{"id":81287,"date":"2019-11-18T19:48:58","date_gmt":"2019-11-18T18:48:58","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=81287"},"modified":"2019-11-18T19:48:58","modified_gmt":"2019-11-18T18:48:58","slug":"ghadna-lura","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/11\/ghadna-lura\/","title":{"rendered":"G\u0127adna lura"},"content":{"rendered":"<p>Ejjew ma ne\u010b\u010bitawx ru\u0127na \u017c\u017cejjed. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2019-11-11\/local-news\/OPM-chief-of-staff-Keith-Schembri-to-testify-in-17-Black-case-6736216007\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet fil-qorti Keith Schembri x&#8217;aktarx xtaq l-art tibilg\u0127u.<\/a> I\u017cda kien dakinhar li nkixfu l-<em>Panama Papers<\/em> li kien \u0127ass l-art titrieg\u0127ed ta\u0127t saqajh. Il-pjan korrott li kellhom biex jistag\u0127new personalment ma kellu qatt jo\u0127ro\u0121 fil-bera\u0127. Pubblikament ikomplu jilbsu l-maskra tal-indifferenza fuq wi\u010b\u010bhom &#8211; i\u017cda din il-maskra m&#8217;hix isservi biex tg\u0127atti r-rabja nfiskata li g\u0127andhom talli nqabdu b&#8217;qalziethom imni\u017c\u017cel sa g\u0127arqubhom.<\/p>\n<p>Dan kollu ma jfissirx li t-twettiq tal-\u0121ustizzja ser ikun inevitabbli. A\u0127sbu ftit dwar il-mod kif irre\u017cistew bil-qawwa kollha t-tnedija ta&#8217; kull forma ta&#8217; nkjesta kriminali. A\u0127sbu ftit dwar l-appelli kollha li ppre\u017centaw biex iwaqqfu l-inkjesti g\u0127al kollox.<\/p>\n<p>Ippermettuli nfakkarkom ftit.<\/p>\n<p>Frar 2016: <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2016\/02\/konrad-mizzis-and-sai-mizzi-liangs-easter-lunch\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Daphne Caruana Galizia tikteb li Keith Schembri u Konrad Mizzi huma s-sidien ta&#8217; kumpanniji re\u0121istrati fil-Panama mo\u0127bijin \u0121ewwa <em>trusts<\/em> re\u0121istrati fi New Zealand<\/a>. Ji\u010b\u0127du kollox.<\/p>\n<p>April 2016: Jitfa\u010b\u010baw il-<em>Panama Papers<\/em> u ti\u0121i konfermata l-istorja li Keith Schembri u Konrad Mizzi tassew huma sidien ta&#8217; kumpanniji re\u0121istrati fil-Panama u li kienu gidbu meta dawn stqarrew li dan ma kienx minnu. Simon Busuttil jistqarr li minn dak li rri\u017culta mill-<em>Panama Papers<\/em>, Keith Schembri huwa bniedem korrott. <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/court_and_police\/63863\/simon_busuttil_sued_for_libel#.XdJGxpJKhBw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Keith Schembri jirrea\u0121ixxi billi jag\u0127mel libell fil-qorti kontra Simon Busuttil.<\/a><\/p>\n<p>Lulju 2017: <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/79231\/magistrate_to_kickstart_panama_papers_inquiry_into_keith_schembri_and_konrad_mizzi#.XdJVH5JKhBw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-Pulizija tibqa&#8217; ma ti\u010b\u010baqlaqx u Simon Busuttil jie\u0127u l-inizjattiva u jitlob it-tnedija ta&#8217; inkjesta mill-qorti. Permezz ta&#8217; digriet, il-Ma\u0121istrat Ian Farrugia jilqa&#8217; t-talba u jordna t-tnedija ta&#8217; inkjesta.