{"id":8101,"date":"2018-06-05T07:47:20","date_gmt":"2018-06-05T05:47:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8101"},"modified":"2018-06-06T13:34:47","modified_gmt":"2018-06-06T11:34:47","slug":"the-chase","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/the-chase\/","title":{"rendered":"\u0120era warajh"},"content":{"rendered":"<p>G\u0127amlu pja\u010bir lilkom infuskom u <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180605\/local\/watch-schembri-cant-even-bother-to-answer-questions.680894?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\">araw lil Jacob Borg ji\u0121ri wara Keith Schembri tul it-triq mill-Qrati tal-\u0120ustizzja sa Kastilja<\/a>. L-ewwel \u0127a\u0121a li nosserva hija l-kundizzjoni fi\u017cika tal-\u0121urnalista. Kont inkun b\u2019nifsi maqtug\u0127 b\u0127al ta\u2019 Kurt Farrugia nitla\u2019 dik it-telg\u0127a imma l-fatt li g\u0127andi kemmxejn aktar x\u2019in\u0121or mill-basket wara dahar Jacob Borg jispjega g\u0127ala minix \u0121urnalista li ni\u0121ri wara dak u l-ie\u0127or.<\/p>\n<p>Imma b\u0127al ma jg\u0127id Jacob Borg b\u2019dik il-kalmezza pla\u010bida tieg\u0127u, din mhix kwistjoni ta\u017c-\u017cufjett.<\/p>\n<p>Dawk il-ftit minuti quddiem il-kamera huma xiehda tal-istat li fih tinsab id-demokrazija f\u2019pajji\u017cna.<\/p>\n<p>L-istampa issaqsi lit-tieni l-akbar persuna potenti fil-pajji\u017c mistoqsija sempli\u010bi: ta\u2019 min hi l-kumpanija li l-ewwel \u010b\u0127adt u wara ammettejt li kienet fil-mira tieg\u0127ek biex tag\u0127mel negozju mag\u0127ha waqt li kont f\u2019kariga uffi\u010b\u010bjali?<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Ma we\u0121ibx. U l-mistoqsija saritlu ripetutament u b\u2019mod persistenti.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad jiddeffes Kurt Farrugia u jurina li huwa wkoll jinsab im\u0127awwad bid-diversi inkjesti pendenti, frustranti, konfli\u0121\u0121enti u kif jittamaw huma, x\u2019aktarx inutli. Ma na\u0127sibx li kien qed jipprova ji\u017c\u017cvija lil Jacob Borg dwar jekk inkjesta fuq 17 Black attwalment hix g\u0127addejja jew le. Na\u0127seb li kien verament \u017cball \u0121enwin minn na\u0127a ta\u2019 Kurt Farrugia li jqatta\u2019 \u0127afna mill-\u0127in jipprova ji\u017cgi\u010b\u010ba l-bawxati li jda\u0127\u0127luh fihom il-kapijiet tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Kien tassew im\u0127awwad u l-fatti dawwarhom ta\u2019 ta\u0127t fuq. Probabbilment qatta\u2019 s-sig\u0127at ta\u2019 wara jis\u0127et dan l-i\u017cball.<\/p>\n<p>Imma l-vera kulminu ta\u2019 din is-silta huwa l-mument meta Keith Schembri j\u0127alli r-rabja ta\u2019 \u0121o fih tie\u0127u s-sopravvent u jitfa\u2019 dak li \u0127aseb kien kumment ta\u2019 bravu li kellu jsikket lil Jacob Borg: \u201cForsi u\u017cajt (il-miljun dollaru mistenni mill-kumpanija fil-Panama) biex in\u0127allas il-paga tieg\u0127ek, b\u0127alma g\u0127amilt tul dawn l-a\u0127\u0127ar tlett snin.\u201d<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8094\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/ea0ed66c735ce3b3d41531d87af7d8cda9ac27b7-1496313361-592fee11-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"414\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/ea0ed66c735ce3b3d41531d87af7d8cda9ac27b7-1496313361-592fee11-620x348-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/ea0ed66c735ce3b3d41531d87af7d8cda9ac27b7-1496313361-592fee11-620x348-404x270.jpg 404w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/ea0ed66c735ce3b3d41531d87af7d8cda9ac27b7-1496313361-592fee11-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p>Il-wa\u0127x ta\u2019 tali kumment huwa konsiderevoli anke kieku wie\u0127ed kellu japplika l-kejl ta\u2019 Dario Argento g\u0127all-ambjent politiku li qed ng\u0127ixu fih.<\/p>\n<p>B\u0127al Michael Corleone f\u2019diskursata ma\u2019 Senatur minn Nevada, Keith Schembri j\u0127oss li nefaq bi\u017c\u017cejjed flus ixa\u0127\u0127am id-diri\u0121enti li kien hemm it-Times of Malta sabiex jassigura ru\u0127u li l-\u0121urnalisti li ja\u0127dmu hemm ma jsaqsuhx domandi skomdi.