Santa Marija.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Flelivella%2Fposts%2F10157022294640862&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"563\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>Nistedinkom tag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn sewwa lejn ir-ritratt tan-nar ma\u0127dum.<\/p>\n<p>Jaqaw dan ming\u0127alih ried ida\u0127\u0127ak? Jew ried jurina kemm hu gustu\u017c?<\/p>\n<p>In-nar ma\u0127dum il-g\u0127ala \u017c\u017cejjen bl-arma tan-na\u017cisti? Jaqaw hawn min ja\u0127seb li n-nazisti tat-Tielet <em>Reich<\/em> huma b&#8217;mod kompatibbli ma&#8217; dak li huwa meqjus b\u0127ala sagru?<\/p>\n<p>Forsi hawn min ser ig\u0127id li din kienet biss \u010bajta goffa. U li dawk il-Mostin li jidilettaw bil-log\u0127ob tan-nar m&#8217;g\u0127andhom ebda nostal\u0121ija g\u0127all-qerda tal-Lhud, tal-Pollakki, ta\u017c-\u017cingari u tal-omosesswali.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-medium wp-image-77615\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich-300x221.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"221\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich-200x148.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich-300x221.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich-400x295.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich-600x443.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich-768x567.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich-800x590.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Reichsadler_3._Reich-1200x885.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/><\/p>\n<p>Ma nafx. Ma nistax ng\u0127id. I\u017cda dawn imisshom jippruvaw jifhmu minn xiex kienu g\u0127addew in-nanniet u l-bu\u017cnanniet tag\u0127hom li fl-1942 kienu wkoll i\u010b\u010belebraw il-festa ta&#8217; Santa Marija.<\/p>\n<p>Min jaf jekk dawn kinux jie\u0127du pja\u010bir jaraw l-arma tan-na\u017cisti fuq nar li jkun in\u0127adem f&#8217;\u0121ie\u0127 Santa Marija?<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-kelma &#8216;mibg\u0127eda&#8217; qed tintu\u017ca ta&#8217; spiss. Meta nikkritika li xi \u0127add, xi drabi ni\u0121i mixli li jien bniedem mimli bil-mibg\u0127eda. Din ix-xilja s-soltu tasalli ming\u0127and dawk li lill-politi\u010bi mdorrijin jixg\u0127alulhom ix-xemg\u0127at quddiem ix-xbihat tag\u0127hom u jadurawhom. Allura f&#8217;mo\u0127\u0127 dawn in-nies, dawk li ma jin\u017clux g\u0127arkupptejhom biex jaduraw lill-politi\u010bi, ta&#8217; bilfors jobg\u0127oduhom. G\u0127alihom jew nejja jew [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":77618,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77640\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=77640"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77640\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":77645,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77640\/revisions\/77645\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/77618\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=77640"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=77640"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=77640"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}