{"id":78424,"date":"2019-09-09T13:55:51","date_gmt":"2019-09-09T11:55:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=78424"},"modified":"2019-09-11T11:45:04","modified_gmt":"2019-09-11T09:45:04","slug":"qaddej-talla","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/09\/qaddej-talla\/","title":{"rendered":"Qaddej t&#8217;Alla"},"content":{"rendered":"<p>Dun David Muscat bil-mod il-mod qed isir il-kelliem ewlieni tal-partit Na\u017cist ta&#8217; Malta, l-Imperium Europa.<\/p>\n<p>G\u0127all-festa tat-8 ta&#8217; Settembru huwa mexxa delegazzjoni tal-partit fondat minn Norman Lowell lejn il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir u &#8220;indirizza&#8221; lil dawk li kellu quddiemu liebes l-ilbies ta&#8217; sa\u010berdot hu u jxejjer kuruna tar-ru\u017carju f&#8217;idu fl-istil ta&#8217; Matteo Salvini.<\/p>\n<p><iframe src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/X9fH9Fop538\" width=\"560\" height=\"315\" frameborder=\"0\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p>Fuq ix-xellug tieg\u0127u kellu ra\u0121el ta&#8217; madwar sittin sena li kien jixba\u0127 statwa tax-xama&#8217; u \u0121uvnott ta&#8217; madwar g\u0127oxrin sena li f&#8217;rasu kellu pettinatura stil <em>Hitler-Jugend<\/em> li ma setax ja\u0127bi t-tbissim fuq xufftejh hekk kif David Muscat qal li \u201cs-suwed\u201d huma xbiha t&#8217;Alla.<\/p>\n<p>David Muscat ma qabilx mal-g\u0127a\u017cla li saret mill-gvern ta&#8217; Dr Abdalla Kablan, g\u0127alliem fl-Universit\u00e0 ta&#8217; Malta, biex jag\u0127mel id-diskors ta&#8217; din is-sena waqt i\u010b-\u010berimonja uffi\u010bjali tat-8 ta&#8217; Settembru.<\/p>\n<p>Huwa o\u0121\u0121ezzjoni g\u0127al din l-g\u0127a\u017cla min\u0127abba l-fatt li\u00a0<a href=\"https:\/\/www.um.edu.mt\/profile\/abdallakablan\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dr Kablan jifhem fil-\u201ccomputational finance\u201d<\/a>, qasam li g\u0127andu x&#8217;jaqsam mas-settur finanzjarju li dwaru David Muscat g\u0127andu \u0127afna ri\u017cervi.<\/p>\n<p>I\u017cda din ma kinitx l-unika ra\u0121uni il-g\u0127ala m&#8217;g\u0127o\u0121bitux l-g\u0127a\u017cla ta&#8217; Dr Kablan.<\/p>\n<p>Skont hu, ir-ra\u0121uni ewlenija hi li l-&#8220;antenati&#8221; ta&#8217; Dr Kablan kienu g\u0127edewwa li kienu assedjaw lil Malta waqt l-Assedju l-Kbir. G\u0127alih Kablan huwa \u0127ati tad-dnub ori\u0121inali tal-\u0121ens u tar-razza tieg\u0127u.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm David Muscat ji\u010b\u0127ad, dan m&#8217;huwa xejn \u0127lief razzi\u017cmu.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, David Muscat ma jistax jag\u0127ti garanzija li huwa stess m&#8217;huwiex xi dixxendent ta&#8217; bag\u0127al li kien \u0121ie fid-dinja bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; xi suldat Ottoman tal-armata ta&#8217; Dragut Rais.<\/p>\n<p>Anki jekk ikun liebes kullar sa\u010berdotali u f&#8217;idejh ikollu kuruna tar-ru\u017carju hu u jag\u0127mel riferenza g\u0127all-Madonna, min jikkundanna lil \u0127addie\u0127or g\u0127ax ji\u0121i asso\u010bjat ma&#8217; dak li se\u0127\u0127 \u0127ames sekli ilu minn persuni ta&#8217; razza differenti, m&#8217;hu xejn \u0127lief razzist.<\/p>\n<p>David Muscat ibati mill-marda tal-i\u017clamofobija. U, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, huwa njorant tal-prima klassi. Hekk kif beda&#8217; jitkellem, lill-\u0121emg\u0127a qalilha li g\u0127andna tliet ommijiet: l-ewwel dik li \u0121abitna fid-dinja, it-tielet il-Ver\u0121ni li hemm fis-smewwiet u t-tieni l-\u201cpatrija\u201d tag\u0127na. Jekk xejn, Patrija g\u0127andha tkun missier, Dun David.<\/p>\n<p>Aktar tard lissen isem Dr Kablan g\u0127al diversi drabi b&#8217;ton sarkastiku u razzista g\u0127all-a\u0127\u0127ar li lin-nies jikklassifikahom skond kemm wie\u0127ed ikun jista&#8217; jippronuzja isimhom ming\u0127ajr diffikult\u00e0. Isem Dr Kablan huwa Abdalla, qaddej ta&#8217; Alla. Isem li \u010bertament ma jixraqx lil Dun David Muscat.<\/p>\n<p>Napprezza li l-Knisja hi \u0127erqana li lil dan is-sa\u010berdot faxxist ma tag\u0127mlux martri. I\u017cda l-verit\u00e0 hi li dan il-bniedem m&#8217;huwiex jag\u0127mel \u0121id lill-Knisja.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dun David Muscat bil-mod il-mod qed isir il-kelliem ewlieni tal-partit Na\u017cist ta&#8217; Malta, l-Imperium Europa. G\u0127all-festa tat-8 ta&#8217; Settembru huwa mexxa delegazzjoni tal-partit fondat minn Norman Lowell lejn il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir u &#8220;indirizza&#8221; lil dawk li kellu quddiemu liebes l-ilbies ta&#8217; sa\u010berdot hu u jxejjer kuruna tar-ru\u017carju f&#8217;idu fl-istil ta&#8217; Matteo Salvini. Fuq ix-xellug tieg\u0127u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":78371,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/78424\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=78424"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/78424\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":78443,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/78424\/revisions\/78443\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/78371\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=78424"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=78424"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=78424"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}