{"id":77804,"date":"2019-08-07T15:02:54","date_gmt":"2019-08-07T13:02:54","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=77804"},"modified":"2019-08-17T04:12:45","modified_gmt":"2019-08-17T02:12:45","slug":"iz-zejt-tal-kuntrabandu-ghad-jitla-fwicc-l-ilma","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/08\/iz-zejt-tal-kuntrabandu-ghad-jitla-fwicc-l-ilma\/","title":{"rendered":"I\u017c-\u017cejt (tal-kuntrabandu) g\u0127ad jitla&#8217; f&#8217;wi\u010b\u010b l-ilma?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-77789\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/08\/Darren-Debono.jpg\" alt=\"\" width=\"200\" height=\"259\" \/><\/p>\n<p>Qed ise\u0127\u0127u affarijiet ta&#8217; barra minn hawn fil-ka\u017c ta&#8217; jinsab imda\u0127\u0127al fi\u0127 Darren Debono. L-awtoritajiet tal-Italja u tal-Istati Uniti qed isegwu l-passi tieg\u0127u. I\u017cda hu jidher li qed ji\u0121ri wara l-Gvern Malti minflok bil-kontra.<\/p>\n<p>Fl-Italja, <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/court_and_police\/85200\/darren_debono_hearing_in_catania_on_fuel_smuggling_racket_starts_this_week#.XUrKEC2B1Bw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">huwa ser ig\u0127addi \u0121uri fuq akku\u017ca ta&#8217; bejg\u0127 bil-kuntrabandu ta&#8217; \u017cjut u dan wara li nvestigazzjoni msejj\u0127a <em>Dirty<\/em> <em>Oil<\/em> immexxija mill-awtoritajiet Taljani xliet lilu u lil \u010bertu George Debono (ma ji\u0121ux minn xulxin) talli kienu s-sensara fil-bejg\u0127 ta&#8217; \u017cejt li ttie\u0127ed mil-Libja<\/a> u li n\u017camm fi m\u0127a\u017cen fl-Italja bil-g\u0127ajnuna tal-Mafja.\u00a0<a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-02-26\/local-news\/Darren-Debono-and-other-Maltese-listed-in-US-Treasury-sanctions-6736185349?src=ilaw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Isem Darren Debono, l-Istati Uniti ni\u017c\u017clitu fi <em>blacklist<\/em> ta&#8217; dawk so\u0121\u0121etti g\u0127as-sanzjonijiet u dan talli \u201ckien ta&#8217; theddida g\u0127all-pa\u010bi, g\u0127as-sigurt\u00e0 u l-istabilit\u00e0 tal-Libja\u201d<\/a> min\u0127abba s-sehem tieg\u0127u fil-bejg\u0127 bil-kuntrabandu ta\u017c-\u017cejt.<\/p>\n<p>Minkejja dan kollu u minkejja li allegatament huwa mexxa&#8217; l-attivitajiet illegali tieg\u0127u bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; vapuri re\u0121istrati f&#8217;Malta fl-ib\u0127ra territorjali Maltin &#8211; allegatament ukoll bil-koperazzjoni jew bis-sa\u0127\u0127a tal-g\u0127eluq ta&#8217; xi g\u0127ajn wa\u0127da mill-awtoritajiet Maltin &#8211; ma ttie\u0127du ebda passi kontri\u0127 fil-qorti mill-awtoritajiet Maltin.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad, b\u0127al sajjetta fil-bnazzi, fe\u0121\u0121et l-a\u0127bar li Malta qed tfittex li tapplika s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fuq \u010bittadini tag\u0127ha, inklu\u017c fuq Darren Debono. <a href=\"https:\/\/www.tvm.com.mt\/en\/news\/malta-requests-sanctions-on-two-maltese-men-in-the-fight-against-contraband-and-money-laundering\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">U l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ma damx wisq biex stqarr li din l-a\u0127bar hija prova tad-determinazzjoni ta&#8217; Malta li tissielet kontra l-kuntrabandu u l-\u0127asil ta&#8217; flejjes ma\u0127mu\u0121in.