{"id":80694,"date":"2019-10-31T12:51:45","date_gmt":"2019-10-31T11:51:45","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=80694"},"modified":"2019-11-04T18:18:11","modified_gmt":"2019-11-04T17:18:11","slug":"tat-times-of-malta-mhumiex-boloh","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/10\/tat-times-of-malta-mhumiex-boloh\/","title":{"rendered":"Tat-Times of Malta m&#8217;humiex bolo\u0127"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"alignnone size-full wp-image-80691\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/10\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy.jpg\" alt=\"\" width=\"953\" height=\"620\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/10\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-200x130.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/10\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-300x195.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/10\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-400x260.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/10\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-600x390.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/10\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-768x500.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/10\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-800x520.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/10\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy.jpg 953w\" sizes=\"(max-width: 953px) 100vw, 953px\" \/><\/p>\n<p>Minflok tkellimna dwar l-iskandlu tal-mijiet ta&#8217; miljuni ta&#8217; ewro li t\u0127allsu lil <em>VGH<\/em> u lil <i>Steward Health Care<\/i>, liema flejjes \u0121ew mi\u010b\u0127uda lis-servizz nazzjonali tas-sa\u0127\u0127a fl-istess waqt li dawk li huma morda bil-kan\u010ber qed ikollhom jitkarrbu g\u0127all-g\u0127ajnuna mill-<em>Community Chest Fund<\/em>, l-a\u0127\u0127ar 24 sieg\u0127a g\u0127addejnihom nippruvaw naqtg\u0127u x&#8217;kien hemm jew ma kienx hemm fi\u010b-<em>check-out trolley<\/em> ta&#8217; Ivan Camilleri.<\/p>\n<p>Dan huwa l-mod li bih qieg\u0127din ni\u0121u manipulati minn re\u0121im li qed jinqeda&#8217; bl-a\u0121ent tieg\u0127u Saviour Balzan.<\/p>\n<p>F&#8217;mo\u0127\u0127 Saviour Balzan, il-\u0121urnalisti huma g\u0127edewwa tal-poplu u jinsab mehdi jag\u0127mel <em>tweets<\/em> u jikteb artikli dwar xi \u0121urnalisti li huma kriti\u010bi tal-gvern li jimpjegah.<\/p>\n<p>Lili j\u0127obb ipin\u0121ini b\u0127ala \u201cl-<em>blogger<\/em> tal-mibg\u0127eda&#8221;.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">X&#8217;inhi d-differenza bejn \u0121urnalist u bniedem mixtri li jidher li assuma r-rwol ta&#8217; editur tal-ver\u017cjoni Maltija ta&#8217; Na Pranieri ta&#8217; Marian Kocner (\u0121urnalisti li mo\u0127\u0127u biss biex &#8220;jiskredita u jattakka\u201d)? <a href=\"https:\/\/t.co\/YER8tZ8G9S\">pic.twitter.com\/YER8tZ8G9S<\/a><\/p>\n<p>\u2014 BugM (@bugdavem) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/bugdavem\/status\/1189667896915562496?ref_src=twsrc%5Etfw\">October 30, 2019<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>Allura lil Saviour Balzan x&#8217;taqbad issejja\u0127lu? <em>Father Christmas<\/em>? <em>Tinky winky<\/em>? L-isperma newrotika fil-mo\u0127\u0127 pervers ta&#8217; Woody Allen?<\/p>\n<p>Hekk kif Saviour Balzan xela&#8217; lil Ivan Camilleri b&#8217;delitt kriminali li fil-fatt qatt ma se\u0127\u0127, <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/why-times-of-malta-stands-by-ivan-camilleri-after-vicious-claims.746181\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">l-edituri tat-<em>Times of Malta<\/em> dlonk \u0127ar\u0121u jiddefenduh.\u00a0<\/a> Nibdew biex, l-hekk imsejja\u0127 delitt kriminali ma kienx wie\u0127ed kredibbli. Ivan Camilleri kien biswit i\u010b-<em>check-out counter<\/em> ta&#8217; supermarket biex i\u0127allas dak li kellu fit-<i>trolley<\/i> u milli jidher \u0127alla xi o\u0121\u0121ett fit-<em>trolley<\/em> u nesa&#8217; j\u0127allas tieg\u0127u. In\u0121ibditlu l-attenzjoni g\u0127al dan, sku\u017ca ru\u0127u u l-istorja waqfet hemm.<\/p>\n<p>Dan huwa l-famu\u017c in\u010bident li suppost kellu jiskredita lil Ivan Camilleri.<\/p>\n<p>Ivan Camilleri ma kienx liebes maskra u lanqas kellu xi xkora mdendla ma&#8217; dahru. Ma ppruvax jitlaq &#8216;il barra mis-supermarket fuq ponot subg\u0127ajh. La nqabad \u0127iere\u0121 mill-post fejn jin\u017cammu stivati l-flus u lanqas ma kellu xi karrozza tistennieh biex t\u0127arrbu.