{"id":82562,"date":"2019-11-30T12:38:51","date_gmt":"2019-11-30T11:38:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=82562"},"modified":"2019-12-01T07:56:30","modified_gmt":"2019-12-01T06:56:30","slug":"dan-li-gej-kont-ktibtu-meta-daphne-kienet-ghadha-mimlija-bil-ghomor-u-fi-zmien-meta-konna-nafu-biss-farka-ta-dak-li-sirna-nafu-issa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/11\/dan-li-gej-kont-ktibtu-meta-daphne-kienet-ghadha-mimlija-bil-ghomor-u-fi-zmien-meta-konna-nafu-biss-farka-ta-dak-li-sirna-nafu-issa\/","title":{"rendered":"Dan li \u0121ej kont ktibtu meta Daphne kienet g\u0127adha mimlija bil-g\u0127omor u fi \u017cmien meta konna nafu biss farka ta&#8217; dak li sirna nafu issa"},"content":{"rendered":"<p><i>Dan li \u0121ej kont ktibtu g\u0127all-ewwel darba f&#8217;<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/Nixon-s-choice.653900\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">The Sunday Times of Malta f&#8217;Lulju 2017<\/a>. A\u0127sbu ftit dwar il-ra\u0121uni l-g\u0127ala Joseph Muscat irid jibqa&#8217; b\u0127ala prim ministru &#8220;caretaker&#8221; sakemm il-Partit Laburista jag\u0127\u017cel il-mexxej il-\u0121did tieg\u0127u.<\/i><\/p>\n<p><strong><i><\/i><img class=\"size-full wp-image-82539 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/opinion_08_temp-1500789337-59743a59-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/opinion_08_temp-1500789337-59743a59-620x348-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/opinion_08_temp-1500789337-59743a59-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/opinion_08_temp-1500789337-59743a59-620x348-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/opinion_08_temp-1500789337-59743a59-620x348-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/11\/opinion_08_temp-1500789337-59743a59-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/strong><\/p>\n<p><strong>L-g\u0127a\u017cla ta&#8217; Nixon<\/strong><\/p>\n<p>Minkejja l-fatt li kien fl-ewwel terminu presidenzjali tieg\u0127u ta&#8217; erba&#8217; snin li kien wettaq \u0127afna ta\u0127wid, Richard Nixon kien re\u0121a&#8217; \u0121ie elett b\u0127ala President b&#8217;ma\u0121\u0121oranza ferm akbar. Il-kritika li kien beda&#8217; jaqla&#8217; mill-istampa ma kienitx g\u0127amlitlu tant \u0127sara. Lill-Partit Repubblikan, Nixon kien ta\u0127 \u0127ajja \u0121dida, g\u0127all-ewwel darba Demokrati\u010bi li jg\u0127ixu fin-nofsinhar tal-pajji\u017c bdew jivvutaw g\u0127all-partit tieg\u0127u u rnexxielu wkoll jimmobilizza votanti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127. Hu u ji\u010b\u010belebra r-reb\u0127a li kien kiseb, huwa kien deher invin\u010bibbli. Ir-reb\u0127a tieg\u0127u kienet \u017ciedet il-fidu\u010bja kemm tieg\u0127u kif ukoll dik tal-partit.<\/p>\n<p>Madankollu, matul it-tieni terminu, beda&#8217; jidher \u010bar il-qerq tieg\u0127u u Nixon spi\u010b\u010ba biex kellu j\u0127allas l-og\u0127la prezz politiku: iwarrab minn jeddu jew jitke\u010b\u010ba.