{"id":80903,"date":"2019-11-11T11:45:42","date_gmt":"2019-11-11T10:45:42","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=80903"},"modified":"2019-11-12T08:00:23","modified_gmt":"2019-11-12T07:00:23","slug":"keith-schembri-nqela-bzejtu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/11\/keith-schembri-nqela-bzejtu\/","title":{"rendered":"Keith Schembri nqela&#8217; b&#8217;\u017cejtu"},"content":{"rendered":"<p>Bil-Malti ng\u0127idu li \u201cnqela b\u2019\u017cejtu\u201d. Tliet snin ilu Keith Schembri g\u0127amel kaw\u017ca ta&#8217; libell kontra Simon Busuttil g\u0127ax l-istess Simon Busuttil kien xlie\u0127 li huwa bniedem korrott. Fis-16 ta&#8217; Ottubru 2017, kien xehed li huwa inno\u010benti. Ftit sig\u0127at wara, Daphne Caruana Galizia, il-\u0121urnalista li qabditu jarma karus fil-Panama, nqatlet permezz ta&#8217; karrozza-bomba.<\/p>\n<p>Minn dakinhar &#8216;l hawn baqa&#8217; jipprova ji\u017cloq milli joqg\u0127od g\u0127all-mistoqsijiet in kontro-e\u017cami mill-avukati ta&#8217; Simon Busuttil u kompla jilg\u0127ab man-nar. Fi stadju minnhom, il-ma\u0121istrat li kien qed jisma&#8217; l-kaw\u017ca, g\u0127all-g\u0127arrieda ng\u0127ata promozzjoni u n\u0127atar b\u0127ala m\u0127allef mill-img\u0127allem ta&#8217; Keith Schembri, Joseph Muscat. Francesco Depasquale in\u0127atar b\u0127ala m\u0127allef f&#8217;April 2019 f&#8217;\u010berimonja organizzata mill-gvern wara li kienet saret kaw\u017ca mis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili li talbet biex din i\u010b-\u010berimonja ti\u0121i dikjarata llegali. Aktar tard, Francesco Depasquale g\u0127adda s-smieg\u0127 tal-kaw\u017ca ta&#8217; libell ta&#8217; Keith Schembri lil Ma\u0121istrat li kien g\u0127adu kemm \u0127a l-\u0127atra fl-istess \u010berimonja: Victor Axiaq.<\/p>\n<p>Dalg\u0127odu Keith Schembri ma setg\u0127ax ikompli jtawwal u deher il-qorti. Fil-bidu tas-seduta, l-Ma\u0121istrat stqarr li kien avvi\u010bina\u0127 informalment &#8220;xi \u0127add&#8221; li ssu\u0121\u0121erielu li jirriku\u017ca ru\u0127u mis-smieg\u0127 tal-kaw\u017ca g\u0127aliex fl-img\u0127oddi kien l-avukat ta&#8217; Nexia BT.<\/p>\n<p>Dan ix-&#8220;xi \u0127add&#8221; min hu? U dan ix-&#8220;xi \u0127add&#8221; avvi\u010bina\u0127 informalment? X&#8217;inhi din? Jaqaw din xi farsa b\u0127al dawk li jse\u0127\u0127u fir-repubbliki tal-banana?<\/p>\n<p>Il-Ma\u0121istrat stqarr li xorta wa\u0127da kien bi \u0127siebu jisma&#8217; lil Keith Schembri jixhed fuq il-pedina tax-xhieda. L-avukati ta&#8217; Keith Schembri qalu li l-klijent tag\u0127hom m&#8217;g\u0127andux jixhed g\u0127aliex jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li jkun qed jinkrimina ru\u0127u. I\u017cda l-Ma\u0121istrat ma qabilx u ordna lil Keith Schembri biex jixhed. L-avukati ta&#8217; Keith Schembri talbu \u017cmien biex jappellaw mid-digriet. I\u017cda l-Ma\u0121istrat deherlu li Keith Schembri kellu jixhed. L-avukati ta&#8217; Keith Schembri talbu li l-kwistjoni tmur quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Il-Ma\u0121istrat re\u0121a&#8217; ma qabilx u ordna lil Kieth Schembri biex jixhed.<\/p>\n<p>Meta Keith Schembri tela&#8217; biex jixhed fuq il-pedana tax-xhieda, Jason Azzopardi wrieh stqarrija li huwa stess kien g\u0127amel sena ilu u li fiha kiteb li kien fassal &#8220;abbozz ta&#8217; pjan&#8221; sabiex jag\u0127mel in-negozju privat ma&#8217; <em>17 Black<\/em> u ma&#8217; <em>Macbridge<\/em>. Qab\u017cu l-avukati ta&#8217; Keith Schembri u qalu li l-klijent tag\u0127hom ma setg\u0127ax iwie\u0121eb g\u0127aliex jib\u017ca&#8217; li jista&#8217; jinkrimina ru\u0127u.<\/p>\n<p>U mbag\u0127ad \u010beda l-armi.<\/p>\n<p>Wara li l-Ma\u0121istrat ordnalu \u0127ames darbiet biex joqg\u0127od g\u0127all-kontro-e\u017cami f&#8217;kaw\u017ca ta&#8217; libell li kien g\u0127amel huwa stess u qallu li kien ser jie\u0127u passi kontrih kemm il-darba ma joqg\u0127odx g\u0127all-ordni tal-qorti, Keith Schembri \u010beda l-armi.<\/p>\n<p>\u010aeda l-kaw\u017ca u effettivament ammetta li:<\/p>\n<p>1. l-allegazzjonijiet li kien g\u0127amel Simon Busuttil fil-konfront ta&#8217; Keith Schembri huma minnhom;<\/p>\n<p>2. jaf b&#8217;affarijiet li, jekk jinkixef dwarhom, ikun \u0127ati ta&#8217; reat kriminali.