<\/a> Li hemm stramb huwa l-fatt li passi bil-qorti f&#8217;Malta baqg\u0127u ma ttie\u0127dux. Darren Debono g\u0127andu l-\u0121id f&#8217;Malta u huwa wkoll sid ta&#8217; ristorant li kien inbidillu ismu f&#8217;attentat li ja\u0127rab is-sanzjonijiet Amerikani. Aktar tard dawn is-sanzjonijiet \u0121ew a\u0121\u0121ustati bil-g\u0127an li jintlaqat dan ir-ristorant minkejja t-tibdil fl-isem.<\/p>\n<p>F&#8217;Malta i\u017cda, japplikaw il-li\u0121ijiet Maltin. M&#8217;hemmx dubju li Malta tkun obbligata li tapplika s-sanzjonijiet tan-NU, i\u017cda \u010bertament m&#8217;g\u0127andhiex b\u017conn ri\u017coluzzjoni tan-NU biex ti\u010b\u010baqlaq. Madankollu ma jidhirx li l-awtoritajiet Maltin bdew xi pro\u010bess biex ji\u0121u mixlija Darren Debono u l-kompli\u010bi tieg\u0127u u dan minkejja dak li l-gvern qal pubblikament fis-sens huwa mist\u0127oqq li dawn is-sanzjonijiet ji\u0121u applikati fuqhom.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/96268\/russia_blocks_malta_smuggling_sanctions_on_darren_debono#.XUrC1S2B1Bw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Aktar tard smajna li r-Russja ostakolat is-sanzjonijiet li talbet Malta<\/a> u mbag\u0127ad, bl-aktar mod kontradittorju, <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/malta-no-longer-seeking-sanctions-against-alleged-oil-smuggler-gordon.727234\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti qal li l-gvern m&#8217;g\u0127adux interessat li japplika s-sanzjonijiet kontra Darren Debono<\/a>.<\/p>\n<p>X&#8217;hemm wara dan it-ta\u0127wid kollu?<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/court_and_police\/96759\/debono_claims_us_want_info_on_pm_and_keith_schembri_over_russian_refuelling#.XUrA4i2B1Bw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Skont rapporti tal-qorti mxandra llum, l-avukati ta&#8217; Darren Debono qed ig\u0127idu li, fin-Nazzjonijiet Uniti, l-gvern Malti qed jipprova jintog\u0127\u0121ob mal-gvern Amerikan, li minn na\u0127a tieg\u0127u qieg\u0127ed jag\u0127mel pressjoni kbira biex jittie\u0127du passi kontra Darren Debono<\/a>. Tal-iskantament huwa l-fatt li Darren Debono qed jitlob lill-qorti f&#8217;Malta biex twaqqaf lin-Nazzjonijiet Uniti milli tapplika s-sanzjonijiet kontra tieg\u0127u jew b&#8217;xi mod twaqqaf lil Malta milli tikkonvin\u010bi lir-Russja biex ma tkomplix topponi talba g\u0127all-applikazzjoni tas-sanzjonijiet.<\/p>\n<p>Il-verit\u00e0 hi li f&#8217;din il-kwistjoni qorti Maltija tista&#8217; tag\u0127mel ftit li xejn u l-avukati ta&#8217; Darren Debono ma nafx x&#8217;jippretendu li tista&#8217; tag\u0127mel qorti Maltija. I\u017cda Debono sab ix-xoqqa f&#8217;moxtha biex jag\u0127mel stqarrija li tqanqal it-t\u0127assib. Hu u jispjega li l-gvern Malti \u010b\u010baqlaq biss g\u0127aliex kien ta\u0127t pressjoni mill-Amerikani, Darren Debono qal li l-Amerikani ppruvaw jag\u0127mlu pressjoni fuqu wkoll. <a