<\/a> Il-Prim Ministru u l-klikka ta&#8217; madwaru jappellaw mid-digriet u tibda&#8217; battalja legali twila quddiem il-qorti tal-appell.<\/p>\n<p>Ottubru 2017: <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2017\/10\/crook-schembri-court-today-pleading-not-crook\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Keith Schembri jixhed fil-kaw\u017ca tal-libell li g\u0127amel kontra\u00a0 Simon Busuttil u jistqarr li hu m&#8217;huwiex bniedem korrott.<\/a> Dakinhar stess,\u00a0 Daphne Caruana Galizia, il-\u0121urnalista li kienet kixfitilhom g\u0127awwarhom ti\u0121i assassinata permezz ta&#8217; karrozza-bomba.<\/p>\n<p>April 2018: <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/mizzi-and-schembris-panama-target-client-received-16-million.676783\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ta&#8217;<em> The Daphne Project<\/em> jikxfu li l-kumpanniji <em>17 Black<\/em> (u <em>MacBridge<\/em>) kienu \u0121ew identifikati b\u0127ala \u201cklijenti mira\u201d<\/a> li kellhom jittrasferixxu miljuni kbar ta&#8217; flejjes fil-kontijiet tal-kumpanniji tal-Panama ta&#8217; Keith Schembri u ta&#8217;\u00a0 Konrad Mizzi.<\/p>\n<p>Ottubru 2018: <a href=\"https:\/\/www.reuters.com\/article\/us-malta-daphne-offshore-exclusive\/exclusive-mystery-company-named-by-murdered-maltese-journalist-is-linked-to-power-station-developer-idUSKCN1NE18M\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Ir-<em>Reuters<\/em> jikxfu li sid il-kumpannija <em>17 Black<\/em> m&#8217;hu \u0127add \u0127lief \u00a0 Yorgen Fenech<\/a>.<\/p>\n<p>Novembru 2018: <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/exclusive-inquiry-into-17-black-has-been-launched-minister-confirms.694702\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Fil-Parlament Owen Bonnici jg\u0127id li nkjesta dwar <em>17 Blac<\/em>k kienet inbdiet \u201cnumru ta&#8217; \u0121img\u0127at\u201d qabel ixxandar ir-rapport ta&#8217; <em>Reuters<\/em> f&#8217;Ottubru.<\/a> Qal ukoll li l-inkjesta kienet intalbet mill-Pulizija u li din qed titmexxa&#8217; mill-Ma\u0121istrat Charmaine Galea.<\/p>\n<p>Jannar 2019: <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/court-rejects-simon-busuttils-request-for-a-panama-papers-inquiry.698733\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-appell ta&#8217; Joseph Muscat u tal-klikka tal-Panama fuq l-inkjesta\u00a0 dwar il-<em>Panama Papers<\/em> jintlaqa&#8217; mill-Im\u0127allef Giovanni Grixti.<\/a> Id-digriet li kien ordna t-tnedija ta&#8217; inkjesta ji\u0121i revokat.<\/p>\n<p>April 2019: \u00a0<a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/court_and_police\/94660\/magistrate_rules_in_favour_of_panama_papers_inquiry#.XdJDt5JKhBw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-Ma\u0121istrat Doreen Clarke tilqa&#8217; talba \u0121dida minn Simon Busuttil u minn Repubblika sabiex ti\u0121i mnedija nkjesta dwar il-<em>Panama Papers.<\/em><\/a> Il-Ma\u0121istrat Clarke tordna li l-allegazzjonijiet li saru minn Simon Busuttil u minn Repubblika ji\u0121u mist\u0127arr\u0121a fl-inkjesta presjeduta mill-Ma\u0121istrat Charmaine Galea dwar <em>17 Black<\/em>. Din l-inkjesta g\u0127adha pendenti.