{"id":80977,"date":"2019-11-13T09:44:40","date_gmt":"2019-11-13T08:44:40","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=80977"},"modified":"2019-11-15T07:49:20","modified_gmt":"2019-11-15T06:49:20","slug":"xkien-jaghmel-ir-regolatur-li-kieku-ma-nholqitx-l-iskema-tal-bejgh-tal-passaporti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/11\/xkien-jaghmel-ir-regolatur-li-kieku-ma-nholqitx-l-iskema-tal-bejgh-tal-passaporti\/","title":{"rendered":"X&#8217;kien jag\u0127mel ir-regolatur li kieku ma n\u0127olqitx l-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti?"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/no-evidence-found-to-back-passport-sales-claims-by-chetcuti-cauchi.749368\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ir-regolatur tal-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti kkonkluda li dak li tant fta\u0127ar bi\u0127 Jean Philippe Chetcuti mal-\u0121urnalisti ta&#8217; <em>M6 TV<\/em> ma setax se\u0127\u0127.<\/a> Dan ikkonkluda li mhux veru li Chetcuti jirnexxielu j\u0121ibha \u017cew\u0121 ma&#8217; kull applikazzjoni li jag\u0127mel g\u0127all-\u0127ru\u0121 ta&#8217; passaport. Ir-regolatur qal li &#8220;mhuwiex probabbli&#8221; li bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; xi themi\u017ca &#8216;l hawn u &#8216;l hinn dan g\u0127andu s-sa\u0127\u0127a li j\u0121ieg\u0127el Ministru jirran\u0121alu biex jin\u0127are\u0121 passaport g\u0127al applikant li g\u0127andu kondotta kriminali .<\/p>\n<p>Ir-regolatur ma qalx li ma jistax jie\u0127u bis-serjet\u00e0 dak li fta\u0127ar dwaru Jean Philippe Chetcuti u qg\u0127ad attent biex ig\u0127id li m&#8217;g\u0127andux is-sa\u0127\u0127a li jivverifika li l-persuna b&#8217;wi\u010b\u010bha m\u0127assar li dehret fuq it-televi\u017cjoni hi fil-fatt Jean Philippe Chetcuti. Wara kollox, qal ir-regolatur, huwa m&#8217;huwiex uffi\u010bjal tal-pulizija. Madankollu jidher li r-regolatur huwa lest jassumi li l-persuna b&#8217;wi\u010b\u010bha m\u0127assar m&#8217;hi \u0127add \u0127lief Jean Philippe Chetcuti li tant fta\u0127ar li g\u0127andu s-setg\u0127a li jag\u0127mel il-mirakli g\u0127al biljunarju Afrikan b&#8217;kondotta kriminali bis-sa\u0127\u0127a tal-kuntatti li g\u0127andu fil-gvern u bis-sa\u0127\u0127a tal-fatt li Joseph Muscat kien jirkeb il-vann tal-iskola mieg\u0127u u tal-fatt li Owen Bonnici kien ja\u0127dem mad-ditta legali tieg\u0127u. U dan biex ma nsemmux lil Julia Farrugia, li hi \u0127ob\u017ca u sikkina ma&#8217; mart Chetcuti.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-80963 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/download-3.jpg\" alt=\"\" width=\"294\" height=\"172\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/download-3-200x117.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/download-3.jpg 294w\" sizes=\"(max-width: 294px) 100vw, 294px\" \/><\/p>\n<p>Hu u jibba\u017ca ru\u0127u fuq dak li assuma, r-regolatur jidhirlu li Chetcuti bil-fta\u0127ir\u00a0 kollu tieg\u0127u, lill-&#8220;Iskema IIP&#8221; g\u0127amlilha l-\u0127sara. Li jfisser li r-regolatur jidhirlu li Jean Philippe Chetcuti parla \u017cejjed u \u0121ab ru\u0127u qiesu bejjieg\u0127 tat-triq. Madankollu r-regolatur ig\u0127id li l-pro\u010bess tal-approvazzjoni tal-bejg\u0127 tal-passaporti huwa mfassal b&#8217;tali mod li dak li wieg\u0127ed Jean Philippe Chetcuti diffi\u010bli \u0127afna li jse\u0127\u0127 u jg\u0127id li je\u0127tie\u0121 li jsiru tibdiliet biex ji\u0121i \u017cgurat li kandidat ineli\u0121ibbli ma jg\u0127addix mill-g\u0127arbiel.