href=\"https:\/\/www.newsbook.com.mt\/artikli\/2019\/07\/23\/darren-debono-asked-to-collaborate-with-the-us-embassy-in-malta\/?lang=en\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Fi stqarrija \u0121uramentata li g\u0127amel f&#8217;Lulju li g\u0127adda, Darren Debono qal li l-Amerikani kienu talbuh ig\u0127addilhom informazzjoni<\/a> dwar persuni mda\u0127\u0127la fit-traffikar tad-droga, dwar l-identit\u00e0 tal-klijenti tieg\u0127u li kienu mda\u0127\u0127la fil-bejg\u0127 ta&#8217; \u017cjut bil-kuntrabandu u dwar il-mod kif kien i\u0127allas lill-ba\u0127\u0127ara. Debono stqarr ukoll li l-Amerikani wieg\u0127duh li jrattbu l-\u0127ruxija tas-sanzjonijiet kemm il-darba jikkopera mag\u0127hom u jikxef dak kollu li kien jaf.<\/p>\n<p>Illum g\u0127amel pass ie\u0127or il-quddiem u stqarr li l-Amerikani talbuh jg\u0127addilhom informazzjoni dwar l-allegat involviment ta&#8217; Joseph Muscat u ta&#8217; Keith Schembri fil-kwistjoni dwar il-forniment ta&#8217; \u017cejt barra mill-ib\u0127ra territorjali lil bastimenti tal-gwerra Russi li kienu fi triqithom lejn is-Sirja li l-Prim Ministru ma kienx tahom permess jid\u0127lu fil-portijiet Maltin. Darren Debono stqarr li lill-Amerikani ma riedx ig\u0127addilhom informazzjoni g\u0127aliex \u201chuwa l-prim ministru tieg\u0127i, u jien m&#8217;jinix spjun\u201d.<\/p>\n<p>Din l-a\u0127\u0127ar stqarrija ta&#8217; Debono hi wa\u0127da li twa\u0127\u0127ax. Araw kif Darren Debono ma \u010ba\u0127adx li huwa jaf li Joseph Muscat kien imda\u0127\u0127al fil-kwistjoni dwar il-forniment illegali ta&#8217; \u017cjut lil bastimenti tal-gwerra Russi u dan wara li, b&#8217;mod mill-aktar pubbliku, rrifjuta l-permess lil dawn il-bastimenti biex jid\u0127lu fl-ib\u0127ra Maltin. Minn dan kollu ma \u010ba\u0127ad xejn u stqarr li l-Amerikani talbuh ig\u0127addilhom informazzjoni, \u0127a\u0121a li rrifjuta li jag\u0127mel g\u0127aliex \u201cJoseph Muscat huwa l-prim ministru tieg\u0127u u jien m&#8217;jinix spjun\u201d.<\/p>\n<p>Hemm ukoll kwistjoni o\u0127ra. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2017\/05\/last-week-fraudster-today-shes-bond-girl\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Meta f&#8217;Mejju 2017, kienet inkixfet l-identit\u00e0 tal-<em>whistleblower<\/em> fil-<em>Pilatus<\/em> <em>Bank<\/em>, Joseph Muscat kien stqarr li kellu s-suspett li din il-mara Russa kienet a\u0121ent tal-gvern Russu\u00a0<\/a> u li din kienet qed tipprova tiddistabilizza lill-gvern ta&#8217; Malta bi tpattija g\u0127ad-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127u li ma jippermettix bastimenti tal-gwerra Russi jid\u0127lu f&#8217;Malta. Dak i\u017c-\u017cmien, bosta kienu dawk li lil din l-istqarrija ma tantx tawha pi\u017c. Dak i\u017c-\u017cmien seta&#8217; kellu affarijiet o\u0127ra f&#8217;mo\u0127\u0127u minbarra l-Egrant.<\/p>\n<p>Dak li jog\u0127\u0121bu jistqarr Darren Debono \u010bertament m&#8217;huwiex van\u0121elu. Dan huwa bniedem li, kemm il-darba jinstab \u0127ati fl-Italja tal-akku\u017ci li jinsab mixli bihom, ikollu jiffa\u010b\u010bja konsegwenzi serji. Barra minn dan, g\u0127andu wkoll ma&#8217; wi\u010b\u010bu s-sanzjonijiet Amerikani li qed ixekklu lilu u lin-negozji tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Madankollu, Darren Debono wera&#8217; li f&#8217;Malta ma jista&#8217; g\u0127alih \u0127add u <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/06\/darren-debono-awaiting-italian-trial-for-smuggling-sits-on-maltese-premier-footy-committee\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">sa\u0127ansitra \u0121ie nga\u0121\u0121jat b\u0127ala <em>manager<\/em> ta&#8217; klabb tal-<em>football<\/em> lokali<\/a>.