<\/p>\n<p>Gerald Ford, il-Vi\u010bi-President lejali li kellu, forsi g\u0127aliex kellu \u0127e\u0121\u0121a \u017cejda biex je\u0127odlu postu jew forsi min\u0127abba s-suddizzjoni li kellu, wieg\u0127ed li jo\u0127ro\u0121lu ma\u0127fra malli jsir president hu. Hekk kien g\u0127amel u l-presidenza tieg\u0127u spi\u010b\u010bat biex mietet qabel twieldet.<\/p>\n<p>Tul dawn l-a\u0127\u0127ar tmintax il-xahar, Joseph Muscat kien is-su\u0121\u0121ett ta&#8217; kritika \u0127arxa. Dakinhar li fe\u0121\u0121et fil-bera\u0127 l-investigazzjoni dwar il-<em>Panama Papers<\/em>, Muscat ipprova jnaqqas l-importanza ta&#8217; dak li nkixef fis-sens li l-assistent tieg\u0127u kien \u0127oloq strutturi internazzjonali biex jiskansa mill-\u0127las tat-taxxi dovuti lill-kaxxa ta&#8217; Malta. B\u0127al kull mexxej ie\u0127or ta&#8217; xi repubblika tal-banana, Muscat kellu jistqarr li ma kien jara xejn \u0127a\u017cin b&#8217;dak li kien \u0127ema&#8217; l-assistent tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Kellu wkoll jag\u0127laq g\u0127ajnej\u0127 g\u0127all-fatt li, fi \u017cmien ftit jiem minn dakinhar li \u0127adu r-riedni tal-pajji\u017c f&#8217;idejhom, l-assistent tieg\u0127u Keith Schembri u dak li huwa ried b\u0127ala deputat mexxej tal-partit Konrad Mizzi, kienu \u0127olqu kumpanniji sigrieti fil-Panama.<\/p>\n<p>Kien kostrett ukoll li jinjora \u0127a\u0121&#8217;o\u0127ra: meta nkixef li kien hemm ukoll it-tielet kumpannija li ng\u0127ad li kienet ta&#8217; xi \u0127add li hu &#8220;aktar importanti&#8221; minn Mizzi u Schembri, bosta kienu dawk li basru li din il-kumpannija kienet tal-prim ministru nnifsu.<\/p>\n<p>Muscat dan \u010ba\u0127du. Sakemm persuna li ma kellha xejn x&#8217;takkwista u li ma kellha ebda interess tkellmet u qalet li f&#8217;idejha kellha provi li din il-kumpannija fil-fatt kienet tieg\u0127u. Aktar tard kompla ji\u010b\u0127ad u stqarr li &#8220;m&#8217;huwiex \u0127alliel&#8221;.<\/p>\n<p>Muscat wera&#8217; \u0127ila u sa\u0127\u0127a tremenda meta, minkejja dawn l-allegazzjonijiet serji ta&#8217; korruzzjoni fil-konfront tieg\u0127u, re\u0121a&#8217; reba\u0127 b&#8217;mod konvin\u010benti.<\/p>\n<p>Sitt \u0121img\u0127at wara l-elezzjoni, f&#8217;nofs l-ista\u0121un s\u0127un tas-sajf, it-tendenza kollettiva nazzjonali kienet wa\u0127da &#8211; minkejja l-provi ta&#8217; korruzzjoni li kienu nkixfu qabel l-elezzjoni &#8211; favur bidu \u0121did. It-tendenza favur bidu \u0121did kienet wa\u0127da popolari: bosta huma dawk li jippreferu jibdew mill-\u0121did u jaqilbu l-pa\u0121na spe\u010bjalment fuq pa\u0121na sewda b\u0127alma hi dik tal-iskandlu tal-Panama.<\/p>\n<p>L-ener\u0121ija li \u0127assew bosta persuni ftit qabel l-elezzjoni\u00a0 jidher li \u0121iet fix-xejn u issa dawn qed ikollhom jammettu li s-sa\u0127\u0127a li \u0127asbu li kellhom li jwettqu l-bidla ma serviet g\u0127al xejn. Spe\u010bi ta&#8217; \u0121aladarba Muscat huwa ntokkabbli, ta&#8217; xejn li toqg\u0127od tintilef f&#8217;rabja.