<\/p>\n<p>I\u017cda r-regolatur \u2013 is-Sur Carmel Degabriele \u2013 jonqos li jammetti \u0127a\u0121a wa\u0127da. In-nuqqas ta&#8217; trasparenza li hemm fl-iskema qed to\u0127loq opportunit\u00e0 biex ise\u0127\u0127u l-abbu\u017ci u biex dawn l-abbu\u017ci jibqg\u0127u mistura. U hija proprju din is-sitwazzjoni li qed tippermetti lil Jean Philippe Chetcuti jwieg\u0127ed dak li Carmel Degabriele jikkunsidra\u0127 b\u0127ala improbabbli. Ta&#8217; min ig\u0127id ukoll li Carmel Degabriele ma tantx jista&#8217; jkun \u010bert minn dak li qed ig\u0127id g\u0127aliex dan jammetti\u0127 huwa stess. Jekk f&#8217;kamra jkun hemm biss Jean Philippe Chetcuti u wie\u0127ed mill-is\u0127ab ministerjali tieg\u0127u u dawn jitkellmu bejniethom dwar applikazzjoni pendenti g\u0127all-\u0127ru\u0121 ta&#8217; passaport Malti lil klijent dubju\u017c, wara l-fatt ir-regolatur ma jkun jag\u0127mel xejn.<\/p>\n<p>Dawn huma nies korrotti, i\u017cda \u010bertament m&#8217;humiex bolo\u0127. Ikun qed jinsultahom ir-regolatur li kieku dan ja\u0127seb li huma bolo\u0127. I\u017cda jkun qed joffendina bil-kbir jekk ja\u0127seb li tant a\u0127na b\u0127a\u0127an li ninsabu lesti li na\u010b\u010bettaw il-konklu\u017cjonijiet tat-taparsi investigazzjoni nterna li g\u0127amel.<\/p>\n<p>Carmel Degabriele seta&#8217; g\u0127amel \u0127afna aktar milli g\u0127amel. Seta&#8217; g\u0127arbel l-indirizzi li kienu taw il-klijenti ta&#8217; Chetcuti Cauchi lill-gvern biex jippruvaw li g\u0127exu f&#8217;Malta qabel akkwistaw passaport Malti. Jien naf b&#8217;wie\u0127ed mill-klijenti tag\u0127hom li jismu Fahdi Mehio. Dan huwa bniedem mill-Emirati mda\u0127\u0127al fin-negozju tal-bini li tg\u0127idx kemm fta\u0127ar bis-servizz li kienu taw\u0127 ta&#8217; Chetcuti Cauchi fil-fuljett li dawn stampaw. Lill-gvern kien qallu li huwa jg\u0127ix fi Triq is-Sebuqa f&#8217;San \u0120wann. Meta mort fuq il-post b&#8217;ritratt tieg\u0127u f&#8217;idi u kellimt lil dawk li suppost huma l-\u0121irien tieg\u0127u, ebda wie\u0127ed minn dawn ma qatt ra\u0127. U dan suppost qed ig\u0127ix f&#8217;kantina ma&#8217; negozjant tal-ilbies sportiv Russu, persuna o\u0127ra li l-\u0121irien qatt ma raw b&#8217;g\u0127ajnejhom.<\/p>\n<p>Mhux hekk!<\/p>\n<p>F&#8217;g\u0127ajnejn Carmel Degabriele, hu m&#8217;huwiex ir-regolatur u fir-rapport tieg\u0127u jg\u0127id li l-li\u0121i li tag\u0127ti s-setg\u0127a lill-Ministru li jag\u0127ti passaport lil persuni b&#8217;kondotta kriminali g\u0127andha titne\u0127\u0127a. Meta kiteb dan, wera&#8217; li l-governanza tajba ma tinteressa\u0127x u b&#8217;mod spe\u010bifiku jg\u0127id li t-tibdiliet legali huma me\u0127tie\u0121a\u00a0 biex b&#8217;hekk \u201cmin ma jaqbilx mal-iskema\u201d &#8211; ji\u0121ifieri xi \u0127add b\u0127ali &#8211; ikollu jsodd \u0127alqu.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-80965 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/download-4.jpg\" alt=\"\" width=\"257\" height=\"196\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/download-4-200x153.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/download-4.jpg 257w\" sizes=\"(max-width: 257px) 100vw, 257px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/12\/regulator-tells-banks-not-to-bother-checking-money-of-dodgers-buying-maltese-passports-someone-stop-this-madness\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Fl-img\u0127oddi Carmel Degabriele kien ippropona li l-gvern m&#8217;g\u0127andux ixandar l-ismijiet ta&#8217; dawk li jing\u0127ataw il-permess li jixtru passaport Malti.<\/a> B&#8217;nuqqas kbir ta&#8217; trasparenza, b\u0127alissa l-ismijiet ta&#8217; dawk li jakkwistaw passaport qed jitni\u017c\u017clu b&#8217;isimhom l-ewwel (minflok b&#8217;kunjomhom) u qed jit\u0127alltu mal-ismijiet ta&#8217; dawk li jakkwistaw passaport bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; xi \u017cwie\u0121 jew b&#8217;wirt. I\u017cda anki dan huwa meqju\u017c \u017cejjed mis-Sur Carmel Degabriele.<\/p>\n<p>Min jaf g\u0127aliex hux? Ma nag\u0127mlux mod li r-regolatur irid je\u0127les minn min &#8211; b\u0127ali &#8211; ikun irid jassigura li l-passaporti ma ji\u0121ux akkwistati mill-kriminali?