{"id":81567,"date":"2019-11-22T08:56:45","date_gmt":"2019-11-22T07:56:45","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=81567"},"modified":"2019-11-22T15:45:58","modified_gmt":"2019-11-22T14:45:58","slug":"tridu-taraw-kif-tkun-karrozza-li-ssir-raghad","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/11\/tridu-taraw-kif-tkun-karrozza-li-ssir-raghad\/","title":{"rendered":"Tridu taraw kif tkun karrozza li ssir rag\u0127ad?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-81549 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/file.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/file-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/file-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/file-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/file-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/file.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Tiftakruh i\u017c-\u017cmien meta Joseph Muscat kien irrea\u0121ixxa g\u0127all-ewwel protesta minn grupp ta&#8217; nisa tal-<em>Occupy Justice<\/em>?\u00a0<a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2017-10-28\/local-news\/Prime-Minister-ignoring-protesters-outside-Castille-we-will-continue-to-fight-for-what-is-right-6736180795\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Dawn kienu armaw numru ta&#8217; tined qrib l-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u f&#8217;Misra\u0127 Kastilja u g\u0127al numru ta&#8217; ljieli raqdu fihom.<\/a> Azzjoni b\u0127al din ma kinitx wa\u0127da li b&#8217;xi mod setg\u0127at tixba\u0127 l-attakk fuq il-<em>Bastille<\/em>. I\u017cda tal-Labour kienu \u0127adu g\u0127alihom, ibda&#8217; b&#8217;Tony Zarb li \u0127are\u0121 g\u0127an-nofs u lil dawn in-nisa g\u0127ajjarhom prostituti.<\/p>\n<p>I\u017cda Joseph Muscat kien g\u0127amel stqarrija xokkanti meta qal li <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2017\/10\/daphne-death-will-explode-face-prime-minister\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">\u2018l-qtil ta&#8217; Daphne se jisplodi f&#8217;wi\u010b\u010bkom\u2019<\/a>. Kienet stqarrija li \u0127assbitni sew. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kemm ilha li \u0121iet assassinata Daphne, din ma kinitx l-ag\u0127ar stqarrija li g\u0127amel il-gvern. Niftakru li <a href=\"https:\/\/bylinetimes.com\/2019\/07\/04\/condemnation-for-the-maltese-governments-attempts-to-deny-daphne-caruana-galizia-was-assassinated\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Kurt Farrugia kien stqarr li Daphne ma kienitx assassinata g\u0127aliex din il-kelma \u0121\u0121orr mag\u0127ha mplikazzjonijiet politi\u010bi<\/a>. U l-ag\u0127ar wa\u0127da, li g\u0127ad hawn min i\u0127obb jirrepetiha, kienet li kien iben Daphne stess li qatilha f&#8217;konfoffa ma&#8217; dawk li qieg\u0127du l-bomba meta dan \u0127alla l-karrozza barra apposta u li \u0127eba&#8217; provi meta irrifjuta li jg\u0127addi l-<em>laptop<\/em> tag\u0127ha lill-pulizija ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p>Din kienet l-ag\u0127ar wa\u0127da.<\/p>\n<p>Din il-\u0127rafa fa\u0127xija baqg\u0127u jirrepetuha anki wara l-arrest ta&#8217; Yorgen Fenech. U min jirrepetiha ta&#8217; sikwit jimxi skont id-direzzjoni li jag\u0127tih il-gvern. L-istess gvern li jidhirlu li dawk li qed jipprotestaw bil-qawwa kontra l-assassinju ta&#8217; Daphne \u0127aqqhom kastig u li dawn g\u0127adhom ma jafux x&#8217;ser ikollhom jiffa\u010b\u010bjaw.<\/p>\n<p>Ftit jiem ilu, Joseph Muscat qal li jinsab mejjet biex ji\u017cvela dak li ilu jostor g\u0127al sentejn s\u0127a\u0127 u li l-velenu li g\u0127andu fl-istonku tieg\u0127u dalwaqt ixerrdu. Stqarrija pjuttost stramba. Jaqaw qed jg\u0127id li sentejn ilu Yorgen Fenech kien di\u0121\u00e0 ta\u0127t suspett? Il-fatti juru li ma kienx. Ma nag\u0127mlux mod li dik l-istqarrija ta&#8217; sentejn ilu qed ikompliha u b&#8217;xi mod il-fatt li l-istat se jixli lil dak li allegatament xa\u0127\u0127am li\u010b-<em>chief of staff<\/em> tieg\u0127u u lill-ministru favorit tieg\u0127u \u201cse jisplodi f&#8217;wi\u010b\u010bna\u201d?<\/p>\n<p>Din is-sitwazzjoni tant hi perversa li ma ji\u0121ukx il-kliem adatti f&#8217;mo\u0127\u0127ok biex tiddeskriviha. \u0120urnalista \u0121iet assassinata. Mid-dehra l-Pulizija jidhrilha li nqatlet minn xi \u0127add li be\u017ca&#8217; li jinkixef b\u0127ala l-persuna li xa\u0127\u0127met lil ministri tal-gvern. U fuq dan il-prim ministru \u0127a r-ru\u0127? Il-prim ministru qed i\u0127ejji biex jirribatti u jikkastiga lill-kriti\u010bi tieg\u0127u? Araw ftit kif il-gvern mo\u0127\u0127u biex jiffoka dwar kemm huma mqarbin dawk li qed jipprotestaw. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, storja b\u0127al din \u0127add fid-dinja li hu f&#8217;sensih m&#8217;hu jag\u0127ti ka\u017cha. Ir-ritratti tal-folol jissikkaw madwar il-karrozza uffi\u010bjali ta&#8217; Owen Bonnici nxterdu madwar id-dinja mill-a\u0121enziji tal-a\u0127barijiet u r-reazzjoni \u0121enerali kienet wa\u0127da ta&#8217; sodisfazzjon li mhux il-Maltin kollha huma ta&#8217; \u010bi\u010b\u010bi beqqi. I\u017cda l-gvern irid ipin\u0121i din l-istorja b\u0127allikieku kienet xi forma ta&#8217; rewwixta vjolenti.<\/p>\n<p>Araw x&#8217;kitbu tal-Orizzont dalg\u0127odu fil-pa\u0121na ta&#8217; quddiem. <img class=\"size-full wp-image-81550 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/WhatsApp-Image-2019-11-22-at-07.35.26.jpeg\" alt=\"\" width=\"667\" height=\"960\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/WhatsApp-Image-2019-11-22-at-07.35.26-200x288.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/WhatsApp-Image-2019-11-22-at-07.35.26-208x300.jpeg 208w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/WhatsApp-Image-2019-11-22-at-07.35.26-400x576.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/WhatsApp-Image-2019-11-22-at-07.35.26-600x864.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/WhatsApp-Image-2019-11-22-at-07.35.26.jpeg 667w\" sizes=\"(max-width: 667px) 100vw, 667px\" \/> Dawn xandru rapport qasir \u0127afna u m\u0121enneb dwar dak li ser ji\u0121i mixli bl-assassinju ta&#8217; \u0121urnalista u rapport prominenti mimli dettalji dwar il-grif fuq il-karrozza uffi\u010bjali ta&#8217; Owen Bonnici (dik li n\u0127allsu g\u0127aliha a\u0127na bit-taxxi tag\u0127na). Jekk il-karrozza sarulha \u0127sarat, imissu ji\u0121i m\u0121ieg\u0127el i\u0127allas g\u0127alihom hu g\u0127ax ma messux ippersista fid-de\u010bi\u017cjoni malizzju\u017ca tieg\u0127u li jsuq qalb il-folla li kienet qed tipprotesta. U jekk m&#8217;g\u0127andux minn fejn i\u0127allas, imissu jdur fuq l-ispejje\u017c li kka\u0121una mis-serq tal-fjuri, x-xemg\u0127at u l-banners matul dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn.<\/p>\n<p>Tal-Orizzont, imbierek Alla, n\u0127asdu bil-\u0127sarat li saru lill-karrozza ta&#8217; Owen Bonnici. U An\u0121lu Farrugia g\u0127al ftit ma tag\u0127tux puplesija bil-qata&#8217; li \u0127a u issa da\u0127\u0127alha f&#8217;rasu li jie\u0127u azzjoni.<\/p>\n<p>Hawn hi d-differenza bejn is-saltna tad-dritt u s-saltna permezz tad-dritt. Li\u017c-\u017cg\u0127ir jg\u0127aff\u0121u fuqu u jhedduh bil-li\u0121ijiet jekk biss jazzarda jg\u0127olli rasu. Kif stqarret Vicki Ann Cremona dalg\u0127odu lit-<em>Times of Malta<\/em> meta tkellmet dwar il-protesta li ser issir illejla: \u201cOwen Bonnici jridna nitkellmu dwar erba&#8217; be\u017cqiet li sab fuq il-\u0127\u0121ie\u0121 tat-twieqi tal-karrozza tieg\u0127u, i\u017cda ma jridniex nitkellmu dwar id-demm li hu u l-kollegi tieg\u0127u fil-kabinett jinsabu m\u010bappsin bih. Mhux bi \u0127siebna npaxxuh.\u201d<\/p>\n<p>Lil Owen Bonnici, An\u0121lu Farrugia u l-\u0121urnalisti kura\u0121\u0121ju\u017ci tal-Orizzont ser nag\u0127milhom pja\u010bir. Tridu taraw kif tkun karrozza li tkun saret rag\u0127ad? G\u0127aliex ma taqbdux tirrabjaw fuq din?<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-81552 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/daphne_galizia2.jpg\" alt=\"\" width=\"720\" height=\"475\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/daphne_galizia2-200x132.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/daphne_galizia2-300x198.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/daphne_galizia2-400x264.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/daphne_galizia2-600x396.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/daphne_galizia2.jpg 720w\" sizes=\"(max-width: 720px) 100vw, 720px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Tiftakruh i\u017c-\u017cmien meta Joseph Muscat kien irrea\u0121ixxa g\u0127all-ewwel protesta minn grupp ta&#8217; nisa tal-Occupy Justice?\u00a0Dawn kienu armaw numru ta&#8217; tined qrib l-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u f&#8217;Misra\u0127 Kastilja u g\u0127al numru ta&#8217; ljieli raqdu fihom. Azzjoni b\u0127al din ma kinitx wa\u0127da li b&#8217;xi mod setg\u0127at tixba\u0127 l-attakk fuq il-Bastille. I\u017cda tal-Labour kienu \u0127adu g\u0127alihom, ibda&#8217; b&#8217;Tony Zarb li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":81555,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81567\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=81567"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81567\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":81631,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/81567\/revisions\/81631\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/81555\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=81567"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=81567"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=81567"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}