<\/p>\n<p>Novembru 2019: Wara li ji\u0121i ordnat jidher fil-qorti f&#8217;kaw\u017ca ta&#8217; libell li g\u0127amel huwa stess u sabiex isirlu kontro-e\u017cami, Keith Schembri j\u010bedi l-kaw\u017ca ta&#8217; libell li kien g\u0127amel kontra Simon Busuttil.<\/p>\n<p>Issa li ftakarna f&#8217;dawn il-fatti kollha, inkomplu.<\/p>\n<p>Meta l-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet Keith Schembri kien qed jipprova ji\u017cgi\u010b\u010ba mid-dmir tieg\u0127u li jixhed f&#8217;kaw\u017ca ta&#8217; libell li kien g\u0127amel huwa stess, stqarr li ma jixtieqx jixhed g\u0127aliex jib\u017ca&#8217; li jista&#8217; jinkrimina ru\u0127u. Din kienet ammissjoni \u010bara minn na\u0127a tieg\u0127u li rrabjat lil bosta nies u li wkoll nisslet xi ftit tat-tama li din id-darba Joseph Muscat kien ser jag\u0127mel dak li kien missu ilu li g\u0127amel, g\u0127alkemm kien di\u0121\u00e0 1,322 jum tard, kif qieg\u0127duha tal-Moviment Graffitti il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fmovimentgraffitti%2Fposts%2F2628854900504346&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"641\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/i-want-all-the-facts-to-emerge-in-daphne-caruana-galizia-murder.750631\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">I\u017cda kien hemm ukoll sku\u017ca o\u0127ra li kienet politikament konvenjenti u li Joseph Muscat il-biera\u0127 g\u0127a\u017cel li jiddendel mag\u0127ha hu u jiddefendi lill-hekk imsejja\u0127 assistent tieg\u0127u.<\/a> Din l-isku\u017ca hi li Keith Schembri qed jag\u0127ti x-xhieda tieg\u0127u fl-inkjesta tal-Ma\u0121istrat Charmaine Galea. Hi appuntu din l-isku\u017ca li qed jiddendlu mag\u0127ha biex ji\u0121\u0121ustifikaw is-&#8220;sagrifi\u010b\u010bju&#8221; li g\u0127amlu meta \u010bedew il-kaw\u017ca ta&#8217; libell li kienu g\u0127amlu kontra Simon Busuttil.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, din l-isku\u017ca m&#8217;hi xejn \u0127lief \u0127merija mill-aktar banali.<\/p>\n<p>Nibdew biex, skont il-li\u0121i Maltija l-pro\u010bessi kriminali u dawk \u010bivili huma pro\u010bessi separati. Keith Schembri g\u0127andu kull dritt bil-li\u0121i li j\u0127ares ir-reputazzjoni tieg\u0127u permezz ta&#8217; kaw\u017ca ta&#8217; libell fil-qrati \u010bivili fl-istess waqt li jkun qed ji\u0121i nvestigat f&#8217;inkjesta kriminali. Dakinhar li appellaw minn digriet li ordna t-tnedija ta&#8217; inkjesta dwar l-im\u0121ieba tag\u0127hom (ji\u0121ifieri d-digriet ta&#8217; Lulju 2017 li kien \u0121ie revokat wara reb\u0127u appell li kienu g\u0127amlu), Keith Schembri u tal-klikka tal-Panama kienu stqarrew b&#8217;sa\u0127\u0127a li huma g\u0127andhom id-dritt li je\u017cer\u010bitaw id-drittijiet kollha li tag\u0127tihom il-li\u0121i. Keith Schembri ma kellu g\u0127alfejn i\u010bedi xejn minn dak li tag\u0127tih il-li\u0121i.