<\/p>\n<p>Huwa \u0127alef bil-korrettezza tal-g\u0127arbiel li suppost ig\u0127addu minnu l-applikanti. Fuq dan ma nistax inmerie\u0127 g\u0127aliex minn hawn barra diffi\u010bli wie\u0127ed ig\u0127id x&#8217;ise\u0127\u0127 jew ma jse\u0127\u0127x. I\u017cda bi\u017c\u017cejjed wie\u0127ed isemmi li mill-inqas 5 applikanti spi\u010b\u010baw fl-inkwiet f&#8217;pajji\u017ci o\u0127ra meta, huma u jippretenduha ta&#8217; \u010bittadini Maltin, \u0127olqu entitajiet biex ja\u0127slu l-flus ma\u0127mu\u0121in u biex jaqdu l-im\u0121ieba kriminali tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Jean Philippe Chetcuti appella minn digriet ta&#8217; Ma\u0121istrat li permezz tieg\u0127u \u0121iet ordnata t-tnedija ta&#8217; inkjesta dwar l-im\u0121ieba tieg\u0127u. G\u0127aliex hekk kien jaqbillu. G\u0127aliex dan mhux interessat li jara li &#8211; jekk tassew huwa inno\u010benti &#8211; ismu ji\u0121i mnaddaf. Jippreferi jibqa&#8217; bid-dell fuqu g\u0127aliex mo\u0127\u0127u mistrie\u0127 li s\u0127abu \u2013 ji\u0121ifieri dawk li fta\u0127ar bihom fuq it-televi\u017cjoni Fran\u010bi\u017ca &#8211; jkunu lesti jirran\u0121aw kollox biex il-pulizija t\u0127allie\u0127 bi kwietu. U fil-frattemp, f&#8217;attentat biex b&#8217;tibjida titg\u0127atta l-qassata li saret, s\u0127ab Jean Philippe Chetcuti qabbdu lil Carmel Degabriele &#8212; l-hekk imsemmi regolatur &#8212; li tant huwa indipendenti li dawk li qabbduh biex jikteb ir-rapport g\u0127andhom is-setg\u0127a li jdabbrulu rasu meta dan itemm it-terminu tieg\u0127u.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-80967 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/c8c46d28cb918db7d35a7dd0d2c8d73af97b9f96-1570534795-5d9c758b-630x420.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"420\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/c8c46d28cb918db7d35a7dd0d2c8d73af97b9f96-1570534795-5d9c758b-630x420-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/c8c46d28cb918db7d35a7dd0d2c8d73af97b9f96-1570534795-5d9c758b-630x420-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/c8c46d28cb918db7d35a7dd0d2c8d73af97b9f96-1570534795-5d9c758b-630x420-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/c8c46d28cb918db7d35a7dd0d2c8d73af97b9f96-1570534795-5d9c758b-630x420-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/c8c46d28cb918db7d35a7dd0d2c8d73af97b9f96-1570534795-5d9c758b-630x420.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Ftakru f&#8217;\u0127a\u0121a wa\u0127da. Li kieku ma \u0127loqniex l-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti, m&#8217;g\u0127andniex il-\u0127tie\u0121a ta&#8217; regolatur biex jissorveljaha. Nistaqsi: x&#8217;kien jag\u0127mel\u00a0 Jean Philippe Chetcuti li kieku m&#8217;huwiex ibieg\u0127 il-passaporti? Nistaqsi wkoll: x&#8217;kien jag\u0127mel Carmel Degabriele li kieku Jean Philippe Chetcuti m&#8217;huwiex ibieg\u0127 il-passaporti.<\/p>\n<p>Nimma\u0121ina li t-tnejn ikunu qeg\u0127din isaffru l-Aida.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ir-regolatur tal-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti kkonkluda li dak li tant fta\u0127ar bi\u0127 Jean Philippe Chetcuti mal-\u0121urnalisti ta&#8217; M6 TV ma setax se\u0127\u0127. Dan ikkonkluda li mhux veru li Chetcuti jirnexxielu j\u0121ibha \u017cew\u0121 ma&#8217; kull applikazzjoni li jag\u0127mel g\u0127all-\u0127ru\u0121 ta&#8217; passaport. Ir-regolatur qal li &#8220;mhuwiex probabbli&#8221; li bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; xi themi\u017ca &#8216;l hawn u &#8216;l hinn dan [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":80967,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80977\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=80977"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80977\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":81024,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/80977\/revisions\/81024\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/80967\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=80977"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=80977"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=80977"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}