{"id":8022,"date":"2018-06-04T06:44:36","date_gmt":"2018-06-04T04:44:36","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8022"},"modified":"2018-06-04T18:51:19","modified_gmt":"2018-06-04T16:51:19","slug":"kif-igib-ruhu-l-hati","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/kif-igib-ruhu-l-hati\/","title":{"rendered":"Kif i\u0121ib ru\u0127u l-\u0127ati"},"content":{"rendered":"<p>Il-mod kif \u0121ab ru\u0127u Chris Cardona hu u jipprova j\u017comm fil-wi\u010b\u010b wara li \u0127arrek lil Daphne Caruana Galizia meta din 17-il xahar ilu xandret l-a\u0127bar li kien f&#8217;burdell m&#8217;hu xejn \u0127lief komportament ta&#8217; min fil-fatt huwa \u0127ati.<\/p>\n<p>Min ikun inno\u010benti jid\u0127ol il-qorti, i\u0121ib ir-ra\u0121unijiet g\u0127aliex \u0127assu libellat, jippre\u017centa l-provi biex jirribatti dak li jkun \u0121ie mixli bi\u0127, jesprimi g\u0127adab u jitlob rimedju mill-aktar fis possibbli.<\/p>\n<p>Min ikun \u0127ati jhedded, ji\u017c\u017cer\u017caq, jiskansa u jigdeb. U jag\u0127mel minn kollox biex jipprova jintimida.<\/p>\n<p>G\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar 8 xhur, Chris Cardona naqas li jattendi g\u0127as-seduti tal-Qorti f&#8217;dan il-ka\u017c. I\u017cda m&#8217;a\u017c\u017cardax i\u010bedi l-kaw\u017ca ta&#8217; libell li kien g\u0127amel kontra Daphne Caruana Galizia biex \u017cgur \u0127add ma jifhem pass b\u0127al dan b\u0127ala xi forma ta&#8217; ammissjoni.<\/p>\n<p>I\u017cda l-avukati tieg\u0127u g\u0127amlu kull xorta ta&#8217; pressjoni biex il-werrieta tag\u0127ha jaqblu li ti\u0121i \u010beduta l-kaw\u017ca dment li ssir xi forma ta&#8217; apolo\u0121ija.<\/p>\n<p>U, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, ta&#8217; Caruana Galizia ma kinux lesti li jag\u0127mlu dan.<\/p>\n<p>Nhar il-\u0126amis li g\u0127adda, Chris Cardona u l-avukati tieg\u0127u re\u0121g\u0127u rrikorrew g\u0127all-pressjoni.<\/p>\n<p>Dawn issottomettew ir-ritratt li qed jidher hawn isfel bil-g\u0127an li jo\u0127olqu storja \u0121dida li tg\u0127id li Daphne Caruana Galizia &#8211; din id-darba mhux g\u0127ax kienet gidbet u li vvintat kollox &#8211; kienet \u0121iet ingannata mill-g\u0127ejjun tag\u0127ha li qatt ma setg\u0127u jkunu jafu fejn kien Chris Cardona. U dan g\u0127aliex il-messa\u0121\u0121 li ntbag\u0127tilha li kien infurmaha li Chris Cardona kien f&#8217;burdell \u0120ermani\u017c kien intbg\u0127at lilha minn xi \u0127add minn Malta. U b\u0127ala &#8220;prova&#8221; xandru dan ir-ritratt.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-7912\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/Rikors-ta-Dr.-Joseph-Gerada-page-003.jpg\" alt=\"\" width=\"1754\" height=\"1242\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/Rikors-ta-Dr.-Joseph-Gerada-page-003-300x212.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/Rikors-ta-Dr.-Joseph-Gerada-page-003-381x270.jpg 381w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/Rikors-ta-Dr.-Joseph-Gerada-page-003-768x544.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/Rikors-ta-Dr.-Joseph-Gerada-page-003.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1754px) 100vw, 1754px\" \/><\/p>\n<p>Dan ir-ritratt mhuwiex prova dwar mil-liema pajji\u017c intbag\u0127at. Veru li g\u0127andu numru Malti i\u017cda dan ma jfissirx li ntbag\u0127at minn Malta &#8211; ir-<em>roaming<\/em> g\u0127alhekk qieg\u0127ed.<\/p>\n<p>Ir-ritratt jindika wkoll id-data tal-31 ta&#8217; Jannar u wie\u0127ed irid jiftakar li Daphne Caruana Galizia kienet xandret ir-rapport skandalu\u017c tag\u0127ha dwar i\u017c-\u017cjarat ta&#8217; Chris Cardona fil-burdell fit-30 ta&#8217; Jannar. Kien dakinhar li kienet xandret dettalji dwar it-tpin\u0121ija li g\u0127andu fuq \u0121ismu, dwar id-dag\u0127a li lissen waqt li kien ta\u0127t do\u010b\u010ba bl-ilma kiesa\u0127 u dwar dettalji o\u0127rajn ja\u0127arqu.<\/p>\n<p>Ir-ritratt jindika li dan ittie\u0127ed minn <em>screen<\/em> ta&#8217; min kien bg\u0127at il-messa\u0121\u0121 (l-g\u0127ajn) u mhux ta&#8217; min kien ir\u010bevi\u0127 (Daphne Caruana Galizia) u dan g\u0127aliex il-messa\u0121\u0121i ta&#8217; min jibg\u0127at dejjem ikunu fuq in-na\u0127a tal-lemin.