<\/p>\n<p>L-img\u0127allmin tieg\u0127u tal-<em>Allied Newspapers<\/em> ing\u0127ataw konferma mis-sidien tas-supermarket li l-in\u010bident kien biss frott ta&#8217; \u017cball inno\u010benti. Dan ma jistax \u0127lief ifisser li Saviour Balzan gideb meta kiteb li sid is-supermarket qallu li Ivan Camilleri pprova jisirqu.<\/p>\n<p>M&#8217;hemmx dubju li Saviour Balzan mhux ser i\u0127abbel rasu li jkompli jigdeb fil-futur. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/saviour-balzans-company-involved-in-central-link-publicity-blitz.725521\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ftit tal-\u0121img\u0127at ilu qal li m&#8217;g\u0127adux jirrapporta l-a\u0127barijiet g\u0127all-<em>Malta Today<\/em>.<\/a> Anki fuq din jidher li gideb.<\/p>\n<p>Fid-dinja \u0127add m&#8217;hu perfett Salv, ibda minni. B&#8217;aljenazzjoni darba wa\u0127da bqajt \u0127iere\u0121 minn ristorant ming\u0127ajr ma \u0127allast il-kont u malli ntba\u0127t b&#8217;dan kelli ner\u0121a&#8217; lura biex nag\u0127mel dan. F&#8217;okka\u017cjoni o\u0127ra, g\u0127amilt <em>u-turn<\/em> bil-karrozza meta dan kien projbit mir-regolamenti. Minn jaf kemm g\u0127amilt affarijiet li ma niftakarx x&#8217;kienu u li kont sog\u0127bien li g\u0127amilthom wara li kont \u0121ejt attakkat personalment.<\/p>\n<p>Sie\u0127eb Saviour Balzan &#8211; Pierre Portelli &#8211; kien kixef li jien kont ktibt xi artikli biex jidhru ta\u0127t isem Adrian Delia u dan qabel kont intba\u0127t li dan il-bniedem lill-partit politiku li trabbejt fih kien ser jibdlu f&#8217;partit estrem. G\u0127andi ng\u0127id li tlift bosta \u0127bieb meta kienet ixxandret din l-a\u0127bar.<\/p>\n<p>Fit-taqtig\u0127a li g\u0127andna quddiemna b&#8217;ri\u017cq il-verit\u00e0 u l-\u0121ustizzja, l-ag\u0127ar \u0127a\u0121a li nistg\u0127u nag\u0127mlu hi li noqg\u0127odu ni\u0121\u0121udikaw lil xulxin biex naraw minn minna huwa l-aktar wie\u0127ed safi. L-img\u0127allmin tat-<em>Times of Malta<\/em> wrew it-triq li g\u0127andna ng\u0127addu minnha.<\/p>\n<p>Minflok nitkellmu dwar il-kumpanniji tal-Panama li kien \u0127oloq i\u010b-<i>chief of staff<\/i> ta&#8217; Joseph Muscat, l-img\u0127allmin ta&#8217; Saviour iriduna nintilfu fuq l-in\u010bident ta&#8217; Ivan Camilleri fis-supermarket.<\/p>\n<p>Saviour Balzan irid jipperswadi lil min isegwie\u0127 li jien<em> blogger<\/em> tal-mibg\u0127eda: \u010bertament ma jridx ifakkarna li g\u0127amel snin s\u0127a\u0127 jg\u0127ajjar lil Daphne Caruana Galizia b\u0127ala r-&#8220;re\u0121ina tal-\u0127dura&#8221; u s-&#8220;sa\u0127\u0127ara tal-Bidnija&#8221; u li diskors b\u0127al dan kien spi\u010b\u010ba g\u0127en lill-qattiela tag\u0127ha biex je\u0127islu minnha u fl-istess waqt jibqg\u0127u igawdu l-impunit\u00e0.<\/p>\n<p>Din id-darba a\u0127na l-\u0121urnalisti je\u0127tie\u0121 li nibqg\u0127u mag\u0127qudin bejnietna. Je\u0127tie\u0121 li nag\u0127lqu g\u0127ajnejna g\u0127ad-difetti individwali tag\u0127na u nservu ta&#8217; appo\u0121\u0121 g\u0127al xulxin biex b&#8217;hekk ma n\u0127allux lil min irid jifridna li tg\u0127addi tieg\u0127u.<\/p>\n<p>F&#8217;din it-taqtig\u0127a li ninsabu g\u0127addejjin minnha, stennew li l-attakki jkomplu jintensifikaw. M&#8217;g\u0127andniex g\u0127alfejn inkomplu nwa\u0127\u0127lu fina nfusna.<\/p>\n<p>Bis-sa\u0127\u0127a tal-g\u0127aqda ta&#8217; bejnietna, l-verit\u00e0 se titla&#8217; fil-wi\u010b\u010b. U meta dan ise\u0127\u0127, dawn l-attakki jkollhom jieqfu \u0127esrem.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Minflok tkellimna dwar l-iskandlu tal-mijiet ta&#8217; miljuni ta&#8217; ewro li t\u0127allsu lil VGH u lil Steward Health Care, liema flejjes \u0121ew mi\u010b\u0127uda lis-servizz nazzjonali tas-sa\u0127\u0127a fl-istess waqt li dawk li huma morda bil-kan\u010ber qed ikollhom jitkarrbu g\u0127all-g\u0127ajnuna mill-Community Chest Fund, l-a\u0127\u0127ar 24 sieg\u0127a g\u0127addejnihom nippruvaw naqtg\u0127u x&#8217;kien hemm jew ma kienx hemm fi\u010b-check-out trolley ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":80691,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80694\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=80694"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80694\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":80746,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80694\/revisions\/80746\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/80691\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=80694"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=80694"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=80694"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}