<\/p>\n<p>Dan kellu effett straordinarju fuq ix-xenarju politiku. Dan l-istag\u0127\u0121ib kollu b&#8217;Muscat s&#8217;issa rrenda lit-tellieqa g\u0127at-tmexxija tal-PN f&#8217;wa\u0127da ta&#8217; bla imma\u0121inazzjoni. Jidher li l-effett Muscat sa wasal biex intimida li u\u0127ud li wie\u0127ed kien jistenna li sejrin jikkontestaw g\u0127at-tmexxija tal-partit. Din is-sitwazzjoni \u0121ieg\u0127el lil bosta j\u0127arsu lejn il-kandidati li sejrin itellqu b&#8217;g\u0127afsa ta&#8217; qalb &#8211; l-istess g\u0127afsa ta&#8217; qalb li \u0127assew dawk li b&#8217;g\u0127ajnejhom raw lil Theseus jaqbad triqtu fil-labirint biex isalva lit-tfajla minn ta\u0127t id-dwiefer ta&#8217; \u0121gant bil-qrun.<\/p>\n<p>Minkejja l-impatt li kellu fuq il-PN, l-impatt li Muscat kellu fuq il-PL ma kienx ward u \u017cahar daqs kemm huwa xtaq li jkun. Muscat jaf sew il-punt sa fejn jistg\u0127u jaslu l-investigazzjonijiet dwar il-Panama, dwar l-Egrant u dwar il-Pilatus. G\u0127amel li seta&#8217; biex investigazzjoni kif suppost jinnewtralizzaha, bag\u0127bas fil-\u0127atriet (per e\u017cempju fil-\u0127atra tal-kummissarju tal-pulizija), intimida lil min g\u0127andu kariga ta&#8217; responsabbilt\u00e0 (araw kif, per e\u017cempju, wissa&#8217; lill-ma\u0121istrat inkwirenti Aaron Bugeja fuq it-televi\u017cjoni), persuni b&#8217;\u0127atriet kostituzzjonali nnewtralizzahom (g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra l-kummissarju tal-pulizija, l-Avukat \u0120enerali u l-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; kontra l-\u0127asil tal-flus and his strategic influence on the anti-money laundering office) bil-g\u0127an li jipprote\u0121i lilu nnifsu, lis-setg\u0127a tieg\u0127u u lill-po\u017cizzjoni tieg\u0127u personali.<\/p>\n<p>Ta&#8217; \u0121urdien xi\u0127 li hu, Muscat ma jistax ikun li ma \u0127asibx fi pjan alternattiv. Wara kollox, mhux kollox jinsab ta\u0127t il-kontroll strett tieg\u0127u. Li kieku ma kienx hekk, il-<em>Panama Papers<\/em> ma kienux jinkixfu. B\u0127alissa x&#8217;aktarx qed i\u0127oss li \u0127add u xejn ma jista&#8217; g\u0127alih. Il-\u0121urnalisti li kitbu b&#8217;tant reqqa dwar l-iskandlu tal-Panama issa g\u0127ejjew u kwa\u017ci kwa\u017ci jippreferu li jiktbu dwar affarijiet o\u0127rajn. Il-partit fl-Oppo\u017cizzjoni b\u0127alissa g\u0127addej mill-akbar kri\u017ci e\u017cistenzjali li qatt kellu mill-1947 &#8216;l hawn. L-investigaturi \u017celanti tal-<em>Financial Intelligence Analysis Unit<\/em> twarrbu bil-pulit. Min jista&#8217; j\u017commu issa?<\/p>\n<p>Din il-mistoqsija m&#8217;g\u0127andix il-\u0127ila li nwe\u0121ibha. G\u0127alkemm nista&#8217; nxomm xi \u0127jiel dwar twe\u0121iba minn \u010berti g\u0127ejjun mhux mistennija.<\/p>\n<p>Meta Louis Grech warrab min\u0127abba ra\u0121unijiet li wie\u0127ed jista&#8217; jifhimhom, floku Muscat xtaq li jil\u0127aq xi \u0127add tal-g\u0127amla ta&#8217; Gerald Ford. Ji\u0121ifieri xi \u0127add li ma jkollu ebda ambizzjoni li je\u0127odlu postu jew xi \u0127add li jikkuntenta li jkun id-deputat mexxej biss.<\/p>\n<p>Muscat ma qg\u0127adx jag\u0127modha meta&#8217; indika li b\u0127ala deputat tieg\u0127u ried lil Helena Dalli jew lil Edward Scicluna. Lejlet l-elezzjoni tad-deputat mexxej, il-messa\u0121\u0121 tieg\u0127u dwar il-\u0127tie\u0121a li jkun hemm aktar nisa involuti fil-politika tkellem wa\u0127du. U jekk mhux Helena Dall, xtaq lil\u00a0 Scicluna \u2013 l-img\u0127allem li mbag\u0127ad sar l-istudent tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Lil Chris Fearne \u010bertament Muscat ma ridux. B&#8217;kuntrast g\u0127at-tnejn l-o\u0127ra Fearne g\u0127andu l-kwalitajiet ta&#8217; mexxej u g\u0127alhekk deputat mexxej perikolu\u017c\u00a0 u meta tinqala&#8217; l-opportunit\u00e0 ibqg\u0127u \u010berti li ser ikun lest g\u0127at-tellieqa.