<\/p>\n<p>It-tieni: kien Owen Bonnici li, f&#8217;Novembru tas-sena li g\u0127addiet, kixef li kienet qed issir inkjesta kriminali mill-Ma\u0121istrat Charmaine Galea. Anki li kieku Keith Schembri kellu jg\u0127id li, dakinhar li feta\u0127 il-kaw\u017ca ta&#8217; libell, ma kien jaf b&#8217;ebda inkjesta dwar <em>17 Black<\/em>, di\u0121\u00e0 kien hemm inkjesta g\u0127addejja wara l-ewwel talba li kienet saret minn Simon Busuttil f&#8217;Lulju 2017. Dakinhar kien g\u0127adu ma xehedx quddiem il-qorti fis-sens li kien bi \u0127siebu jag\u0127mel kaw\u017ca ta&#8217; libell. Li kieku ried, il-kaw\u017ca seta&#8217; fa\u010bilment \u010bediha. Jew inkella seta&#8217; \u010bediha matul din is-sena, xhur wara li Owen Bonnici kien \u0127abbar fil-Parlament li tinsab g\u0127addejja nkjesta dwar <em>17 Black<\/em>. Seta&#8217; wkoll \u010bediha hekk kif, f&#8217;April li g\u0127adda, l-Ma\u0121istrat Doreen Clarke \u017ciedet l-ilment il-\u0121did dwaru li kien sar minn Simon Busuttil u minn Repubblika mal-inkjesta tal-Ma\u0121istrat Charmaine Galea.<\/p>\n<p>Nistaqsi: \u0121aladarba li, f&#8217;kull stadju, dawn g\u0127amlu re\u017cistenza qawwija kontra t-tnedija ta&#8217; kull investigazzjoni dwar l-im\u0121ieba tag\u0127hom, x&#8217;kienet ir-ra\u0121uni li Keith Schembri baqa&#8217; m&#8217;appellax biex iwaqqa&#8217; d-digriet li kienet ordnat il-qorti sabiex l-allegazzjonijiet dwar il-Panama ji\u017cdiedu ma&#8217; dawk li dwarhom qed issir inkjesta mill-Ma\u0121istrat Charmaine Galea? Wara kollox, dan id-digriet kien wie\u0127ed li jixba\u0127 \u0127afna id-digriet li ng\u0127ata f&#8217;Lulju 2017, liema digriet kienu appellaw minnu b&#8217;sa\u0127\u0127a \u0121mielha. Il-g\u0127ala m&#8217;g\u0127amilx l-istess din id-darba? Il-g\u0127ala m&#8217;huwiex jo\u0121\u0121ezzjona li l-Ma\u0121istrat Charmaine Galea qed tniedi nkjesta dwar l-im\u0121ieba tieg\u0127u?<\/p>\n<p>Hemm ukoll \u0127a\u0121&#8217;o\u0127ra.<\/p>\n<p>Konrad Mizzi \u2013 sie\u0127eb fit-ta\u0127wid kriminali ta&#8217; Keith Schembri \u2013 kien ittanta jwaqqaf lill-Ma\u0121istrat Doreen Clarke milli tidde\u010biedi, kif fil-fatt spi\u010b\u010bat g\u0127amlet f&#8217;April 2018, dwar jekk g\u0127andhiex tordna inkjesta dwar il-<em>Panama Papers<\/em>. Dan kien g\u0127amel kaw\u017ca fil-Qorti Kostituzzjonali g\u0127ax qal li l-li\u0121i li tag\u0127ti s-setg\u0127a lil Repubblika u lil Simon Busuttil li jag\u0127mlu lment kontrih tikser id-drittijiet umani tieg\u0127u. Kien talab lill-qorti biex tordna lill-Ma\u0121istrat Doreen Clarke biex tibqa&#8217; lura milli tag\u0127ti digriet sakemm tinqata&#8217; il-kaw\u017ca kostituzzjonali li kien g\u0127amel. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/05\/konrad-mizzi-refused-permission-to-appeal-decision-to-allow-repubblika-and-simon-busuttil-to-intervene-in-his-human-rights-complaint\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-qorti kienet \u010ba\u0127det it-talba li kien g\u0127amel u \u010ba\u0127ditlu wkoll il-permess li jappella mis-sentenza.