{"id":81338,"date":"2019-11-19T15:35:55","date_gmt":"2019-11-19T14:35:55","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=81338"},"modified":"2019-11-20T11:05:52","modified_gmt":"2019-11-20T10:05:52","slug":"imheggeg-biex-ikun-jaf-kif-izda-biered-dwar-l-ghaliex","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/11\/imheggeg-biex-ikun-jaf-kif-izda-biered-dwar-l-ghaliex\/","title":{"rendered":"Im\u0127e\u0121\u0121e\u0121 biex ikun jaf kif i\u017cda biered dwar l-&#8220;g\u0127aliex&#8221;."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-81335 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/jpb_6341.jpg\" alt=\"\" width=\"565\" height=\"365\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/jpb_6341-200x129.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/jpb_6341-300x194.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/jpb_6341-400x258.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/jpb_6341.jpg 565w\" sizes=\"(max-width: 565px) 100vw, 565px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/98727\/caruana_galizia_murder_suspect_melvin_theuma_pm_recommend_pardon?fbclid=IwAR3XnTHR88WRfPlv_sJ13A9bYI1VsL3VU6-K-Wct0bk92Kt8UpdKDkMc0v0#.XdP8njJKhdi\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">L-isem ta&#8217; Melvin Theuma ssemma&#8217; aktar kmieni llum mill-<em>Malta Today<\/em> b\u0127ala l-allegat &#8220;sensar&#8221; tal-konfoffa li ng\u0127aqdet biex ti\u0121i assassinata Daphne Caruana Galizia.<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2019\/11\/19\/justice-before-clickbait\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Kif kitbet Caroline Muscat ftit sig\u0127at wara, l-isem ta&#8217; din il-persuna kien ilu jissemma&#8217; minn xi \u0121urnalisti g\u0127al diversi \u0121img\u0127at<\/a>. Bosta minna kienu jafu li, g\u0127al diversi xhur, wie\u0127ed mit-tliet ir\u0121iel mixlija bil-qtil, \u010aensu Muscat, lill-Pulizija kien g\u0127addielha informazzjoni dwar l-identit\u00e0 tas-&#8220;sensar&#8221;.<\/p>\n<p>B\u0127alma ji\u0121ri f&#8217;kull xog\u0127ol ie\u0127or, qabel wie\u0127ed jidde\u010biedi li jxandar a\u0127bar wie\u0127ed g\u0127andu dejjem iwie\u017cen numru ta&#8217; responsabbiltajiet differenti li, \u0127afna drabi, jkunu kuntrarji g\u0127al xulxin. Minn banda hemm ir-responsabbilt\u00e0 u d-dmir li l-pubbliku jkun infurmat. I\u017cda mill-banda l-o\u0127ra, wie\u0127ed g\u0127andu wkoll ir-responsabbilt\u00e0 li jara li ma j\u0121ibx ru\u0127u b&#8217;mod li jippre\u0121udika l-investigazzjonijiet u effettivament &#8211; u forsi ming\u0127ajr ma jrid &#8211; isir kompli\u010bi ma&#8217; dawk li jkunu jridu ja\u0127arbu mill-\u0121ustizzja u jg\u0127adduha lixxa.<\/p>\n<p>Meta nhar il-\u0126amis Melvin Theuma n\u0121abar mill-Pulizija, huwa ma \u0121iex arrestat min\u0127abba akku\u017ca ta&#8217; qtil. Din kienet wa\u0127da mir-ra\u0121unijiet il-g\u0127ala l-a\u0127bar in\u017cammet u ma xxandritx.<\/p>\n<p>Kif forsi tistg\u0127u timma\u0121inaw, il-mod li bih \u0121ie ma\u0127sub, imfassal u mwettaq il-pjan ba\u017ciku li wassal g\u0127all-assassinju ilu mag\u0127ruf mill-\u0121urnalisti. Dan ifisser ukoll li l-pjan kienu jafu bi\u0127 kemm l-investigaturi kif ukoll il-politi\u010bi minn ferm qabel.