<\/p>\n<p>Fi stqarrija, l-Allied Newspapers \u010ba\u0127du kategorikament il-kummenti tas-Sur Schembri. \u201cKasco huwa biss wie\u0127ed minn dawk li jissuplixxu o\u0127t il-kumpanija tal-Allied, cioe\u2019 l-Progress Press,\u201d qalet l-kumpanija.<\/p>\n<p>Dan huwa punt sekondarju f\u2019dan il-mument. Keith Schembri inkixef mill-Panama Papers li kien qed ixa\u0127\u0127am g\u0127al bosta snin lid-Direttur Mani\u0121erjali tat-Times of Malta. Veru li t-<i>trustees<\/i> \u017cguraw li jbewwe\u0121 \u2018il barra i\u017cda r-reputazzjoni ta\u2019 \u0121urnal bi storja twila qalg\u0127et\u2019 daqqa ta\u2019 \u0127arta. U mag\u0127ha sfortunatament ir-reputazzjoni ta\u2019 \u0121urnalisti bla bi\u017ca\u2019, \u0127awtiela, o\u0121\u0121ettivi u kapa\u010bi li m\u2019g\u0127amlu xejn biex i\u010bappsu l-gazzetta tag\u0127hom bil-\u0127sara fir-reputazzjoni li fil-fatt sofriet.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Imma meta na\u0127sbu fil-korruzzjoni, bir-ra\u0121un na\u0127sbu l-ewwelnett f\u2019dak li jisfaw korrotti u qalja na\u0127sbu f\u2019dak li jikkorrompu: dawk li jpo\u0121\u0121u l-flus fl-envelopp metaforiku u jitolbu pja\u010biri g\u0127all-\u0127wejje\u0121 li mg\u0127andhomx dritt g\u0127alihom.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Keith Schembri imur quddiem il-kamera illum u quddiem il-pajji\u017c kollu. Jpo\u0121\u0121i l-flus f\u2019envelopp metaforiku u jg\u0127addih lil Jacob Borg filwaqt li jfakkaru li jafu s-silenzju u lealta\u2019 bla tarf b\u0127ala rikonoxximent tal-paga li r\u010bieva tul l-a\u0127\u0127ar tlett snin.<\/p>\n<p>Minkejja li l-\u0121urnalisti huma istituzzjoni tad-demokrazija tag\u0127na mhumiex uffi\u010b\u010bjali tal-istat kif miftiehem mill-li\u0121ijiet fuq it-tix\u0127im. Matul dik is-silta, Keith Schembri forsi ma kkommettiex rejat f\u2019sens kriminali, pero\u2019 \u010bertament li kkommetta rejat politiku.<\/p>\n<p>Hedded \u0121urnalista li kien qed i\u017commu kontabbli b\u0127ala uffi\u010bjal g\u0127oli tal-gvern li fuqu hemm suspetti ta\u2019 a\u0121ir mhux xieraq, b\u2019konsegwenzi personali: il-paga tieg\u0127u. \u2018Matul l-a\u0127\u0127ar tlett snin il-paga tieg\u0127ek kienet tiddependi mill-generosita\u2019 tieg\u0127i. Kompli i\u0121ri waraja tul Triq Melita u din is-sitwazzjoni tista\u2019 tinbidel\u2019. Qed nu\u017ca kwotazzjoni singola peress li qed nu\u017ca kliemi biex infisser il-messa\u0121\u0121 li ntbag\u0127at.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Araw il-video u \u0121\u0121udikaw intom.<\/p>\n<p>U ibqg\u0127u segwuh sakemm fl-a\u0127\u0127ar nett Kurt Farrugia \u2014 na\u0127seb li huwa Kurt Farrugia \u2014 jittanta jitmejjel billi jistieden lil Jacob Borg jid\u0127ol g\u0127al kafe\u2019.<\/p>\n<p>Mhuwiex kafe\u2019 li rridu. Huma twe\u0121ibiet. Jew inkella itilqu \u2018l barra u \u0127allu \u2018il \u0127addie\u0127or jag\u0127mlu l-kafe\u2019.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>G\u0127amlu pja\u010bir lilkom infuskom u araw lil Jacob Borg ji\u0121ri wara Keith Schembri tul it-triq mill-Qrati tal-\u0120ustizzja sa Kastilja. L-ewwel \u0127a\u0121a li nosserva hija l-kundizzjoni fi\u017cika tal-\u0121urnalista. Kont inkun b\u2019nifsi maqtug\u0127 b\u0127al ta\u2019 Kurt Farrugia nitla\u2019 dik it-telg\u0127a imma l-fatt li g\u0127andi kemmxejn aktar x\u2019in\u0121or mill-basket wara dahar Jacob Borg jispjega g\u0127ala minix \u0121urnalista li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8094,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8101\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8101"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8101\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8181,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8101\/revisions\/8181\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8094\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8101"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8101"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8101"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}