{"id":79050,"date":"2019-09-30T16:34:33","date_gmt":"2019-09-30T14:34:33","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=79050"},"modified":"2019-10-01T09:44:21","modified_gmt":"2019-10-01T07:44:21","slug":"il-gvern-ma-kienx-qal-li-kien-qed-jikkonsulta-mal-kunsill-tal-ewropa-dwar-l-inkjesta-daphne","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/09\/il-gvern-ma-kienx-qal-li-kien-qed-jikkonsulta-mal-kunsill-tal-ewropa-dwar-l-inkjesta-daphne\/","title":{"rendered":"Il-gvern ma kienx qal li kien qed jikkonsulta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-inkjesta Daphne?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-79046\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/09\/107532020_ec24307b-93f8-42db-8611-7f56e1057fd5.jpg\" alt=\"\" width=\"660\" height=\"375\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/09\/107532020_ec24307b-93f8-42db-8611-7f56e1057fd5-200x114.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/09\/107532020_ec24307b-93f8-42db-8611-7f56e1057fd5-300x170.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/09\/107532020_ec24307b-93f8-42db-8611-7f56e1057fd5-400x227.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/09\/107532020_ec24307b-93f8-42db-8611-7f56e1057fd5-600x341.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/09\/107532020_ec24307b-93f8-42db-8611-7f56e1057fd5.jpg 660w\" sizes=\"(max-width: 660px) 100vw, 660px\" \/><\/p>\n<p>Jaqaw dawn kienu kkonsultaw mad-deputat gwardjan tal-latrina fejn jinqdew il-\u0127addiema li ja\u0127dmu fil-k\u010bina?<\/p>\n<p>Ibqg\u0127u \u010berti li naqsu li jikkonsultaw mal-Kumitat legali u tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa jew mar-<em>rapporteur<\/em> spe\u010bjali li n\u0127atar minn dak il-Kumitat u li mbag\u0127ad \u0121ie konfermat mill-Assemblea Parlamentari. Dan sirna nafuh g\u0127aliex illum lil tal-Kumitat Pieter Omtzigt qalilhom li \u201cil-mod kif \u0121ie kostitwit il-bord tal-inkjesta ma jil\u0127aqx l-aspettattivi tal-Assemblea\u201d.<\/p>\n<p>U f&#8217;dikjarazzjoni li g\u0127amel illum, il-Kumitat qabel mal-fehma tar-rapporteur tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Allura dawn ma&#8217; min ikkonsultaw?<\/p>\n<p>Dawn kienu qalu li damu tliet xhur s\u0127a\u0127 i\u0127ammu sakemm il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet skada \u017c-\u017cmien mog\u0127ti mill-Kunsill tal-Ewropa g\u0127aliex riedu jsibu kompromess dwar dak li kien qed jistenna&#8217; ming\u0127andhom il-Kunsill. I\u017cda l-aspettativi tal-Kunsill jidher li ma ntla\u0127qux u er\u0121ajna koppi g\u0127as-sitwazzjoni li konna fiha tliet xhur ilu. Jew er\u0121ajna lura g\u0127al dik il-famu\u0127a intervista li l-prim ministru kien g\u0127amel ma&#8217; Christiane Amanpour li fiha, bi tbissima fuq fommu, kien wieg\u0127ed li kien ser isir min kollox biex jinstab tarf l-assassinju. Mhux hekk tg\u0127id!<\/p>\n<p>Fl-istqarrija tieg\u0127u tal-lum, il-gvern re\u0121a&#8217; qal li m&#8217;g\u0127andux fidu\u010bja f&#8217;Pieter Omtzigt g\u0127aliex darba fost o\u0127rajn kien ippermetta lil xi \u0127add jitkellem f&#8217;laqg\u0127a pubblika dwar l-isplu\u017cjoni tal-ajruplan MH17 li rri\u017culta wara li ma kien jaf xejn dwar il-ka\u017c.<\/p>\n<p>Allura l-gvern m&#8217;g\u0127andux grazzja ma&#8217; Pieter Omtzigt. I\u017cda dan kollu x&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam mal-kwistjoni tla-kompo\u017cizzjoni tal-bord tal-inkjesta? Dawn kemm il-darba kienu g\u0127amlu minn kollox biex jippruvaw itajjru\u0127 u kull darba sabu oppo\u017cizzjoni minn na\u0127a tal-entitajiet tal-Kunsill tal-Ewropa.<\/p>\n<p>Il-gvern je\u0127tie\u0121 ida\u0127\u0127alha f&#8217;rasu li sakemm il-Kunsill tal-Ewropa jibqa&#8217; jkollu fidu\u010bja f&#8217;Pieter Omtzigt, irid jew ma jridx ikollu ta&#8217; bilfors ja\u0127dem mieg\u0127u.<\/p>\n<p>Ikun a\u0127jar jekk i\u0127affu g\u0127aliex bid-dikjarazzjonijiet, l-azzjonijiet u l-qerq tag\u0127hom, is-sitwazzjoni mill-\u0127a\u017cin qed tmur g\u0127all-ag\u0127ar.<\/p>\n<p>Pieter Omtzigt wera&#8217; l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u g\u0127all-osservazzjonijiet li saru hawn Malta metal -gvern \u0127abbar il-\u0127atriet g\u0127al fuq il-bord tal-inkjesta. Ian Refalo hu l-avukat ta&#8217; Adrian Hillman u tal-FIAU u Anthony Abela Medici ji\u0121bed paga ming\u0127and il-gvern. Dawn huma ra\u0121unijiet li g\u0127andhom jiskwalifikawhom milli jservu fuq il-bord.<\/p>\n<p>Il-gvern gideb meta stqarr li kien ikkonsulta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-\u0127atriet. Lanqas mal-familja m\u0121arrba ma kkonsultaw.<\/p>\n<p>U issa skadew it-tliet xhur mog\u0127tija lill-gvern Malti mill-Assemblea Parlamentari u xorta bqajna ming\u0127ajr l-inkjesta pubblika u indipendenti.<\/p>\n<p>Diffi\u010bli timma\u0121ina li g\u0127ad qatt jista&#8217; jkollna inkjesta b\u0127al din.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jaqaw dawn kienu kkonsultaw mad-deputat gwardjan tal-latrina fejn jinqdew il-\u0127addiema li ja\u0127dmu fil-k\u010bina? Ibqg\u0127u \u010berti li naqsu li jikkonsultaw mal-Kumitat legali u tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa jew mar-rapporteur spe\u010bjali li n\u0127atar minn dak il-Kumitat u li mbag\u0127ad \u0121ie konfermat mill-Assemblea Parlamentari. Dan sirna nafuh g\u0127aliex illum lil tal-Kumitat Pieter Omtzigt qalilhom li \u201cil-mod kif \u0121ie [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":79047,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/79050\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=79050"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/79050\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":79051,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/79050\/revisions\/79051\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/79047\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=79050"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=79050"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=79050"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}