<\/p>\n<p>Il-politi\u010bi kienu jafu li a\u0127na l-\u0121urnalisti kellna f&#8217;idejna l-informazzjoni. Kienu jafu li, kemm il-darba l-informazzjoni kienet ser tibqa&#8217; mistura min\u0127abba n-nuqqas ta&#8217; azzjoni minn na\u0127a tal-gvern, eventwalment kien ser ikun hemm min jikxef dan il-fatt u l-gvern kien jidher b\u0127allikieku qed jiggarantixxi l-impunit\u00e0 g\u0127al min allegatament qatel. Din ukoll hi forma ta&#8217; pressjoni li tassigura li xejn ma jdum mistur. \u0126afna drabi l-pre\u017cenza tal-\u0121urnalisti f&#8217;pajji\u017c demokratiku u d-determinazzjoni u l-\u0127e\u0121\u0121a tag\u0127hom biex isibu t-truf tin\u0127ass sewwa minn dawk li ja\u0127sbu li g\u0127andhom is-setg\u0127a li jostru dak li jkun jaqblilhom jostru.<\/p>\n<p>A\u0127na l-\u0121urnalisti ninsabu mejtin biex nikxfu dak li di\u0121\u00e0 g\u0127andna f&#8217;idejna u mejtin ukoll biex insiru nafu aktar.<\/p>\n<p>I\u017cda g\u0127alissa bi \u0127siebni nillimita ru\u0127i g\u0127al xi osservazzjonijiet.<\/p>\n<p>L-ewwel, ma nistax ma nissuspettax li dan l-arrest kif ukoll l-istqarrija ta&#8217; dalg\u0127odu tal-prim ministru dwar il-possibilit\u00e0 li ting\u0127ata l-immunit\u00e0 mill-prosekuzzjoni lix-xhud jistg\u0127u iservu biex jaljenawna mill-iskandli politi\u010bi kbar li hemm b\u0127alissa. Dak li qed jing\u0127ad jista&#8217; jwassal lil wie\u0127ed biex ja\u0127seb li ma te\u017cisti ebda rabta bejn l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u l-iskandli tal-Kabinett ta&#8217; Joseph Muscat. Dan il-\u0127sieb g\u0127ad jirri\u017culta li m&#8217;huwiex pre\u010bi\u017c.<\/p>\n<p>It-tieni, il-prim ministru llum &#8220;refa&#8217; r-responsabbilt\u00e0&#8221; g\u0127al azzjoni politika wa\u0127da &#8211; ji\u0121ifieri dik li jirrakkomanda l-g\u0127oti ta&#8217; ma\u0127fra &#8211; liema azzjoni jkun jixtieq jippre\u017centaha b\u0127ala wa\u0127da li tkun wasslet biex instab tarf tal-ka\u017c. Frott l-esperjenza, Joseph Muscat g\u0127andu l-\u0127ila biex ja\u0127seb sew minn qabel liema g\u0127andhom ikunu l-passi li jkun je\u0127tie\u0121 li jie\u0127u. I\u017cda \u0127a\u017cin nag\u0127mlu jekk nassumu li g\u0127andu kontroll assolut fuq kollox. Joseph Muscat ma jistax jaqbad u jdabbar ras dawk fil-Kabinett li huma qrib tieg\u0127u u fl-istess waqt jippretendi li ser ninsew li kien messu dabbrilhom rashom tliet snin ilu. F&#8217;dan l-istadju, jekk g\u0127andu jdabbar rasu xi \u0127add, dan ix-xi \u0127add m&#8217;huwa \u0127add \u0127lief hu.<\/p>\n<p>Jista&#8217; jkun ukoll li Joseph Muscat ser jilg\u0127ab l-a\u0127\u0127ar karta li g\u0127andu f&#8217;idejh. Jekk jirnexxielu jpin\u0121i lilu nnifsu f&#8217;g\u0127ajnejn in-nies b\u0127ala politiku mimli \u0127e\u0121\u0121a &#8211; skont il-\u0127sieb li jg\u0127addi minn mo\u0127\u0127u &#8211; jista&#8217; jkun f&#8217;po\u017cizzjoni a\u0127jar biex politikament jipprova jg\u0127addiha lixxa minkejja dak kollu li jista&#8217; jirri\u017culta mill-investigazzjonijiet.<\/p>\n<p>It-tielet, dalg\u0127odu l-prim ministru \u0121ie mistoqsi xi tkun ir-reazzjoni tieg\u0127u kemm il-darba s-&#8220;sensar&#8221; isemmi w\u0127ud minn dawk li jaqg\u0127u ta\u0127tu b\u0127ala l-im\u0127u\u0127 wara t-twettiq tad-delitt. Din il-mistoqsija sserra\u0127 fuq l-in\u0121enwinit\u00e0 li fuqha jiddependi l-prim ministru biex politikament jibqa&#8217; jimra\u0127 fil-wi\u010b\u010b. G\u0127al darb&#8217;o\u0127ra, anki fl-isfond ta&#8217; konfoffa biex ti\u0121i assassinata \u0121urnalista, nfittxu l-kenn ta&#8217; dak li huwa ovvju minflok na\u0127sbu b&#8217;mo\u0127\u0127na.