{"id":8060,"date":"2018-06-04T08:41:41","date_gmt":"2018-06-04T06:41:41","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8060"},"modified":"2018-06-04T18:48:59","modified_gmt":"2018-06-04T16:48:59","slug":"ir-ragunijiet-ghala-l-pn-jinsab-daqshekk-minn-taht-li-mghandhomx-xjaqsmu-ma-adrian-delia","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/ir-ragunijiet-ghala-l-pn-jinsab-daqshekk-minn-taht-li-mghandhomx-xjaqsmu-ma-adrian-delia\/","title":{"rendered":"Ir-ra\u0121unijiet g\u0127ala l-PN jinsab daqshekk minn ta\u0127t (li m&#8217;g\u0127andhomx x&#8217;jaqsmu ma&#8217; Adrian Delia)"},"content":{"rendered":"<p>Il-Partit Nazzjonalista kellu <a href=\"http:\/\/netnews.com.mt\/2018\/06\/03\/ritratti-laqgha-mill-isbah-fhaz-zabbar\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">laqg\u0127a tajba f&#8217;\u0126a\u017c-\u017babbar il-biera\u0127 g\u0127allinqas kif jidher mit-tbissim fuq wi\u010b\u010b dawk li jidhru\u00a0<\/a>fir-ritratti.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8030\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/Kap-Zabbar-31.jpg\" alt=\"\" width=\"4912\" height=\"2920\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/Kap-Zabbar-31-300x178.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/Kap-Zabbar-31-454x270.jpg 454w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/Kap-Zabbar-31-768x457.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/Kap-Zabbar-31.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 4912px) 100vw, 4912px\" \/><\/p>\n<p>Wa\u0127da mill-aktar sitwazzjonijiet ibsin g\u0127al kull politiku tasal kull meta, jkunu xi jkunu \u010b-\u010birkostanzi, jkollhom i\u017commu espressjoni kalma fuq wi\u010b\u010bhom. Jibdew bil-kolazzjon bis-smig\u0127 tal-<em>Vesti la Giubba<\/em> u bil-qari tal-<em>Malta Today<\/em> qabel jaqbdu t-triq li twassal biex i\u017commu \u0127ajjin l-aspettattivi g\u0127oljin tal-partitarji tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Ir-<a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/data_and_surveys\/87293\/trust_gap_widens_as_muscat_recovers_lost_ground#.WxTdrS-B1Bw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">raba&#8217; kampjun imxandar kull xahar<\/a> in fila jikkonferma li Joseph Muscat ma tilef xejn mill-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u minkejja nuqqasijiet rekord f&#8217;dik li hi governanza tajba u minkejja l-korruzzjoni. U minkejja n-nuqqasijiet rekord f&#8217;dik li hi governanza tajba u f&#8217;dik li hi korruzzjoni, l-appo\u0121\u0121 g\u0127al Adrian Delia m&#8217;huwiex ji\u017cdied.<\/p>\n<p>G\u0127al kull persuna li esprimiet fidu\u010bja f&#8217;Adrian Delia, hemm tnejn li jesprimu fidu\u010bja f&#8217;Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Aktar minn disa&#8217; persuni minn kull g\u0127axra li s-sena l-o\u0127ra vvutaw Labour iddikjaraw li hekk bi \u0127siebhom jer\u0121g\u0127u jivvutaw, \u0127a\u0121a mhux tas-soltu g\u0127al gvern li jkun jinsab fl-ewwel sena tat-tieni le\u0121islatura tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Sitt persuni biss minn kull g\u0127axra li vvutaw PN is-sena l-o\u0127ra ddikjaraw li bi \u0127siebhom jer\u0121g\u0127u jivvutaw PN.<\/p>\n<p>Numru \u017cg\u0127ir \u0127afna minn dawk li vvutaw PN fl-2017 qalu li issa jkunu lesti jivvutaw Labour. Il-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira ddikjaraw li mhux se jivvutaw jew li g\u0127adhom ma dde\u010bidewx.<\/p>\n<p>Dan huwa r-raba&#8217; kampjun in fila u anke f&#8217;dawn il-livelli ma jidher li ma te\u017cisti ebda xejra ta&#8217; titjib, \u017cg\u0127ira kemm hi \u017cg\u0127ira, fl-appo\u0121\u0121 g\u0127all-PN.