{"id":80874,"date":"2019-11-10T18:01:10","date_gmt":"2019-11-10T17:01:10","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=80874"},"modified":"2019-11-12T07:59:31","modified_gmt":"2019-11-12T06:59:31","slug":"it-toni-bajada-ta-zminijietna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/11\/it-toni-bajada-ta-zminijietna\/","title":{"rendered":"It-Toni Bajada ta&#8217; \u017cminijietna"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/malta-salutes-the-war-dead-in-poppy-day-commemoration.748914\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Lil Joseph Muscat u lil Adrian Delia ma rajnihomx b&#8217;nemes dalg\u0127odu fi\u010b-\u010berimonja nazzjonali ta&#8217; Jum it-Tifkira.<\/a> Joseph Muscat siefer biex imur jara l-Milan jilg\u0127abu l-lejla. Adrian Delia \u0127add ma jaf fejn kien. Nafu biss li dan ilu jiskansa kull attivit\u00e0 li ta\u0127bat nhar ta&#8217; \u0126add.<\/p>\n<p>Jum it-Tifkira m&#8217;huwiex xi fdal ta&#8217; \u017cmien il-kolonjali\u017cmu. Huwa obbligu morali tag\u0127na fil-konfront tal-\u0121enerazzjonijiet li g\u0127addew u ta&#8217; dawk li g\u0127ad iridu ji\u0121u. Jien m&#8217;g\u0127andi ebda nostal\u0121ija g\u0127a\u017c-\u017cminijiet tal-imperu. Madankollu tistg\u0127u timma\u0121inaw x&#8217;reazzjoni kien ikun hemm li kieku l-prim ministru Britanniku, tkun xi tkun ir-ra\u0121uni, kellu jonqos li jattendi g\u0127a\u010b-\u010berimonja ta&#8217; Jum it-Tifkira \u2013 a\u0127seb u ara li kieku r-ra\u0121uni kellha tkun li mar isegwi partita futbol? Tistg\u0127u timma\u0121inaw ir-reazzjoni li kieku l-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni ta&#8217; dak il-pajji\u017c kellu wkoll jonqos li jattendi g\u0127a\u010b-\u010berimonja? Ma kienx idum wisq ikampa fil-politika. Bi\u017c\u017cejjed wie\u0127ed jiftakar li l-Kap ta&#8217; Oppo\u017cizzjoni li hemm b\u0127alissa kien \u0121ie kritikat bl-a\u0127rax g\u0127ax kien hemm min ra\u0127 ikanta l-innu l-nazzjonali ming\u0127ajr wisq \u0127e\u0121\u0121a.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-80867 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/corbyn-remembrance-sunday-2157382.jpg\" alt=\"\" width=\"590\" height=\"393\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/corbyn-remembrance-sunday-2157382-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/corbyn-remembrance-sunday-2157382-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/corbyn-remembrance-sunday-2157382-400x266.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/corbyn-remembrance-sunday-2157382.jpg 590w\" sizes=\"(max-width: 590px) 100vw, 590px\" \/><\/p>\n<p>F&#8217;Malta \u0127add ma jag\u0127ti wisq ka\u017c. U dan ifisser li ninsabu mmexxijin minn mexxejja politi\u010bi li m&#8217;g\u0127andhom ebda sens ta&#8217; storja, ta&#8217; dmir u ta&#8217; okka\u017cjoni.<\/p>\n<p>Meta nfakkru lill-vittmi tal-gwerra ma nag\u0127mlux dan min\u0127abba xi faxxinu aggressiv bil-glorifikazzjoni tal-gwerra. Nag\u0127mlu dan b\u0127ala sinjal ta&#8217; rispett lejn is-suldati Maltin u Britanni\u010bi li ssieltu u mietu biex jiddefendu lill-g\u017cira u b&#8217;hekk \u0127elsuna mill-jasar li inva\u017cjoni mill-g\u0127adu kienet i\u0121\u0121ib mag\u0127ha fuq pajji\u017cna.