<\/a><\/p>\n<p>I\u017cda, b&#8217;g\u0127a\u0121eb tal-g\u0127e\u0121ubijiet, Konrad Mizzi spi\u010b\u010ba biex \u010beda l-kaw\u017ca kostituzzjonali. Il-ka\u017c g\u0127adda g\u0127and il-Ma\u0121istrat Charmaine Galea li issa kellha lilu flimkien ma&#8217; Keith Schembri b\u0127ala persuni suspettati fid-delitti kriminali ta&#8217; tix\u0127im, korruzzjoni u \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in. Wara dik l-g\u0127a\u0121eb kollu li kien\u00a0 g\u0127amel, Konrad Mizzi issa mmansa u deher li g\u0127alih ma \u0121ara&#8217; xejn li qed issir inkjesta dwar l-im\u0121ieba tieg\u0127u. G\u0127ala? X&#8217;kienet tassew ir-ra\u0121uni il-g\u0127ala Keith Schembri (u, wara sforz qawwi, anki Konrad Mizzi) baqg\u0127u m&#8217;g\u0127amlux u\u017cu mill-mezzi li tag\u0127tihom il-li\u0121i biex iwaqqfu l-inkjesta tal-Ma\u0121istrat Charmaine Galea meta kienu huma stess li g\u0127amlu minn kollox biex iwaqqfu digriet ie\u0127or simili li kien sar fi stadju aktar kmieni? Tg\u0127id tal-klikka tal-Panama qed jittamaw li mal-Ma\u0121istrat Charmaine Galea g\u0127andhom \u010bans akbar li j\u0121ibuha \u017cew\u0121?<\/p>\n<p>Fl-img\u0127oddi l-Ma\u0121istrat Charmaine Galea kienet \u0127asset li kellha kunflitt ta&#8217; interess fejn g\u0127andha x&#8217;taqsam Daphne Caruana Galizia. Meta f&#8217;Di\u010bembru 2017, l-a\u0127wa Degiorgio u \u010aensu Muscat illellg\u0127u il-qorti u \u0121ew mixlija bil-qtil ta&#8217;\u00a0 Daphne Caruana Galizia, <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/caruana-galizia-murder-suspects-back-in-court.665965\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Charmaine Galea kienet irriku\u017cat ru\u0127\u0127a g\u0127aliex \u0127asset li ma kellhiex tkun hi li tisma&#8217; x-xhieda tal-kumpilazzjoni li saret kontrihom.<\/a> Il-Ma\u0121istrat kienet qalet li Daphne Caruana Galizia kienet semmietha fil-blog tag\u0127ha fil-kuntest tal-\u0127atriet g\u0127all-\u0121udikatura ta&#8217; persuni li l-Partit Laburista g\u0127andu fidu\u010bja fihom. Meta Charmaine Galea kienet in\u0127atret b\u0127ala Ma\u0121istrat, Daphne kienet semmiet il-fatt li din kienet so\u010bju fl-uffi\u010bju tad-Deputat Kap Laburista Toni Abela. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2013\/05\/more-malta-taghna-lkoll-appointments-this-time-to-the-judiciary\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Il-\u0127atra ta&#8217; Charmaine Galea, Daphne kienet sej\u0127itilha b\u0127ala \u0127atra &#8220;Malta Tag\u0127na Lkoll&#8221;.<\/a><\/p>\n<p>Issa jekk stqarrija b\u0127al din kienet bi\u017c\u017cejjed biex il-Ma\u0121istrat Charmaine Galea \u0127asset li ma kellhiex imparzjalit\u00e0 bi\u017c\u017cejjed biex tisma&#8217; x-xhieda (ming\u0127ajr ma tidde\u010biedi dwar \u0127tija jew in-nuqqas tag\u0127ha) dwar il-qtil ta&#8217; Daphne, kemm aktar kellha t\u0127oss li m&#8217;g\u0127andhiex imparzjalit\u00e0 bi\u017c\u017cejjed hi u tinvestiga dak li kitbet dwaru Daphne Caruana Galizia? Jaqaw Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu saru jafu b&#8217;kumbinazzjoni, wara li kienu qraw il-blog ta&#8217; Daphne, li l-\u0127atra ta&#8217; Charmaine Galea kienet wa\u0127da &#8220;Tag\u0127na Lkoll&#8221; u g\u0127alhekk dehrilhom li jkun jaqblilhom jekk l-inkjesta dwar l-im\u0121ieba tag\u0127hom titmexxa&#8217; minnha? Din kienet ir-ra\u0121uni il-g\u0127ala baqg\u0127u m&#8217;appellawx? Jaqaw qed ifittxu li jkollhom e\u017conerazzjoni stil Egrant?