<\/p>\n<p>Minkejja l-\u0127afna teoriji u argumenti li x&#8217;u\u0127ud iqanqlu privatament, il-qarrejja tat-tip minn Tas-Sliema ta&#8217; Daphne Caruana Galizia \u2014 il-famu\u017ci hekk imsejj\u0127a &#8220;elitisti&#8221; \u2014 ma jammontawx g\u0127al 35% ta&#8217; dawk li vvutaw PN fl-2017. Dan qed jing\u0127ad la min\u0127abba kwistjonijiet ta&#8217; \u0121ografija (id-differenzi bejn dawk li vvutaw PN fl-2017 minn na\u0127a ta&#8217; fuq u dawk minn na\u0127a ta&#8217; isfel huma sottili u mhux \u010bari) u lanqas min\u0127abba limitazzjonijiet kulturali.<\/p>\n<p>Kuntrarjament g\u0127all-mod kif qed jirra\u0121unaw w\u0127ud o\u0127ra, dan ir-ri\u017cultat ma n\u0127oloqx tort ta&#8217; xi qasma fil-grupp parlamentari jew, anqas u anqas, min\u0127abba l-kritika ta&#8217; xi blogger li g\u0127all-grazzja t&#8217;Alla ma baqax fil-politika attiva wara li kienet saret \u010berta riforma fil-qasam tal-karrozzi tal-linja.<\/p>\n<p>Lanqas &#8211; kif qed jinsistu xi o\u0127rajn &#8211; m&#8217;huwa tort tal-stejjer li kienet xandret dik il-\u0121urnalista li spi\u010b\u010bat b&#8217;\u0127ajjitha ma\u0127suda u li forsi setg\u0127et tre\u0121\u0121a&#8217; lura l-akku\u017ci li kienet xandret bis-sa\u0127\u0127a tal-kontenut ta&#8217; <a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-05-27\/local-news\/PN-leader-Adrian-Delia-provides-hard-evidence-that-tax-dispute-is-settled-once-and-for-all-6736190560\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">intervista mxandra fuq <em>The Malta Independent on Sunday<\/em><\/a>.<\/p>\n<p>Fil-fehma tieg\u0127i hemm diversi ra\u0121unijiet g\u0127aliex g\u0127ad hemm differenzi kbar fl-appo\u0121\u0121 li jgawdu \u017c-\u017cew\u0121 partiti fi \u017cmien meta tal-Labour \u017cgur ma jist\u0127oqqlux il-fidu\u010bja tan-nies. Erba&#8217; minn dawn ir-ra\u0121unijiet huma dawn:<\/p>\n<p>L-ewwel nett, il-PN ma jidhirx li g\u0127ad g\u0127andu l-\u0127ila li kellu fl-img\u0127oddi li jimmobilizza l-partitarji. Dan in-nuqqas ta&#8217; \u0127ila ma bediex is-sena li g\u0127addiet. L-elezzjoni tal-2017 kienet biss il-qofol ta&#8217; xejra li kienet ilha li bdiet bejn wie\u0127ed u ie\u0127or fl-1998 u li minn dakinhar &#8216;l hawn bdiet tiddg\u0127ajjef il-\u0127ila f&#8217;dak li hu mmobilizzar tal-g\u0127eruq tal-partit. Mis-sena li g\u0127addiet &#8216;l hawn, is-sitwazzjoni kompliet tmur g\u0127all-ag\u0127ar. Dawn l-g\u0127eruq &#8211; dawk li g\u0127ad fadal &#8211; jidhru li huma aktar iffukati fuq i\u017c-\u017camma tal-appo\u0121\u0121 ta&#8217; votanti Nazzjonalisti xetti\u010bi milli fuq il-kisba tal-voti minn na\u0127a tal-votanti Laburisti. U huwa proprju dan li qed jindikaw ir-ri\u017cultati.<\/p>\n<p>It-tieni, apparti fejn jid\u0127lu kwistjonijiet li g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu mal-abort jew li jistg\u0127u jwasslu g\u0127all-abort, il-PN qed jidher dg\u0127ajjef f&#8217;bosta kwistjonijiet ta&#8217; <em>policy<\/em>. Filwaqt li jidher li l-PN a\u010b\u010betta b&#8217;ru\u0127u u \u0121ismu l-kun\u010bett li l-ekonomija sejra tajjeb, ma jidhirx li l-partit g\u0127andu xi pjan ekonomiku alternattiv. Malli tal-Labour ma jibqg\u0127ux jitkellmu dwar \u010berti kwistjonijiet, tal-PN jag\u0127mlu l-istess. G\u0127alkemm il-PN jidher li kkonsolida lill-votanti konservattivi nsara tieg\u0127u (jista&#8217; wkoll jag\u0127ti l-ka\u017c li votanti konservattivi nsara Laburisti jfittxu l-kenn tal-PN jekk il-kwistjoni dwar l-abort tkompli ti\u0127rax), l-ambjentalisti, l-umanisti so\u010bjali u dawk li qed jinsistu favur l-indafa u t-trasparenza f&#8217;dik li hi governanza m&#8217;humiex isibu wisq interess minn na\u0127a tal-politi\u010bi fil-qasam li jimmilitaw fi\u0127.