<\/p>\n<p>F&#8217;dan il-jum infakkru lill-ba\u0127rin Britanni\u010bi, Fran\u010bi\u017ci u Amerikani li mietu huma u jag\u0127mlu sforzi kbar biex iwasslu ikel u provvista ta&#8217; \u017cejt biex setg\u0127u isalvaw lin-nanniet u lill-\u0121enituri tag\u0127na mill-g\u0127aks li j\u0121ib mieg\u0127u l-\u0121u\u0127. Infakkru dawk il-bdoti u dawk il-ba\u0127rin li ssieltu kontra l-g\u0127adu, li mietu g\u0127all-prin\u010bipji tag\u0127hom u li bis-sa\u0127\u0127a tas-sagrifi\u010b\u010bju tag\u0127hom writna sebg\u0127in sena ta&#8217; pa\u010bi. Infakkru lis-suldati ANZAC u suldati o\u0127rajn minn madwar id-dinja li ssieltu fi gwerra li kienet bla skop u, g\u0127aliex jinsabu midfunin eluf ta&#8217; kilometri &#8216;l bog\u0127od minn djarhom, \u0127add ma jibki t-telfa tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Niftakru wkoll f&#8217;dawk il-persuni kollha li nqatlu bil-bombi; dawk it-tfal kollha li \u0127ajjithom intemmet \u0127esrem min\u0127abba l-vjolenza u min\u0127abba l-mard li \u0121ab mieg\u0127u assedju mill-ajru mill-ba\u0127ar. Niftakru f&#8217;dawk l-eluf li g\u0127exu t-terrur ta&#8217; xita ta&#8217; bombi nie\u017cla fuq djarhom.<\/p>\n<p>Niftakru wkoll f&#8217;dawk li baqg\u0127u \u0127ajjin. Lill-imwerwra, lill-im\u0121ew\u0127in, lill-morda u lil dawk il-mijiet ta&#8217; eluf li kellhom jemigraw minn pajji\u017cna biex jibnu \u0127ajja a\u0127jar lil hinn minn xtutna u dan g\u0127aliex ma setg\u0127ux isibu sostenn f&#8217;pajji\u017chom min\u0127abba l-g\u0127aks u l-\u0121u\u0127 li \u0121abet mag\u0127ha l-gwerra. Niftakru f&#8217;dawk it-tfal u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li ma re\u0121g\u0127ux raw lill-\u0121enituri tag\u0127hom wara li kienu \u0121ew evakwati mill-in\u0127awi tal-port. Niftakru f&#8217;dawk il-familji li nfirdu g\u0127al dejjem min\u0127abba l-immigrazzjoni sfurzata.<\/p>\n<p>Malli nieqfu nfakkru dan kollu u malli nibdew nuru l-indifferenza tag\u0127na, ibqg\u0127u \u010berti li ner\u0121g\u0127u nirrepetu l-i\u017cbalji tal-istorja.<\/p>\n<p>Il-mexxejja politi\u010bi tag\u0127na huma fid-dmir li jibqg\u0127u ifakkru mhux biss it-tbatija li g\u0127addew minnha ta&#8217; qabilna i\u017cda wkoll dwar kemm huma bla skop il-gwerer.\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/11\/lets-focus-on-the-real-nazis\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-biera\u0127 ktibt li l-forzi demokrati\u010bi kollha g\u0127andhom jing\u0127aqdu biex jieqfu kontra t-theddida tal-faxxi\u017cmu.<\/a><\/p>\n<p>Jidher li kemm Joseph Muscat kif ukoll Adrian Delia m&#8217;humiex i\u0121ibu ru\u0127\u0127om ta&#8217; mexxejja nazzjonali. B&#8217;kuntrast ma&#8217; dan, niftakar fis-sens strett ta&#8217; dover li kellu Eddie Fenech Adami. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, Eddie Fenech Adami kien politiku makakk li ma kienx jitlef opportunit\u00e0 wa\u0127da biex jie\u0127u vanta\u0121\u0121 politiku fuq l-avversarji bil-g\u0127an li jirba\u0127 l-elezzjonijiet. Minkejja dan, huwa qatt ma farfar mir-responsabbilt\u00e0 li jirrappre\u017centa lill-pajji\u017cna f&#8217;\u010berimonji uffi\u010bjali, partikolarment f&#8217;dawk i\u010b-\u010berimonji ta&#8217; tifkira.<\/p>\n<p>Minflok niftakru u nfakkru, llum qeg\u0127din inessu u ninsew.<\/p>\n<p>Imma\u0121inaw li kieku Joseph Muscat illum attenda g\u0127a\u010b-\u010berimonja u tkellem dwar il-kruha tal-gwerra u dwar it-tbatija li \u0121\u0121ib mag\u0127ha l-immigrazzjoni. Imma\u0121inaw li kieku tkellem dwar il-bi\u017ca&#8217; tal-vjolenza, dwar it-tfittxija tal-kenn, dwar it-theddida ta&#8217; inva\u017cjoni u dwar is-sagrifi\u010b\u010bju li g\u0127amlu l-alleati u \u0127bieb o\u0127ra &#8216;l bog\u0127od minn xtutna biex ikunu ta&#8217; sostenn g\u0127alina.<\/p>\n<p>U waqt li jkun qed jag\u0127mel id-diskors imma\u0121inarju tieg\u0127u, imma\u0121inaw\u0127 jispjega <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/exposed-maltas-secret-migrant-deal-with-libya.748800\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">r-ra\u0121unijiet il-g\u0127ala l-gvern tieg\u0127u qed ig\u0127addi nformazzjoni bil-mo\u0127bi lil-Libjani dwar refu\u0121jati li jkunu \u0127adu riskju b&#8217;\u0127ajjithom u \u0127arbu mill-\u0127ajja ta&#8217; lsiera li qed ig\u0127ixu fil-kampijiet tax-xog\u0127ol fil-Libja.