<\/p>\n<p>A\u0127sbu ftit ukoll dwar dak li stqarr il-biera\u0127 Joseph Muscat hu u jiddefendi lill-hekk imsejja\u0127 assistent tieg\u0127u. Minn banda, Joseph Muscat \u0127are\u0121 bit-teorija li Keith Schembri jippreferi jixhed u jikxef kollox quddiem l-inkjesta milli quddiem il-qorti f&#8217;kaw\u017ca ta&#8217; libell li g\u0127amel hu stess. Mill-banda l-o\u0127ra, stqarr li Keith Schembri kien inkwetat li kieku kellu jirba\u0127 il-kaw\u017ca ta&#8217; libell, quddiem il-qorti tal-appell Simon Busuttil kien ig\u0127id li l-Ma\u0121istrat Victor Axiaq &#8212; l-istess Ma\u0121istrat li \u0121ieg\u0127el lil Keith Schembri jeg\u0127req l-g\u0127araq tad-demm fil-qorti &#8212; kellu kunflitt ta&#8217; interess u li, ipotetikament, kien ikun jista&#8217; jipperswadi lill-qorti biex tirrevoka sentenza li Keith Schembri kien ikun reba\u0127.<\/p>\n<p>Din isba\u0127 issa! Fil-qorti, l-Ma\u0121istrat Victor Axiaq stqarr li kien hemm persuna li ppruvat tavvi\u010bina\u0127 biex tfakkru li huwa kellu kunflitt ta&#8217; interess. Mid-dehra, omm il-Ma\u0121istrat kienet impjegata ma&#8217; wa\u0127da mill-kumpanniji ta&#8217; Keith Schembri. Kemm jekk kienu jafu b&#8217;dan jew skoprewh aktar nhar it-Tnejn stess, l-avukati ta&#8217; Simon Busuttil ma talbux lill-Ma\u0121istrat jirriku\u017ca ru\u0127u. Li kieku riedu, dawn setg\u0127u talbu r-riku\u017ca anki min\u0127abba l-fatt li Simon Busuttil, b\u0127ala wie\u0127ed mill-avukati ta&#8217; Repubblika, qed jidher b\u0127ala avukat fil-kaw\u017ca kostituzzjonali li saret minn Repubblika dwar l-indipendenza tal-\u0121udikatura: jekk il-kaw\u017ca tintreba\u0127 minn Repubblika, potenzjalment il-\u0127atra ta&#8217; Victor Axiaq b\u0127ala Ma\u0121istrat tista&#8217; ti\u0121i annullata g\u0127aliex dan in\u0127atar fil-kariga f&#8217;April 2019, ji\u0121ifieri wara li Repubblika bdiet l-azzjoni fil-qorti. Jibqa&#8217; l-fatt li Simon Busuttil baqa&#8217; ma talabx ir-riku\u017ca ta&#8217; Victor Axiaq g\u0127aliex ma kienx fl-interess tieg\u0127u li jag\u0127mel dan. Je\u0127tie\u0121 niftakru li kien ilu mat-tliet snin jissielet biex i\u0121ieg\u0127el lil Keith Schembri jixhed fil-kaw\u017ca ta&#8217; libell.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/who-asked-magistrate-to-recuse-himself-in-keith-schembri-case.750442\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dan ma jistax \u0127lief ifisser li l-persuna li avvi\u010binat privatament lill-Ma\u0121istrat Victor Axiaq \u2013 kontra l-ispirtu tal-li\u0121i u tad-di\u010benza \u2013 hi persuna li a\u0121ixxiet fl-interess ta&#8217; Keith Schembri.<\/a> Jekk dan huwa minnu, ma nie\u0127duha xejn bi kbira jekk Keith Schembri jasal ukoll biex jipprova jinfluwenza ma\u0121istrati li ma jkunux ta&#8217; stoffa kbira.