{"id":8125,"date":"2018-06-05T16:41:23","date_gmt":"2018-06-05T14:41:23","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8125"},"modified":"2018-06-05T23:17:27","modified_gmt":"2018-06-05T21:17:27","slug":"keith-schembri-kien-ircieva-430000-hames-gimghat-wara-li-nkiss-inkiss-siefer-lejn-baku","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/keith-schembri-kien-ircieva-430000-hames-gimghat-wara-li-nkiss-inkiss-siefer-lejn-baku\/","title":{"rendered":"Keith Schembri kien ir\u010bieva $430,000 \u0127ames \u0121img\u0127at wara li nkiss inkiss siefer lejn Baku"},"content":{"rendered":"<p>Minn dokmenti li jien rajt b&#8217;g\u0127ajnejja jirri\u017culta li Keith Schembri r\u010bieva aktar minn $430,000 fi \u0127lasijiet f&#8217;Jannar 2015 minn g\u0127ejjun mhux mag\u0127rufa. Dawn il-flejjes t\u0127allsu 5 \u0121img\u0127at wara li Keith Schembri &#8211; akkumpanjat mill-prim ministru Joseph Muscat, minn dak li kien Ministru tal-Ener\u0121ija Konrad Mizzi u mill-kelliem tal-gvern Kurt Farrugia &#8211; kellu laqg\u0127a ma&#8217; Ilham Aliyev tal-A\u017cerbaj\u0121an li fiha \u0121ie negozjat id-d\u0127ul tal-kumpannija tal-A\u017cerbaj\u0121an SOCAR fl-infrastruttura tal-ener\u0121ija ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8115\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/images.jpeg\" alt=\"\" width=\"272\" height=\"185\" \/><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-8119\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/delegation-2-1-1.png\" alt=\"\" width=\"1018\" height=\"654\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/delegation-2-1-1-300x193.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/delegation-2-1-1-420x270.png 420w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/delegation-2-1-1-768x493.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/06\/delegation-2-1-1.png 1018w\" sizes=\"(max-width: 1018px) 100vw, 1018px\" \/><\/p>\n<p>Il-<em>fund managers<\/em> li kienu \u0127adu \u0127sieb ir-ri-investiment ta&#8217; flejjes li Keith Schembri di\u0121\u00e0 kellu f&#8217;idejh, immarkaw dawn id-depo\u017citi b\u0127ala <em>new funds<\/em>. Il-kliem <em>new funds<\/em> ifissru li Keith Schembri ma kienx sid il-flejjes li \u0121ew depo\u017citati u li dawn ma jistg\u0127ux jitqiesu b\u0127ala flus li kienu di\u0121\u00e0 g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Id-dokumenti li jinsabu f&#8217;idejn il-<em>fund managers<\/em>\u00a0 &#8211; u li jien rajt b&#8217;g\u0127ajnejja &#8211; la jag\u0127tu rendikont dwar minn fejn \u0121ew dawn il-flejjes u lanqas li kienet saret xi verifika dwar minn fejn kienu \u0121ew u dan minkejja l-fatt li Keith Schembri, b\u0127ala <em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru huwa persuna esposta politikament (PEP). Dan il-fatt irendi suspettu\u017ci t-transazzjonijiet kollha li saru, liema transazzjonijiet kien messhom \u0121ew irrappurtati lill-FIAU. Ma jidher li sar xejn minn dan kollu jew, jekk sar xi \u0127a\u0121a, jidher li ma ttie\u0127du ebda passi.<\/p>\n<p>Fis-17 ta&#8217; Di\u010bembru 2014, \u0127ames \u0121img\u0127at qabel saru dawn il-\u0127lasijiet, delegazzjoni uffi\u010bjali mmexxija mill-prim ministru &#8211; li kienet tikkonsisti minn politi\u010bi biss &#8211; telqet minn Baku wara li ltaqg\u0127et ma&#8217; delegazzjoni mmexxija mill-President tal-A\u017cerbaj\u0121an Ilham Aliyev.<\/p>\n<p>Kien hemm \u0121img\u0127at s\u0127a\u0127 ta&#8217; attivit\u00e0 qabel l-iffirmar ta&#8217; <em>Memorandum of Understanding<\/em> bejn <span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 19.2px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">Ilham Aliyev u Joseph Muscat, liema dokument ma kienx \u0121ie mxandar mill-gvern ta&#8217; Malta.