<\/p>\n<p>Illum fil-qorti Darren Debono kompla waqqa&#8217; l-kredibilit\u00e0 ta&#8217; Joseph Muscat meta stqarr li l-prim ministru jinsab ta\u0127t pressjoni kbira mill-awtoritajiet Amerikani biex jikkopera mag\u0127hom u dan biex jevita li jispi\u010b\u010ba fi\u010b-\u010bentru tal-attenzjoni huwa stess.<\/p>\n<p>F&#8217;dan il-kuntest huma ferm sinjifikanti l-kummenti li g\u0127adda dan l-a\u0127\u0127ar f&#8217;Malta l-assistent segretarju tal-istat Amerikan dwar l-iffinanzjar tat-terrori\u017cmu u tal-kriminalit\u00e0 finanzjarja Marshall Billingslea <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/need-for-malta-us-to-collaborate-on-corporate-formation-process.726769\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">meta tkellem ma&#8217; Jacob Borg tat-<em>Times of Malta<\/em>. Jacob Borg kiteb li<\/a> \u201c\u0127afna drabi tittie\u0127ed azzjoni lokalment meta tin\u0121ibed l-attenzjoni tal-gvern minn awtoritajiet barranin. Per e\u017cempju, fil-ka\u017c ta&#8217; Darren u George Debono, l-azzjoni li ttie\u0127det lokalment g\u0127andha l-g\u0127eruq tag\u0127ha fl-investigazzjoni li saret fl-Italja\u201d. U Marshall Billingslea, wara li tkellem dwar il-kumplessit\u00e0 ta&#8217; l-attivitajiet li kien imda\u0127\u0127al fihom Darren Debono, stqarr li \u201cl-awtoritajiet Maltin, b&#8217;inizjattiva tag\u0127hom stess, je\u0127tie\u0121 li jmexxu bi pro\u010beduri fil-qorti f&#8217;Malta stess. Din hi r-ra\u0121uni il-g\u0127ala ninsab hawn: biex nara kif nista&#8217; ng\u0127in biex jittie\u0127du l-azzjonijiet me\u0127tie\u0121a\u201d.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Qed ise\u0127\u0127u affarijiet ta&#8217; barra minn hawn fil-ka\u017c ta&#8217; jinsab imda\u0127\u0127al fi\u0127 Darren Debono. L-awtoritajiet tal-Italja u tal-Istati Uniti qed isegwu l-passi tieg\u0127u. I\u017cda hu jidher li qed ji\u0121ri wara l-Gvern Malti minflok bil-kontra. Fl-Italja, huwa ser ig\u0127addi \u0121uri fuq akku\u017ca ta&#8217; bejg\u0127 bil-kuntrabandu ta&#8217; \u017cjut u dan wara li nvestigazzjoni msejj\u0127a Dirty Oil immexxija [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":77789,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77804\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=77804"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77804\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":77832,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/77804\/revisions\/77832\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/77789\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=77804"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=77804"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=77804"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}