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andna qatt inne\u0127\u0127u minn ta\u0127t l-attenzjoni tag\u0127na l-fatt li f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar 6 snin, il-gvern tal-Labour ra kif g\u0127amel biex ja\u0127tar fil-\u0121udikatura persuni li huma qrib tieg\u0127u u li xi darba jaf li jista&#8217; ji\u0121i b\u017connhom biex i\u0127okkulu dahru. Barra minn dan, je\u0127tie\u0121 niftakru wkoll li waqt li kaw\u017ca ta&#8217; libell (jew anki pro\u010bess kriminali) ise\u0127\u0127 bil-miftu\u0127 u kul\u0127add ikun jista&#8217; jsegwi x-xhieda li tkun qed tinstema&#8217; u l-mistoqsijiet li jsiru lix-xhieda, dan m&#8217;huwiex il-ka\u017c f&#8217;inkjesta ma\u0121isterjali. Inkjesta ssir bil-mag\u0127luq u lix-xhieda ma ssirilhomx kontro-e\u017cami. M&#8217;hemmx mod kif wie\u0127ed jista&#8217; jikkontrolla biex ji\u017cgura li kollox ikun qed isir kif suppost. U, kif turina l-esperjenza tal-inkjesta Egrant, ir-rapport finali ma jixxandarx.<\/p>\n<p>Il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet Keith Schembri nteba\u0127 li m&#8217;g\u0127andux is-setg\u0127a li jikkontrolla l-e\u017citu ta&#8217; kaw\u017ca ta&#8217; libell li kien g\u0127amel huwa stess. I\u017cda nistg\u0127u ng\u0127idu l-istess \u0127a\u0121a g\u0127all-e\u017citu ta&#8217; inkjesta kriminali li l-Pulizija &#8211; l-istess Pulizija li baqg\u0127u \u010bassi fit-tliet snin li ilna li sirna nafu bil-kumpanniji sigrieti tal-Panama &#8211; kienu talbu li ssir? Tg\u0127id xi \u0127add mar isefsef f&#8217;widnejn il-Ma\u0121istrat Charmaine Galea bl-istess mod li xi \u0127add mar isefsef f&#8217;widnejn il-Ma\u0121istrat Victor Axiaq? Tg\u0127id Keith Schembri qed jittama li manuvra b\u0127al din tista&#8217; te\u0127ilsu mill-inkwiet?<\/p>\n<p>Nhar it-Tnejn li g\u0127adda, xammejna r-reb\u0127a. I\u017cda nkunu aktar bil-g\u0127aqal jekk noqg\u0127odu lura milli ng\u0127oddu l-flieles qabel ma dawn jibdew ifaqqsu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ejjew ma ne\u010b\u010bitawx ru\u0127na \u017c\u017cejjed. Il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet fil-qorti Keith Schembri x&#8217;aktarx xtaq l-art tibilg\u0127u. I\u017cda kien dakinhar li nkixfu l-Panama Papers li kien \u0127ass l-art titrieg\u0127ed ta\u0127t saqajh. Il-pjan korrott li kellhom biex jistag\u0127new personalment ma kellu qatt jo\u0127ro\u0121 fil-bera\u0127. Pubblikament ikomplu jilbsu l-maskra tal-indifferenza fuq wi\u010b\u010bhom &#8211; i\u017cda din il-maskra m&#8217;hix isservi biex [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":81282,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81287\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=81287"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81287\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":81299,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81287\/revisions\/81299\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/81282\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=81287"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=81287"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=81287"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}