{"id":8255,"date":"2018-06-07T14:22:27","date_gmt":"2018-06-07T12:22:27","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=8255"},"modified":"2018-06-09T17:48:59","modified_gmt":"2018-06-09T15:48:59","slug":"tiftakruha-l-colson","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/06\/tiftakruha-l-colson\/","title":{"rendered":"Tiftakruha l-Colson?"},"content":{"rendered":"<p><span data-mce-type=\"bookmark\" style=\"display: inline-block; width: 0px; overflow: hidden; line-height: 0;\" class=\"mce_SELRES_start\">\ufeff<\/span>F&#8217;dan l-istadju tajjeb li wie\u0127ed ifakkar dwar il-kumpannija re\u0121istrata fil-British Virgin Islands bl-isem <em>Colson Services Limited<\/em> li s-sid tag\u0127ha huwa Keith Schembri.<\/p>\n<p>Din il-kumpannija, li nkixfet b&#8217;ri\u0127et l-iskandlu tal-<em>Panama Papers<\/em>, kienet in\u0127olqot g\u0127al Keith Schembri minn Nexia BT. Kienet ilha g\u0127andu minn Jannar 20<span data-mce-type=\"bookmark\" style=\"display: inline-block; width: 0px; overflow: hidden; line-height: 0;\" class=\"mce_SELRES_start\">\ufeff<\/span>11 u n\u0127olqot fi\u017c-\u017cmien meta kul\u0127add kien bl-istennija li Joseph Muscat\u00a0 dalwaqt kien se jie\u0127u r-riedni tal-gvern minn idejn Lawrence Gonzi.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm Keith Schembri jibqa&#8217; dejjem ji\u010b\u0127ad, anki awtoritajiet mag\u0127rufin g\u0127at-tolleranza tag\u0127hom b\u0127alma huma dawk tal-British Virgin Islands kienu ssuspettaw li l-<em>Colson<\/em> kienet in\u0127olqot b\u0127ala g\u0127odda biex permezz tag\u0127ha jin\u0127aslu flus ma\u0127mu\u0121in.<\/p>\n<p>Madwar xahar ilu s-<em>Sueddeutsche Zeitung<\/em> irrappurtat li fl-2016 l-awtoritajiet tal-British Virgin Islands kienu nvestigaw lil <em>Colson Services Limited<\/em> u kienu talbu lil Mossack Fonseca biex ma jinfurmawx lil Keith Schembri li kienet qed ti\u0121i nvestigata l-kumpannija tieg\u0127u.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180508\/local\/bvi-probed-schembris-725000-offshore-company-colson.678532\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Rapport fit-<em>Times of Malta<\/em> ta&#8217; dak i\u017c-\u017cmien fih il-fatti kollha.<\/a><\/p>\n<p>B\u0127as-soltu, fit-twe\u0121ibiet tieg\u0127u Keith Schembri baqa&#8217; ji\u010b\u0127ad.<\/p>\n<p>L-ewwel: qal li l-istorja hi wa\u0127da &#8220;fil-bi\u010b\u010ba l-kbira ri\u010biklata&#8221;. Hawn forsi qed jg\u0127id li l-istorja dwar il-<em>Colson<\/em> kienet di\u0121\u00e0 xxandret meta \u0127are\u0121 l-iskandlu tal-<em>Panama Papers<\/em>. Skond hu, jekk allura jo\u0127or\u0121u aktar stejjer, dawn m&#8217;g\u0127andhomx jixxandru peress li konna di\u0121\u00e0 nafu bl-e\u017cistenza ta&#8217; din il-kumpannija.<\/p>\n<p>I\u017cda g\u0127andna niftakru lill-<em>Colson<\/em> sirna nafu biha mhux g\u0127ax Keith Schembri\u00a0 riedna nsiru nafu biha g\u0127ax hu kien g\u0127amel minn kollox biex ja\u0127bi l-e\u017cistenza tag\u0127ha sakemm imbag\u0127ad inkixef kollox.<\/p>\n<p>Barra minn hekk, g\u0127andkom tkunu tafu li dalwaqt se jo\u0127or\u0121u aktar stejjer dwar <em>Colson<\/em> u dwar l-u\u017cu li sar b&#8217;din il-kumpannija minn Keith Schembri.<\/p>\n<p>Lit-<em>Times of Malta,<\/em> Keith Schembri qalilha \u201c<em>Colson<\/em> kienet in\u0127olqot bosta snin qabel ma n\u0127tart b\u0127ala <em>chief of staff<\/em> u din hija prova li l-kumpannija kellha biss &#8220;skop kummer\u010bjali\u201d.<\/p>\n<p>Hawn ta&#8217; min jistaqsi: hemm xi garanzija li l-iskop li g\u0127alih inizjalment kellu ju\u017ca l-kumpannija ma kienx se jinbidel ma\u017c-\u017cmien?<\/p>\n<p>Barra min dan, jekk bil-kliem &#8220;skop kummer\u010bjali&#8221; ried ifisser l-eva\u017cjoni tal-\u0127las ta&#8217; taxxi fuq il-qlieg\u0127 tan-negozji tieg\u0127u f&#8217;Malta u d-dikjarar ta&#8217; profitti anqas milli suppost bil-g\u0127an li ma j\u0127allasx taxxi u jiffroda lill-gvern, allura din ukoll hi materja ta&#8217; interess pubbliku anke jekk Keith Schembri qatt ma n\u0127atar b\u0127ala <em>chief of staff<\/em>. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-fatt li kien in\u0127atar b\u0127ala <em>chief of staff<\/em> ifisser li l-eva\u017cjoni tat-taxxa minn na\u0127a tieg\u0127u \u010bertament hija materja ta&#8217; interess pubbliku bil-wisq akbar. U dan biex ma nsemmix l-interess tal-awtoritajiet li jmisshom ilibbsulu l-manetti hekk kif jaqraw dan li ktibt.<\/p>\n<p>U x&#8217;kien dan l-&#8220;iskop kumme\u010bjali&#8221;? Il-<em>Colson<\/em> qatt innegozjat f&#8217;xi \u0127a\u0121a?<\/p>\n<p>Lit-<em>Times of Malta<\/em>, Keith Schembri imbag\u0127ad qalilha li &#8220;\u0127add ma kien \u0121ibidlu l-attenzjoni tieg\u0127u&#8221; dwar il-inkjesta li kienet saret mill-awtoritajiet tal-British Virgin Islands. Keith Schembri b\u0127al spe\u010bi skanta g\u0127aliex f&#8217;Malta mdorri bil-pulizija, bl-a\u0121enti tas-servizz sigriet u bl-uffi\u010bjali ta&#8217; kontra l-\u0127asil tal-flus ig\u0127addulu l-informazzjoni. Fil-British Virgin Islands ma jafu li ma jistg\u0127ux ig\u0127addu informazzjoni li min ikun g\u0127addej inkjesta.<\/p>\n<p>It-<em>Times of Malta<\/em> irrappurtat ukoll li: \u201cis-Sur Schembri qal din kienet \u201cit-t\u0127addim proprju tas-saltna tad-dritt,\u2019 u xela&#8217; lit-<em>Times of Malta<\/em> li kienet sabitu \u0127ati biss fuq suppo\u017cizzjonijiet.\u2019\u201d<\/p>\n<p>I\u017cda l-bu\u017cillis qieg\u0127ed hawn, Sur Schembri. Skond il-li\u0121i, jekk int tinsab ta\u0127t suspett li \u0127silt flus ma\u0127mu\u0121in, sta g\u0127alik li turi permezz ta&#8217; provi minn fejn ikunu \u0121ew il-flus.<\/p>\n<p>Il-li\u0121i hi mfassla b&#8217;tali mod li &#8211; kieku hawn m&#8217;hawnx imda\u0127\u0127al is-setg\u0127ani El Kasco\u00a0 &#8211; il-pulizija kienet tkun wara biebek f&#8217;le\u0127\u0127a ta&#8217; berqa u l-Avukat \u0120enerali kien dlonk jo\u0127ro\u0121 ordni biex issir investigazzjoni u biex ji\u0121u sekwestrati l-flejjes. I\u017cda l-pulizija tinsab ma\u0127kuma ta\u0127t kontroll politiku u l-avukat \u0121enerali ilu li sitt snin li \u010beda l-armi.<\/p>\n<p>Madankollu rridu nammettu li je\u0127tie\u0121 li ntejjbu l-li\u0121ijiet u li nintrodu\u010bu mi\u017curi dwar <em>unexplained funds<\/em> b\u0127alma hemm fir-Renju Unit. Ji\u0121ifieri jekk int g\u0127andek il-flus u m&#8217;intix f&#8217;po\u017cizzjoni li tispjega minn fejn \u0121ew u tispjega g\u0127aliex jinsabu f&#8217;butek, il-flus jitti\u0127dulek sakemm int tipprova tiddefendi ru\u0127ek quddiem qorti u minn hemm dritt g\u0127all-\u0127abs.<\/p>\n<p>Dan ikun ifisser li ma jkunx jimporta li l-$400,000 li r\u010bieva Keith Schembri f&#8217;Jannar 2015 \u0121ewx mit-tix\u0127im, mill-korruzzjoni, mill-eva\u017cjoni tat-taxxa jew mill-frodi. Jekk ma jkunx f&#8217;po\u017cizzjoni li jg\u0127id g\u0127aliex jinsabu f&#8217;butu, ma jkunx intitolat g\u0127alihom. U g\u0127al din ir-ra\u0121uni biss mhux suppost g\u0127adu qed ji\u0121ri barra u wisq inqas messu jkun i\u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru.<\/p>\n<p>Hawn xi \u0127add li semg\u0127u ji\u010b\u0127ad?<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\ufeffF&#8217;dan l-istadju tajjeb li wie\u0127ed ifakkar dwar il-kumpannija re\u0121istrata fil-British Virgin Islands bl-isem Colson Services Limited li s-sid tag\u0127ha huwa Keith Schembri. Din il-kumpannija, li nkixfet b&#8217;ri\u0127et l-iskandlu tal-Panama Papers, kienet in\u0127olqot g\u0127al Keith Schembri minn Nexia BT. Kienet ilha g\u0127andu minn Jannar 20\ufeff11 u n\u0127olqot fi\u017c-\u017cmien meta kul\u0127add kien bl-istennija li Joseph Muscat\u00a0 dalwaqt [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8218,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8255\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=8255"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8255\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":8267,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8255\/revisions\/8267\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8218\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=8255"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=8255"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=8255"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}