<\/a> Kien ikollu jispjega il-g\u0127ala dan l-att ta&#8217; mist\u0127ija (u forsi anki, fl-isfond tal-li\u0121i, att ta&#8217; natura kriminali) ma sarx legalment u bil-miftu\u0127 permezz tal-ambaxxati u tal-ministeri tal-affarijiet barranin ta\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci. U minflok, jippermetti li tin\u0127ema konfoffa bejn dak il-\u0127alliel Neville Gaf\u00e0 u <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/12\/heres-more-on-the-great-guy-that-neville-gafa-stumbled-into-while-on-holiday-in-tripoli\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Haytham al-Tajouri, bniedem li di\u0121\u00e0 ssemma&#8217; minn Nazzjonijiet Uniti g\u0127all-abbu\u017ci li wettaq kontra d-drittijiet tal-bniedem u g\u0127all-atti ta&#8217; estorsjoni kontra qraba ta&#8217; pri\u0121unieri li jinsabu f&#8217;kampijiet ta&#8217; kon\u010bentrament immexxijin minnu.<\/a><\/p>\n<p>Imma\u0121inaw lil Joseph Muscat hu u jispjega kwotazzjoni ta&#8217; &#8220;uffi\u010bjal governattiv anzjan&#8221; li, bi kliem li tista&#8217; ssejja\u0127lu b\u0127ala neo-Na\u017cista, lis-<em>Sunday Times of Malta<\/em> llum qalilha li alla\u0127ares ma kienx Neville Gaf\u00e0 g\u0127ax kieku pajji\u017cna jinsab mg\u0127arraq bl-immigranti.<\/p>\n<p>Skonthom il-problema qed isibu tarfha billi jg\u0127inu lil Libjani jer\u0121g\u0127u jaqbdu lir-refu\u0121jati u jkakxruhom lura lejn l-infern li kienu qeg\u0127din fih. In-Na\u017cisti riedu jwettqu l-<em>lebensraum<\/em> bis-sa\u0127\u0127a tat-trasportar ta&#8217; Lhud lejn il-lvant permezz tal-vapuri tal-art. F&#8217;Malta &#8220;nsalvaw lill-immigranti mill-g\u0127arqa&#8221; billi nqabbdu lill-Libjani biex ikaxkruhom permezz ta&#8217; dg\u0127ajjes lejn in-nofsinhar.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-80869 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/461A5FD100000578-5058803-Five_migrants_including_a_child_drowned_in_the_Mediterranean_aft-a-49_1510073412417.jpg\" alt=\"\" width=\"962\" height=\"642\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/461A5FD100000578-5058803-Five_migrants_including_a_child_drowned_in_the_Mediterranean_aft-a-49_1510073412417-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/461A5FD100000578-5058803-Five_migrants_including_a_child_drowned_in_the_Mediterranean_aft-a-49_1510073412417-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/461A5FD100000578-5058803-Five_migrants_including_a_child_drowned_in_the_Mediterranean_aft-a-49_1510073412417-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/461A5FD100000578-5058803-Five_migrants_including_a_child_drowned_in_the_Mediterranean_aft-a-49_1510073412417-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/461A5FD100000578-5058803-Five_migrants_including_a_child_drowned_in_the_Mediterranean_aft-a-49_1510073412417-768x513.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/461A5FD100000578-5058803-Five_migrants_including_a_child_drowned_in_the_Mediterranean_aft-a-49_1510073412417-800x534.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/461A5FD100000578-5058803-Five_migrants_including_a_child_drowned_in_the_Mediterranean_aft-a-49_1510073412417.jpg 962w\" sizes=\"(max-width: 962px) 100vw, 962px\" \/><\/p>\n<p>U biex din l-im\u0121ieba tkun wa\u0127da \u0121ustifikata, je\u0127tie\u0121 li tkun ukoll wa\u0127da sigrieta. Dawk il-laqg\u0127at li kellu Gaf\u00e0 tista&#8217; ssejj\u0127ilhom il-Konferenza Wannsee tag\u0127na.<\/p>\n<p>L-unika ra\u0121uni il-g\u0127ala dalg\u0127odu tas-<em>Sunday Times of Malta<\/em> ng\u0127ataw din l-informazzjoni minn &#8220;uffi\u010bjal governattiv anzjan&#8221; hi biss wa\u0127da ta&#8217; espedjenza politika: dawn ikkalkulaw li b&#8217;din l-a\u0127bar lil Neville Gaf\u00e0 xorta jkunu jistg\u0127u isalvawlu \u0121ildu u j\u017commuh Kastilja minkejja x-xhieda kontrih li ng\u0127atat fil-qorti fil-\u0121ranet li g\u0127addew.