{"id":77797,"date":"2019-08-07T15:32:46","date_gmt":"2019-08-07T13:32:46","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=77797"},"modified":"2019-08-17T04:11:40","modified_gmt":"2019-08-17T02:11:40","slug":"mhemm-xejn-illegali","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/08\/mhemm-xejn-illegali\/","title":{"rendered":"&#8220;M&#8217;hemm xejn illegali&#8221;"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-77794\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"576\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-1-169x300.jpeg 169w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-1-200x356.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-1-400x711.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/WhatsApp-Image-2019-01-06-at-18.38.00-1.jpeg 576w\" sizes=\"(max-width: 576px) 100vw, 576px\" \/><\/p>\n<p>Kull tant \u017cmien ikun je\u0127tie\u0121 li jer\u0121a&#8217; jittella&#8217; dan ir-ritratt.<\/p>\n<p>Din id-darba se nitkellem dwar Engelbert Grech li kien il-Kummissarju tal-Films \u2014 ji\u0121ifieri l-kap tal-entit\u00e0 governattiva li tippromwovi l-industrija tal-films \u2014 u li issa huwa sid ta&#8217; negozju privat li jipprovdi servizzi ta&#8217; produzzjoni tal-films g\u0127al produtturi internazzjonali.<\/p>\n<p>F&#8217;dan ir-ritratt huwa jidher fuq il-lemin estrem fa\u010b\u010bata tal-kap tal-kapijiet u tal-konsulent tieg\u0127u li jokkupa r-rwol kostituzzjonali ta&#8217; prim ministru.<\/p>\n<p>F&#8217;dan ir-ritratt ukoll jidher is-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u b\u0127ala Kummissarju tal-Films, Johann Grech. Dan huwa dak li jidher qed jitbaxxa ta\u0127t drieg\u0127 Kurt Farrugia li jidher fit-tarf tal-mejda (kos, min jaf huwiex bil-wieqfa fuq xi kaxxa tal-birra?).<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/migrant-extras-subjected-to-sickening-treatment-during-malta-film.727412\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Aqraw id-dettalji f&#8217;dan ir-rapport imxandar fit-<em>Times of Malta<\/em>.<\/a><\/p>\n<p>Min\u0127abba l-mod moq\u017cie\u017c li bi\u0127 \u0121ew trattati xi <em>extras<\/em> waqt il-\u0121bid tal-film, numru ta&#8217; <em>whistleblowers<\/em> kura\u0121\u0121ju\u017ci rri\u017cenjaw bi protesta. Ma&#8217; dawn l-<em>extras<\/em> Afrikani \u0121abu ru\u0127\u0127om b\u0127allikieku kienu lsiera f&#8217;xi g\u017cira fil-Karibew.<\/p>\n<p>M&#8217;hux bi \u0127siebni noqg\u0127od nid\u0127ol f&#8217;\u0127afna dettalji g\u0127ax ir-rapport imxandar fit-<em>Times of Malta<\/em> jitkellem wa\u0127du. Bi\u017c\u017cejjed wie\u0127ed isemmi li sa\u0127ansitra anki mat-tfal \u0121abu ru\u0127\u0127om b&#8217;im\u0121ieba tal-mist\u0127ija\u00a0 \u2014 \u0127allewhom neqsin mill-ikel u mix-xorb g\u0127al sig\u0127at twal u ma \u0127allewhomx jaqdu l-b\u017connijiet naturali tag\u0127hom.<\/p>\n<p>U b&#8217;daqshekk? Dawn mhux suwed jewwilla?<\/p>\n<p>Lit-<em>Times of Malta<\/em>, Engelbert Grech qalilha li \u201cma kien hemm xejn illegali\u201d &#8211; sku\u017ca konvenjenti li ta&#8217; spiss jo\u0127or\u0121u biha l-\u0127allelin. Dawn in-nies jafu li ma jista&#8217; g\u0127alihom \u0127add u l-alla tag\u0127hom huwa biss il-qlieg\u0127 tal-flus.<\/p>\n<p>Lit-<em>Times of Malta<\/em>, wie\u0127ed mill-\u0127addiema qalilha li \u201c\u0127ajjithom kienet fil-periklu. Kont imwerwer li seta&#8217; ji\u0121rilhom xi \u0127a\u0121a\u201d.<\/p>\n<p>Ta\u0127sbu li g\u0127ad jista&#8217; jkun hemm xi uffi\u010bjal tal-infurzar tal-li\u0121ijiet li se ja\u017c\u017carda jibg\u0127at g\u0127al Engelbert Grech meta jsir jaf g\u0127al-liema festini tal-Milied dan i\u0127obb jattendi? Ta\u0127sbu li Johann Grech se joqg\u0127od i\u0127abbel rasu biex ji\u017cgura li l-operaturi j\u0121ibu ru\u0127\u0127om b&#8217;mod xieraq mal-\u0127addiema, indipendentement mill-kulur tal-\u0121ilda tag\u0127hom?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kull tant \u017cmien ikun je\u0127tie\u0121 li jer\u0121a&#8217; jittella&#8217; dan ir-ritratt. Din id-darba se nitkellem dwar Engelbert Grech li kien il-Kummissarju tal-Films \u2014 ji\u0121ifieri l-kap tal-entit\u00e0 governattiva li tippromwovi l-industrija tal-films \u2014 u li issa huwa sid ta&#8217; negozju privat li jipprovdi servizzi ta&#8217; produzzjoni tal-films g\u0127al produtturi internazzjonali. F&#8217;dan ir-ritratt huwa jidher fuq il-lemin estrem [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":77794,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77797\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=77797"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77797\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":77831,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77797\/revisions\/77831\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/77794\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=77797"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=77797"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=77797"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}