<\/p>\n<p>Is-&#8220;sensar&#8221; li n\u0121abar mill-Pulizija llum ser ikun f&#8217;po\u017cizzjoni li jsemmi lill-persuna li \u0127allsitu u li ordnatlu jara li jitwettaq id-delitt.<\/p>\n<p>Bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dan, tkun tista&#8217; tinstab tarf id-dinamika tal-assassinju: dwar min kellem lil min, dwar min \u0127allas lil min u dwar min qatilha.<\/p>\n<p>I\u017cda je\u0127tie\u0121 li niftakru li meta nkunu fhimna d-dinamika ta&#8217; assassinju ma jfissirx ukoll li nkunu sibna tarf tal-forensika.<\/p>\n<p>Jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li, \u0121aladarba anti\u010bipa dak li huwa mistenni minnu, l-prim ministru issa ma jistax ikompli ja\u0127rab it-twe\u0121iba g\u0127all-mistoqsija dwar l-identit\u00e0 tal-persuna li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>I\u017cda l-prim ministru din l-anti\u010bipazzjoni g\u0127amilha bil-g\u0127an li ma tinbitx mistoqsija o\u0127ra b\u0127alma hi: g\u0127aliex inqatlet Daphne Caruana Galizia? X&#8217;aktarx li Melvin Theuma m&#8217;g\u0127andux l-i\u010bken idea g\u0127aliex inqatlet.<\/p>\n<p>U huwa proprju hawn fejn g\u0127andhom jid\u0127lu l-\u0121urnalisti: dawn je\u0127tie\u0121 li jistaqsu x&#8217;kienu x-xtur li kellhom jitg\u0127attew bis-sa\u0127\u0127a tal-assassinju. A\u0127na l-\u0121urnalisti ma nistg\u0127ux inserr\u0127u fuq il-forensika, fuq l-ilsien perswa\u017civ tal-prosekuturi u fuq l-ispettaklu ta&#8217; novella dwar delitti kriminali &#8211; mo\u0127\u0127na inkunu rridu n\u0127addmuh a\u0127na stess.<\/p>\n<p>Assassinju huwa qtil politiku. U hekk kif jinstab tarf tal-kwistjonijiet forensi\u010bi, je\u0127tie\u0121 li jsir \u0121udizzju politiku. U \u0127add \u0127lief il-\u0121urnalisti ma jistg\u0127u jag\u0127mlu dan ix-xog\u0127ol.<\/p>\n<p>Se tkun ix-xewqa ta&#8217; Joseph Muscat li dan il-\u0121udizzju jibqa&#8217; ma jsirx g\u0127aliex fuq dan il-\u0121udizzju ser jiddependi l-futur politiku tieg\u0127u.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-isem ta&#8217; Melvin Theuma ssemma&#8217; aktar kmieni llum mill-Malta Today b\u0127ala l-allegat &#8220;sensar&#8221; tal-konfoffa li ng\u0127aqdet biex ti\u0121i assassinata Daphne Caruana Galizia. Kif kitbet Caroline Muscat ftit sig\u0127at wara, l-isem ta&#8217; din il-persuna kien ilu jissemma&#8217; minn xi \u0121urnalisti g\u0127al diversi \u0121img\u0127at. Bosta minna kienu jafu li, g\u0127al diversi xhur, wie\u0127ed mit-tliet ir\u0121iel mixlija bil-qtil, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":81335,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81338\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=81338"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81338\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":81373,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81338\/revisions\/81373\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/81335\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=81338"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=81338"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=81338"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}