<\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127ar elezzjoni, Fearne ippre\u017centa ru\u0127u b\u0127ala t-twe\u0121iba sensata g\u0127all-qaddej politiku ta&#8217; Muscat: Konrad Mizzi. I\u017cda Fearne, b&#8217;differenza g\u0127al Mizzi, ilu fil-partit minn \u017cog\u0127\u017citu u \u0127adem fih kemm fil-glorju\u017c kif ukoll fid-doloru\u017c. G\u0127andu wkoll l-imma\u0121ni ta&#8217; so\u010bjalist b&#8217;kuxjenza so\u010bjali li jg\u0127idha kif i\u0127ossha. Dan jikkuntrasta ferm mal-kliem tqil tan-negozjanti li ju\u017ca Konrad Mizzi.<\/p>\n<p>I\u017cda meta Fearne iqabbel lilu nnifsu ma&#8217; Mizzi, ming\u0127ajr ma jaf ikun qed iqabbel lilu nnifsu ma&#8217; Muscat. Ikun irid iwassal il-messa\u0121\u0121 li hu jinsab fuq in-na\u0127a tal-pazjent fl-isptar tal-gvern u mhux fuq in-na\u0127a tal-i\u017cviluppatur miljunarju. Li hu da\u0127al g\u0127al \u0127ajja pubblika biex ikun ta&#8217; servizz u mhux biex jerda&#8217; l-miljuni.<\/p>\n<p>Ta\u0127sbux li d-delegati Laburisti l-messa\u0121\u0121i ta&#8217; Muscat ma fehmuhomx. Tant fehmuhom, li bg\u0127atulu messa\u0121\u0121 b&#8217;risposta. Dawn ukoll jifhmu li mhux kollox jinsab ta\u0127t il-kontroll strett ta&#8217; Muscat u li allura je\u0127tie\u0121 li jkun hemm pjan alternattiv.<\/p>\n<p>E\u017catt b\u0127al Macbeth qabel i\u010b-\u010bena, issa Muscat ser jit\u0127asseb dwar jekk is-su\u010b\u010bessur tieg\u0127u huwiex ser ikun lest jew le li jag\u0127tih ma\u0127fra malli ji\u0121i ffa\u010b\u010bjat bl-g\u0127a\u017cla li kellu Nixon.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan li \u0121ej kont ktibtu g\u0127all-ewwel darba f&#8217;The Sunday Times of Malta f&#8217;Lulju 2017. A\u0127sbu ftit dwar il-ra\u0121uni l-g\u0127ala Joseph Muscat irid jibqa&#8217; b\u0127ala prim ministru &#8220;caretaker&#8221; sakemm il-Partit Laburista jag\u0127\u017cel il-mexxej il-\u0121did tieg\u0127u. L-g\u0127a\u017cla ta&#8217; Nixon Minkejja l-fatt li kien fl-ewwel terminu presidenzjali tieg\u0127u ta&#8217; erba&#8217; snin li kien wettaq \u0127afna ta\u0127wid, Richard Nixon [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":82540,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/82562\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=82562"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/82562\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":82614,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/82562\/revisions\/82614\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/82540\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=82562"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=82562"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=82562"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}