<\/p>\n<p>Illum <em>Repubblika<\/em> stqarret li kull persuna g\u0127andha dritt li ma ti\u0121ix im\u0121ieg\u0127la tixhed jekk din ix-xhieda tista&#8217; tinkriminaha. Fil-qorti Keith Schembri g\u0127andu drittijiet daqs \u0127addie\u0127or. I\u017cda barra mill-awli tal-qorti, Keith Schembri huwa l-aktar bniedem setg\u0127an fil-pajji\u017c. Huwa uffi\u010bjal mill-aktar g\u0127oli tal-gvern. Uffi\u010bjali g\u0127olja tal-gvern li jammettu pubblikament li jafu b&#8217;affarijiet li jistg\u0127u jinkriminawhom g\u0127andhom bil\u0121ri jdabbru rashom b&#8217;kemm g\u0127andhom sa\u0127\u0127a.<\/p>\n<p>A\u0127sbu ftit fl-ispejje\u017c, fil-we\u0121g\u0127at u fit-theddid fil-konfront ta&#8217; bosta persuni li lkoll saru minn dan il-bniedem biex jirrepeti l-gideb kollu li gideb biex ig\u0127atti x-xtur kriminali tieg\u0127u. Keith Schembri n\u0127araq wa\u0127da sewwa. Ilna &#8220;nafu&#8221; g\u0127al \u017cmien twil li Keith Schembri huwa uffi\u010bjal pubbliku kriminali li huwa \u0127alliel, giddieb u korrott li jabbu\u017ca mis-setg\u0127a permezz tat-tix\u0127im.<\/p>\n<p>Il-prim ministru dan kollu jafu.<\/p>\n<p>Tiftakru kemm kien insista l-Partit Laburista li d-deputat tal-PN Toni Bezzina kellu jwarrab g\u0127aliex kien tilef kaw\u017ca ta&#8217; libell meta tal-One TV kienu xandru rapport li \u0127addem gaj ir\u0121iel impjegati mal-gvern g\u0127al 5 sieg\u0127at biex ibajdu kamra fil-ka\u017cin tal-PN fi\u017c-\u017burrieq?<\/p>\n<p>I\u017cda meta Chris Cardona kien \u010beda libell wara li kien \u0121ie akku\u017cat talli attenda f&#8217;burdell biex ikollu x&#8217;jaqsam mal-prostituti meta suppost kien fuq xog\u0127ol tal-gvern, tal-Labour ma tniffsux.<\/p>\n<p>Il-ka\u017c ta&#8217; Keith Schembri huwa \u0127afna aktar serju. Dan g\u0127adu kemm \u010beda kaw\u017ca ta&#8217; libell li kien g\u0127amel huwa stess biex jiddefendi lilu nnifsu minn akku\u017ca mill-aktar gravi. L-a\u0127\u0127ar darba li Keith Schembri kien il-qorti biex jixhed, Daphne Caruana Galizia kienet g\u0127adha mimlija bil-g\u0127omor. Dakinhar kienet kitbet l-a\u0127\u0127ar artiklu tag\u0127ha b&#8217;dan il-kliem: <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2017\/10\/crook-schembri-court-today-pleading-not-crook\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">&#8220;Kull fejn t\u0127ares, ninsabu mdawwrin bil-\u0127allelin&#8221;.<\/a><\/p>\n<p>G\u0127all-mument qasir \u0127afna, kelli l-\u0127ajra li nikkonkludi din il-kitba &#8211; tafu intom &#8211;\u00a0 bi kliem li nibqa&#8217; mfakkar g\u0127alihom daqslikieku din ser tkun l-a\u0127\u0127ar kitba tieg\u0127i. I\u017cda m&#8217;g\u0127andhiex kliem elokwenti bi\u017c\u017cejjed x&#8217;nikteb.<\/p>\n<p>Minflok se nikteb erba&#8217; kelmiet g\u0127all-attenzjoni ta&#8217; Keith Schembri: Dabbar rasek. Issa. Issa. Issa. <img class=\"alignnone size-large wp-image-80882\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32-1024x448.png\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"448\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32-200x88.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32-300x131.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32-400x175.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32-600x263.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32-768x336.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32-800x350.png 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32.png 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/Screenshot-2019-11-11-at-11.40.32-1200x525.png 1200w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Bil-Malti ng\u0127idu li \u201cnqela b\u2019\u017cejtu\u201d. Tliet snin ilu Keith Schembri g\u0127amel kaw\u017ca ta&#8217; libell kontra Simon Busuttil g\u0127ax l-istess Simon Busuttil kien xlie\u0127 li huwa bniedem korrott. Fis-16 ta&#8217; Ottubru 2017, kien xehed li huwa inno\u010benti. Ftit sig\u0127at wara, Daphne Caruana Galizia, il-\u0121urnalista li qabditu jarma karus fil-Panama, nqatlet permezz ta&#8217; karrozza-bomba. Minn dakinhar &#8216;l [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":80883,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80903\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=80903"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80903\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":80918,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80903\/revisions\/80918\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/80883\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=80903"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=80903"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=80903"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}