<\/p>\n<p>Ikun hemm min jaqra&#8217; s-<em>Sunday Times of Malta<\/em> llum u lil Neville Gaf\u00e0 \u2013 persuna li te\u017cisti xhieda kontrih fil-qorti dwar tix\u0127im u estorsjoni &#8211; jqisu b\u0127ala xi eroj nazzjonali, jew forsi anki salvatur, g\u0127aliex qed isalva lil Malta milli ti\u0121i mg\u0127arrqa ta\u0127t il-pi\u017c tal-immigranti.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-80871 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/svN3xSSQ_400x400.jpg\" alt=\"\" width=\"400\" height=\"400\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/svN3xSSQ_400x400-66x66.jpg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/svN3xSSQ_400x400-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/svN3xSSQ_400x400-200x200.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/svN3xSSQ_400x400-300x300.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/svN3xSSQ_400x400.jpg 400w\" sizes=\"(max-width: 400px) 100vw, 400px\" \/><\/p>\n<p>G\u0127al dawn Gaf\u00e0 huwa t-Toni Bajada ta&#8217; \u017cmienna.<\/p>\n<p>Sa\u0127ansitra anki Heinrich Himmler kien jippretendi l-gratitudni talli tejjeb is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni bejn il-bliet ta&#8217; Berlin u K\u00f6nigsberg.<\/p>\n<p>Il-mexxejja tag\u0127na jridu jnessuna li l-gwerra \u0121abet mag\u0127ha infern tad-dinja, \u0121abet mag\u0127ha skjavit\u00f9 furzata, \u0121abet mag\u0127ha immigrazzjoni furzata u \u0121abet mag\u0127ha vjolenza fuq popli s\u0127a\u0127. U qed jie\u0127du kull opportunit\u00e0 biex inessuna l-istorja tag\u0127na stess. Il-prim ministru tag\u0127na okka\u017cjoni b\u0127al din ja\u0127rabha &#8211; g\u0127ax, b\u0127al spe\u010bi, log\u0127ba futbol hi aktar importanti.<\/p>\n<p>F&#8217;Jum it-Tifkira g\u0127andha niftakru l-gwerer li li\u010b-\u010bivilitajiet il-kbar tal-Ewropa qabbduhom it-triq ta&#8217; barbari\u017cmu liema b\u0127alu.<\/p>\n<p>Dan huwa li qed ise\u0127\u0127 fi \u017cminijietna. Minflok niftakru minn dak li g\u0127addew minnu ta&#8217; qabilna, nippreferu li ninsew. U g\u0127aliex nippreferu li ninsew, ma na\u0127sbuhiex darbtejn li nikkaw\u017caw it-tbatijiet fuq persuni li ma nafuhomx. G\u0127aliex, kif qal lis-<em>Sunday Times of Malta<\/em> dalg\u0127odu uffi\u010bjal governattiv, \u201clil dawn m&#8217;a\u0127niex responsabbli g\u0127alihom a\u0127na\u201d.<\/p>\n<p>Ma&#8217; n\u017cul ix-xemx u hekk kif jibda&#8217; jbexbex, u\u0127ud minna ser jiftakru fihom.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Lil Joseph Muscat u lil Adrian Delia ma rajnihomx b&#8217;nemes dalg\u0127odu fi\u010b-\u010berimonja nazzjonali ta&#8217; Jum it-Tifkira. Joseph Muscat siefer biex imur jara l-Milan jilg\u0127abu l-lejla. Adrian Delia \u0127add ma jaf fejn kien. Nafu biss li dan ilu jiskansa kull attivit\u00e0 li ta\u0127bat nhar ta&#8217; \u0126add. Jum it-Tifkira m&#8217;huwiex xi fdal ta&#8217; \u017cmien il-kolonjali\u017cmu. Huwa obbligu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":80871,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80874\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=80874"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80874\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":80917,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80874\/revisions\/80917\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/80871\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=80874"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=80874"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=80874"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}