<\/p>\n<p>It-tielet, fost l-elettorat il-mexxejja tal-PN tal-lum ma jispirawx fidu\u010bja li g\u0127andhom il-\u0127ila li jservu fil-gvern tal-pajji\u017c. Fl-im\u0127u\u0127 tan-nies, Edward Scicluna &#8211; bl-&#8220;<em>u ejja come on<\/em>&#8221; tieg\u0127u, bin-nuqqas ta&#8217; etika u bil-vujta\u0121ni politika tieg\u0127u b&#8217;kollox &#8211; xorta wa\u0127da g\u0127adu meqjus b\u0127ala l-Ministru tal-Finanzi mill-aktar ovvju, \u0127afna aktar minn Kristy Debono. Ma nafx x&#8217;jista&#8217; ji\u0121ri biex tinbidel din il-per\u010bezzjoni. Hija verament \u0127a\u0121a li tnikket meta tara lin-nies jippreferu lil vagabondi b\u0127al Chris Cardona li jfittxu l-kumpannija ta&#8217; prostituti, li jinfexxu fix-xorb u li jit\u0127alltu mal-assassini. I\u017cda dawk huma l-fatti.<\/p>\n<p>Ir-raba&#8217;, il-mod lag\u0127qi li bi\u0127 il-mezzi tax-xandir tal-partit qed jirrappurtaw l-attivitiajiet tal-mexxej qed inaffar bis-s\u0127i\u0127 lil min m&#8217;huwiex fanatiku u li jivvota PN ji\u0121ri x&#8217;ji\u0121ri. Dawk li tradizzjonalment jivvutaw PN i\u017cda li sal-lum g\u0127adhom xetti\u010bi dwar il-kap tal-partit mhux se jimpressjonaw ru\u0127\u0127om b&#8217;rappurta\u0121\u0121 b\u0127al dan fuq Adrian Delia u fuq dawk ta&#8217; madwaru, minkejja t-tg\u0127anniq u l-bews kollu. Affarijiet b\u0127al dawn imxandra fuq it-televi\u017cjoni tal-Korea ta&#8217; Fuq ma j\u0127allu ebda effett u wisq inqas m&#8217;huma se j\u0127allu xi effett hawn. Biex inkun \u0121ust, irrid ng\u0127id li f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar \u0121img\u0127at kien hemm ftit ta\u010b-\u010baqlieq u xxandru stejjer ja\u0127arqu dwar il-gvern i\u017cda dan ma kienx bi\u017c\u017cejjed biex seta&#8217; \u0127alla xi effett fuq is-sonda\u0121\u0121i. U fil-frattemp, filwaqt li x-xandir tal-PN donnu iktar mo\u0127\u0127u li jo\u0127loq <em>fan club<\/em> aktar milli jo\u0127loq moviment politiku, qed tin\u0127ela l-opportunit\u00e0 li permezz ta&#8217; dawn il-mezzi jintla\u0127qu w\u0127ud minn dawk is-70,000 li qed ig\u0127idu li se jivvotaw Labour u li jifformaw id-differenza li b\u0127alissa te\u017cisti bejn i\u017c-\u017cew\u0121 partiti.<\/p>\n<p>Dawn huma biss erba&#8217; mir-ra\u0121unijiet li m&#8217;g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu xejn ma&#8217; Adrian Delia, mal-\u0127iliet tieg\u0127u jew man-nuqqas tag\u0127hom, jew inkella mal-kwistjonijiet li kellu dwar \u0127las ta&#8217; taxxa. I\u010b-\u010bifri huma dawk li huma u ebda twa\u0127\u0127il tat-tort b&#8217;rabja fuq dak jew fuq l-ie\u0127or jew inkella \u0127afna \u010bap\u010bip u entu\u017cja\u017cmu fil-ka\u017cini m&#8217;hu se jbiddel dan il-fatt. <span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Partit Nazzjonalista kellu laqg\u0127a tajba f&#8217;\u0126a\u017c-\u017babbar il-biera\u0127 g\u0127allinqas kif jidher mit-tbissim fuq wi\u010b\u010b dawk li jidhru\u00a0fir-ritratti. Wa\u0127da mill-aktar sitwazzjonijiet ibsin g\u0127al kull politiku tasal kull meta, jkunu xi jkunu \u010b-\u010birkostanzi, jkollhom i\u017commu espressjoni kalma fuq wi\u010b\u010bhom. Jibdew bil-kolazzjon bis-smig\u0127 tal-Vesti la Giubba u bil-qari tal-Malta Today qabel jaqbdu t-triq li twassal biex i\u017commu \u0127ajjin l-aspettattivi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8030,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8060\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8060"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8060\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8083,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8060\/revisions\/8083\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8030\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8060"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8060"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8060"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}