<\/span> Minn kemm ilu li \u0121ie ffirmat it-Trattat ta&#8217; Versailles fl-1919, l-iffirmar ta&#8217; trattati sigrieti ma baqg\u0127etx konswetudni diplomatika. Madankollu l-kontenut ta&#8217; dan il-ftehim baqa&#8217; ma xxandarx u, ironikament, l-unika persuna li tkellmet dwaru f&#8217;Malta kien l-Ambaxxatur tal-A\u017cerbaj\u0121an Vaqif Sadiqof li kien qal li \u201cl-<em>Memorandum of Understanding<\/em> jittratta dwar l-ener\u0121ija (\u2026) u dwar diversi pro\u0121etti kbar\u201d.<\/p>\n<p>Fil-15 ta&#8217; Di\u010bembru il-mezzi tax-xandir tal-A\u017cerbaj\u0121an kontrollati mill-gvern \u0127abbru li \u201cl-A\u017cerbaj\u0121an u Malta ffirmaw \u017cew\u0121 dokumenti dwar il-koperazzjoni strate\u0121ika fil-qasam ta\u017c-\u017cejt u tal-gass\u201d. U minkejja l-fatt li Kurt Farrugia kien pre\u017centi g\u0127at-ta\u0127ditiet, il-mezzi tax-xandir ta&#8217; Malta, li ma kinux \u0121ew mistiedna biex jirrappurtaw dwar dan l-avveniment, ma ng\u0127ataw ebda informazzjoni.<\/p>\n<p>G\u0127al snin s\u0127a\u0127 in\u0127biet kull informazzjoni dwar il-ftehim sakemm minn investigazzjonijiet ta&#8217; <em>The Daphne Project<\/em> irri\u017culta li \u201cl-kaxxa ta&#8217; Malta kienet qed titlef flejjes kbar\u201d b\u0127ala ri\u017cultat ta&#8217; dan il-ftehim. <a href=\"https:\/\/www.theguardian.com\/world\/2018\/apr\/25\/malta-azerbaijan-energy-deal-losing-money-claim-experts\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><em>The Guardian<\/em> kien irrapporta li <\/a>\u201cMalta kienet qed t\u0127allas rata \u0127afna aktar g\u0127olja (g\u0127all-gass) minn dawk li dak i\u017c-\u017cmien kienu negozjati fis-suq \u0127ieles mill-Gre\u010bja, mill-Italja u mit-Turkija. Minn estimi li saru minn <em>The Guardian<\/em> jirri\u017culta li s-SOCAR g\u0127all-gass kienet \u0127allset $40m inqas minn dik is-somma li spi\u010b\u010bat \u0127allsitha Malta\u201d.<\/p>\n<p>Sensiela ta&#8217; mistoqsijiet li ntbag\u0127tu lil Kurt Farrugia fejn intalbu spjegazzjonijiet ming\u0127and Keith Schembri g\u0127adhom s&#8217;issa mhux imwie\u0121ba.<\/p>\n<p>Fil-frattemp Keith Schembi jibqa&#8217; ma jitniffisx &#8211; lanqas jekk issegwih matul it-toroq tal-Belt Valletta, kif g\u0127amel Jacob Borg il-biera\u0127.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Minn dokmenti li jien rajt b&#8217;g\u0127ajnejja jirri\u017culta li Keith Schembri r\u010bieva aktar minn $430,000 fi \u0127lasijiet f&#8217;Jannar 2015 minn g\u0127ejjun mhux mag\u0127rufa. Dawn il-flejjes t\u0127allsu 5 \u0121img\u0127at wara li Keith Schembri &#8211; akkumpanjat mill-prim ministru Joseph Muscat, minn dak li kien Ministru tal-Ener\u0121ija Konrad Mizzi u mill-kelliem tal-gvern Kurt Farrugia &#8211; kellu laqg\u0127a ma&#8217; Ilham [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8119,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8125\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8125"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8125\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8156,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8125\/revisions\/8156\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8119\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8125"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8125"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8125"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}