<\/p>\n<p>Diffi\u010bli wie\u0127ed jifhem ir-ra\u0121uni g\u0127aliex l-g\u0127ejjun &#8211; li evidentement \u0127adu l-prekawzjonijiet kollha biex jg\u0127attu l-identit\u00e0 tag\u0127hom &#8211; g\u0127all-g\u0127arrieda jidde\u010biedew li jg\u0127addu r-ritratt lill-avukati ta&#8217; Chris Cardona. Sakemm Chris Cardona ma ffalsifikax lil dawn il-messa\u0121\u0121i jew lir-ritratt wara li Daphne Caruana Galizia kienet xandret l-ewwel rapport tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Ir-ritratt mhuwiex prova li l-messa\u0121\u0121i huma awtenti\u010bi. U, forsi intenzjonalment,\u00a0 qed jitolbu l-impossibbli meta jitolbu lill-qorti \u0121\u0121ieg\u0127el lill-operaturi biex jippre\u017centaw il-provi 17 il-xahar wara l-fatt.<\/p>\n<p>Hawn jidher messa\u0121\u0121 li \u0127ejjejt jien u nista&#8217; nassigurakom li dan huwa falz g\u0127ax g\u0127amiltu jien stess.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8005\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-01-at-15.12.14.jpeg\" alt=\"\" width=\"900\" height=\"1600\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-01-at-15.12.14-152x270.jpeg 152w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-01-at-15.12.14-169x300.jpeg 169w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-01-at-15.12.14.jpeg 576w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/WhatsApp-Image-2018-06-01-at-15.12.14-768x1365.jpeg 768w\" sizes=\"(max-width: 900px) 100vw, 900px\" \/><\/p>\n<p>I\u017cda l-bu\u017cillis hu li l-\u0126amis filg\u0127axija il-gvern xandar stqarrija permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni li permezz tag\u0127ha qal li Chris Cardona ma kienx deher il-qorti g\u0127aliex kellu x&#8217;jag\u0127mel.<\/p>\n<p>I\u017cda mbag\u0127ad qalu: &#8220;jidher li l-avukat tal-akku\u017cati \u0127ataf l-opportunit\u00e0 biex jitlob li l-akku\u017cati, f&#8217;dan il-ka\u017c il-werrieta ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, ji\u0121u liberati mill-akku\u017ci mi\u0121juba kontrihom u l-Ma\u0121istrat Francesco Depasquale dde\u010bieda li jikkan\u010bella l-kaw\u017ci mil-lista li kellu quddiemu.&#8221;<\/p>\n<p>Araw ftit il-lingwa\u0121\u0121 li w\u017caw. Il-kelma &#8220;konvenut&#8221; tintu\u017ca g\u0127al min ikun im\u0127arrek f&#8217;kaw\u017ca \u010bivili u l-g\u0127a\u017cla tal-kliem &#8220;akku\u017cati&#8221; u &#8220;jilliberaw lill-akku\u017cati mill-akku\u017ci mi\u0121juba kontrihom&#8221; saret biex tqarraq b&#8217;mod malizzju\u017c.<\/p>\n<p>E\u017cattament dwar xiex setg\u0127u \u0121ew mixlija Matthew, Andrew u Paul Caruana Galizia? Dawn qed ji\u0121u mixlija li gidbu? Dawn qed ji\u0121u mixlija li llibellaw lil Chris Cardona? Dawn qed ji\u0121u mixlija li \u0121ibdu ritratt mill-<em>mobile<\/em> tal-g\u0127ejjun u li mbag\u0127ad g\u0127addewh lill-avukati ta&#8217; Chris Cardona?<\/p>\n<p>Il-fatt li r-ra\u0121el u wlied Daphne Caruana Galizia wirtu din il-kaw\u017ca ta&#8217; libell flimkien ma&#8217; o\u0127rajn huwa konsegwenza tal-fatt li l-kaw\u017ci ta&#8217; libell huma kaw\u017ci \u010bivili u l-kaw\u017ci \u010bivili jintirtu b\u0127ad-djun.<\/p>\n<p>I\u017cda l-u\u017cu tal-istrutturi tal-istat\u00a0 &#8211;\u00a0 b\u0127alma huma l-istqarrijiet uffi\u010bjali u t-ta\u0127rikiet kontra tlitt ir\u0121iel li ma jistg\u0127ux jixhdu g\u0127ax ig\u0127ixu barra &#8216;l pajji\u017c u ma jafu xejn dwar il-ka\u017c\u00a0 &#8211; minn Malta\u00a0 \u2014 m&#8217;hu xejn \u0127lief att ta&#8217; intimidazzjoni sfa\u010b\u010bata minn na\u0127a tal-istat.<\/p>\n<p>U hija wkoll ksur tad-drittijiet umani tal-istess tlitt ir\u0121iel.<\/p>\n<p>I\u017cda min hu \u0127ati jippretendi li d-drittijiet qeg\u0127din hemm g\u0127alih biss.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/FjP6nRB0TsU?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-mod kif \u0121ab ru\u0127u Chris Cardona hu u jipprova j\u017comm fil-wi\u010b\u010b wara li \u0127arrek lil Daphne Caruana Galizia meta din 17-il xahar ilu xandret l-a\u0127bar li kien f&#8217;burdell m&#8217;hu xejn \u0127lief komportament ta&#8217; min fil-fatt huwa \u0127ati. Min ikun inno\u010benti jid\u0127ol il-qorti, i\u0121ib ir-ra\u0121unijiet g\u0127aliex \u0127assu libellat, jippre\u017centa l-provi biex jirribatti dak li jkun \u0121ie [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8006,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8022\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8022"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8022\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8085,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8022\/revisions\/8085\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8006\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8022"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8022"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8022"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}